Knejjes tal-Moldavja

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
Mappa tal-Knejjes ewlenin tal-Moldavja fil-Kontea ta’ Suceava.

Il-Knejjes tal-Moldavja huma tmien knejjes Ortodossi Rumeni rappreżentattivi (minn għadd ferm ikbar) li jinsabu fil-Kontea ta’ Suceava, fit-Tramuntana tal-Moldavja, ir-Rumanija, u nbnew bejn l-1487 u l-1583.

Mill-1993, il-Knejjes tal-Moldavja tniżżlu fil-lista tas-Siti ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO bħala sit wieħed.[1]

Deskrizzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

It-tmien Knejjes tal-Moldavja li jinsabu fit-Tramuntana tal-Moldavja u li nbnew bejn l-aħħar tas-seklu 15 u l-aħħar tas-seklu 16 huma kapulavuri ispirati mill-arti Biżantina u huma uniċi fl-Ewropa u fid-dinja. L-istil arkitettoniku tagħhom huwa influwenzat ferm mill-istil Gotiku. Il-ħitan tagħhom minn barra huma miksijin affreski awtentiċi u ppreservati tajjeb ferm. L-affreski ma kinux sempliċi tiżjin tal-ħitan biss, iżda jiffurmaw kisja sistematika fuq il-faċċati kollha u jirrappreżentaw ċikli sħaħ ta’ temi reliġjużi. Il-kompożizzjoni eċċezzjonali tagħhom, l-eleganza tal-karattri, u l-armonija tal-kuluri donnhom joħolqu sinerġija mal-pajsaġġ ta’ madwarhom. Il-ħitan fuq ġewwa u fuq barra tal-knisja tal-Monasteru ta’ Suceviţa huma miksija minn fuq s’isfel b’affreski tas-seklu 16, u din il-knisja hija l-unika waħda li fiha rappreżentazzjoni tas-sellum ta’ San Ġwann Klimaku.[2]

Il-knisja monastika ta’ Suceviţa ma saritilha l-ebda alterazzjoni matul iż-żmien. Tippreserva b’integrità totali l-istruttura oriġinali tagħha tas-seklu 15, kif ukoll l-affreski tagħha fuq ġewwa u fuq barra. Il-monasteru ta’ madwarha kkonserva d-dehra oriġinali tiegħu, u b’mod partikolari l-ħitan storiċi mal-perimetru tiegħu. Il-pajsaġġ tal-madwar ukoll baqa’ pjuttost l-istess bħal dak ta’ mijiet ta’ snin ilu.[2]

L-affreski huma awtentiċi u ma tantx sarulhom interventi. Minkejja dan, jinsabu fi stat tajjeb ta’ konservazzjoni. Ir-restawr li sar matul is-snin 70 tas-seklu 20 twettaq bil-galbu u bir-reqqa, b’enfasi kbira fuq ir-rispett tal-awtentiċità tal-motivi u tal-pigmenti, u fuq il-kundizzjonijiet ta’ konservazzjoni. Ir-restawr tas-saqaf tal-knisja wassal biex il-knisja reġgħet kisbet id-dehra oriġinali tagħha, kif iddokumentat minn sorsi ikonografiċi antiki. Il-knisja u l-monasteru għadhom jiffunzjonaw bħala post ta’ qima u bħala monasteru.[2]

Sit ta’ Wirt Dinji[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-1993 ġew iddeżinjati l-ewwel seba’ Knejjes tal-Moldavja bħala Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO. Is-sit ġie estiż fl-2010 biż-żieda ta’ knisja oħra, il-Knisja tal-Irxoxt fi ħdan il-Monasteru ta’ Sucevița, u b’hekk is-sit issa huwa magħmul minn tmien knejjes.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta’ żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) “Rappreżentazzjoni ta’ kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem”; u l-kriterju (iv) “Eżempju straordinarju ta’ tip ta’ bini, ta’ grupp ta’ siti jew ta’ pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem”.[1]

It-Tmien Knejjes tal-Moldavja[immodifika | immodifika s-sors]

