Aqbeż għall-kontentut

Utent:Fantôôme

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Merħba! Jien wieħed Franċiż li qiegħed nipprova nitgħallem il-Malti waħdi.

Wikipedija:Babel
fr Cette personne a pour langue maternelle le français.
en-4 This user speaks English at a near-native level.
es-2 Este usuario puede contribuir con un nivel intermedio de español.
it-1 Questo utente può contribuire con un italiano di livello semplice.
mt-1 Dan l-utent jista' jikkontribwixxi b'Malti ta' livell bażiku.
Fittex lingwi tal-utenti


     Reġjuni fejn il-Franċiż huwa l-lingwa ewlenija      Reġjuni fejn il-Franċiż huwa lingwa uffiċjali iżda mhux lingwa nattiva maġġoritarja      Reġjuni fejn il-Franċiż huwa t-tieni lingwa      Reġjuni fejn il-Franċiż huwa lingwa minoritarja










Skeċċ ta' artiklu "Lingwa Franċiża"

[immodifika | immodifika s-sors]
Lingwa Franċiża (Langue française)
Mitkellma: Franza
Reġjuni: Ewropa, Afrika, Ameriki, Asja, Oċeanja
Kelliema: 300 miljun
Familja: Lingwi Rumanzi
Uffiċjali
Lingwa uffiċjali ta': 29 pajjiż (aqra dan l-artiklu)
Regolati: Académie française
Kodiċijiet
ISO 639-1: fr
ISO 639-2: fra fre, fra
ISO 639-3: fra
Ara ukoll: Lingwa


Il-Franċiż (français [fʁɑ̃sɛ] jew langue française [lɑ̃ɡ fʁɑ̃sɛːz]) huwa lingwa Rumanza tal-familja Indoewropeja. Huwa ġej mil-Latin Vulgari ta' l-Imperu Ruman, bħall-lingwi Rumanzi kollha. Il-Franċiż evolva mill-Gallo-Rumanz, il-Latin mitkellem fil-Gallja, u aktar speċifikament fit-Tramuntana tal-Gallja. L-eqreb qraba tiegħu huma il-lingwi Oïl oħra — lingwi storikament mitkellma fit-Tramuntana tal-Franza u fin-Nofsinhar tal-Belġju, fejn il-Franċiż (Francien) fil-biċċa l-kbira ssostitwixxa. Il-Franċiż kien influwenzat ukoll mill-lingwi nattivi Ċeltiċi tal-Gallja Rumana tat-Tramuntana bħall-Gallia Belgica u mill-lingwi tal-Franki (Ġermaniċi). Illum, minħabba l-espansjoni barranija tal-passat ta' Franza, hemm bosta lingwi Kreoli bbażati fuq il-Franċiż, notevolment il-Kreol Ħaitjan. Persuna jew nazzjon li jitkellmu bil-Franċiż jistgħu jissejħu Frankofoni.

Lingwa ewlenija tad-dinja, il-Franċiż huwa lingwa uffiċjali ta' 29 pajjiż fuq kontinenti multipli, li ħafna minnhom huma membri tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Pajjiżi Frankofoni (OIF), il-komunità ta' 84 pajjiż li jaqsmu l-użu uffiċjali jew it-tagħlim tal-Franċiż. Il-Franċiż huwa wkoll wieħed mis-sitt lingwi uffiċjali użati fil-Ġnus Magħquda. Huwa mitkellem bħala l-ewwel lingwa (f'ordni dixxedenti tan-numru ta' kelliema) fi Franza ; Kanada (provinċji ta' Quebec, Ontario, New Brunswick kif ukoll reġjuni frankofoni oħra) ; Belġju (Wallonja u r-reġjun ta' Bruxelles-Capitale) ; il-Punent tal-Iżvizzera (Romandie - kollu jew parti minnu tal-Distretti ta' Berna, Fribourg, Ġinevra, Ġura, Neuchâtel, Vaud, Valais) ; Monako ; partijiet ta' Lussemburgu ; partijiet tal-Istati Uniti (is-Stati ta' Louisiana, Maine, New Hampshire u Vermont) ; Majjistral tal-Italja (reġjun awtonomu tal-Wied ta-Aosta) ; u diversi komunitajiet xi mkien ieħor.

Fl-2015, madwar 40% tal-popolazzjoni frankofona għexet fl-Ewropa, 35% fl-Afrika sub-Saħarjana, 15% fl-Afrika ta' Fuq u l-Lvant Nofsani, 8% fl-Ameriki u 1% fl-Asja u l-Oċeanja. Il-Franċiż huwa t-tieni lingwa materna l-iktar mitkellma fl-Unjoni Ewropea. Mill-Ewropej li jitkellmu lingwi oħra b'mod nattiv, madwar wieħed minn ħamsa huma kapaċi jitkellmu bil-Franċiż bħala t-tieni lingwa. Il-Franċiż huwa t-tieni lingwa barranija l-iktar mgħallma fl-Unjoni Ewropea. L-istituzzjonijiet kollha ta' l-UE jużaw il-Franċiż bħala lingwa tax-xogħol flimkien mal-Ingliż u l-Ġermaniż. F'certi istituzzjonijiet, il-Franċiż huwa l-uniku lingwa tax-xogħol (eż. Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea). Il-Franċiż huwa wkoll it-18-il lingwa l-aktar mitkellma b'mod nattiv fid-dinja, is-6 l-iktar lingwa mitkellma bin-numru totali ta' kelliema u t-tieni jew it-tielet l-iktar lingwa studjata mad-dinja kollha (b'madwar 120 miljun student attwali). Bħala riżultat tal-kolonjaliżmu Franċiż u Belġjan mis-seklu 16 'il quddiem, il-Franċiż ġie introdott f'territorji ġodda fl-Ameriki, l-Afrika u l-Asja. Il-biċċa l-kbira tal-kelliema tat-tieni lingwa jgħixu fl-Afrika Frankofona, b’mod partikolari l-Gabon, l-Alġerija, il-Marokk, it-Tuneżija, il-Mawrizju, is-Senegal u l-Kosta ta' l-Avorju.

Huwa stmat li l-Franċiż għandu madwar 76 miljun kelliema nattivi u madwar 235 miljun kelliema fluwenti u ohra 77-110 miljun kelliema sekondarji li jitkellmuh bħat-tieni lingwa ma' grad differenti ta' profiċjenza, prinċipalment f'Afrika. Skond l-OIF, madwar 300 miljun persuna madwar id-dinja huma "kapaċi jitkellmu l-lingwa", mingħajr ma tispeċifika il-kriterji għal din l-istima jew lil min tinkludi. Skond projezzjoni demografika mmexxija mill-Université Laval u r-Réseau Démographie de l'Agence universitaire de la Francophonie, in-numru total ta' kelliema Franċiżi se jilħaq madwar 500 miljun fl-2025 u 650 miljun fl-2050. L-OIF tistma 700 miljun sal-2050, li 80% minnhom se jkunu fl-Afrika.

Il-Franċiż għandu storja twila bħala lingwa internazzjonali ta' letteratura u standards xjentifiċi u huwa l-ewwel jew it-tieni lingwa ta' bosta organizzazzjonijiet internazzjonali fosthom in-Nazzjonijiet Magħquda, l-Unjoni Ewropea, l-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana, l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, u l-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar. Fl-2011, Bloomberg Businessweek ikklassifikat il-Franċiż bħala t-tielet lingwa l-iktar utli għan-negozju, wara l-Ingliż u ċ-Ċiniż Standard Mandarin.