Ritratt Isem Post u Koordinati Sena tal-Kostruzzjoni Fundatur
Biserica „Tăierea Capului Sf. Ioan Botezătorul” - Biserica Arbore.jpg
Knisja tal-Qtugħ ir-Ras ta’ San Ġwann Battista fil-monasteru ta’ Arbore Arbore; 47°44′N 25°56′E 1502 Luca Arbore
Biserica Manastirii Humorului si Turnul lui Vasile Lupu.jpg
Knisja tat-Tlugħ is-Sema tal-Madonna fil-monasteru antik ta’ Humor Mănăstirea Humorului; 47°36′N 26°00′E 1530 Toader Bubuiog
Manastirea Moldovita, vedere laterala.jpg
Knisja tat-Tħabbira tal-Madonna fil-monasteru ta’ Moldovița Vatra Moldoviței; 47°41′N 25°33′E 1532 Petru Rareș
Biserica Inaltarea Sf. Cruci din Patrauti12.jpg
Knisja tal-Kurċifiss Imqaddes Pătrăuți; 47°45′N 26°17′E 1487 Ștefan cel Mare
BisericaSfNicolaeProbota 02.JPG
Knisja ta’ San Nikola u l-Catholicon tal-monasteru ta’ Probota Probota; 47°24′N 26°38′E 1530 Petru Rareș
Mănăstirea Sfântul Ioan cel Nou.jpg
Knisja ta’ San Ġorġ Suceava; 47°40′N 26°17′E 1522 Bogdan III
Voronet Intrare.JPG
Knisja ta’ San Ġorġ fil-monasteru antik ta’ Voroneț Voroneț; 47°32′N 25°52′E 1488 Ștefan cel Mare
Biserica si curtea manastirii Sucevita.jpg
Knisja tal-Irxoxt fil-monasteru ta’ Sucevița Sucevița; 47°46′42″N 25°42′46″E 1581 Gheorghe Movilă

Knejjes oħra tal-Moldavja[immodifika | immodifika s-sors]

Ritratt Isem il-Monasteri li Fihom Knejjes simili Post Sena tal-Kostruzzjoni Fundatur
Manastirea Agapia 3.JPG
Monateru ta’ Agapia Agapia, Kontea ta’ Neamț 1643 Gavriil Coci
Mănăstirea Bogdana17.jpg
Monateru ta’ Bogdana Rădăuți, Kontea ta’ Suceava 1360 Bogdan III
Cetatuia Monastery, Iasi.jpg
Monasteru ta’ Cetățuia Iași, Kontea ta’ Iași 1672 Gheorghe Duca
Mănăstirea Dragomirna - Almighthy.jpg
Monasteru ta’ Dragomirna Mitocu Dragomirnei, Kontea ta’ Suceava 1609 Anastasie Crimca
Biserica Manastirii Galata din Iasi.JPG
Monasteru ta’ Galata Iași, Kontea ta’ Iași 1584 Petru Șchiopul
Manastirea Golia Iasi 02.JPG
Monasteru ta’ Golia Iași, Kontea ta’ Iași 1660 Ioan Golia
KlosterNeamt2.JPG
Monasteru ta’ Neamț Vânători-Neamț, Kontea ta’ Neamț 1497 Ștefan cel Mare
Grădina Edenului numită Putna impresionată de astrul de foc.jpg
Monasteru ta’ Putna Putna, Kontea ta’ Suceava 1466 Ștefan cel Mare
Biserica Sf. Trei Ierarhi, Iași.jpg
Monasteru ta’ Trei Ierarhi Iași, Kontea ta’ Iași 1639 Vasile Lupu
Manastirea Varatic.jpg
Monastery ta’ Văratec Văratec, Kontea ta’ Neamț 1785 Olimpiada

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ a b c Centre, UNESCO World Heritage. "Churches of Moldavia". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-13.
  2. ^ a b c Kocój, Ewa. "Świątynie, postacie, ikony. Malowane cerkwie i monastyry Bukowiny Południowej w wyobrażeniach rumuńskich (Temples, persons, icons. Painted churches and monasteries of South Bukovina in Romanian imagology), Wydawnictwo Uniwersytetu Jagiellońskiego, Kraków 2006, s. 440" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni journal għandha bżonn |journal= (għajnuna)