Aqbeż għall-kontentut

Banine

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Banine
Ħajja
Twelid Baku, 18 Diċembru 1905
Nazzjonalità Franza
Mewt Pariġi, 23 Ottubru 1992
Post tad-dfin Institut médico-légal de Paris (en) Translate
Familja
Missier Mirza Asadullayev
Edukazzjoni
Lingwi Franċiż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kittieb
Psewdonomu Banine
Moviment artistiku awtobijografija

Umm-El-Banine Assadoulaeff (Umm El-Banu Äsâdullayeva) (twieldet fit-18 ta' Diċembru 1905 – mietet fit-23 ta' Ottubru 1992) kienet kittieba Franċiża ta' dixxendenza Ażerbajġana li kitbet bil-psewdonimu ta' Banine.[1]

Il-miljunarju Ażerbajġan Musa Nagiyev kien in-nannu tagħha u kienet bint in-negozjant u l-politiku Ażerbajġan Mirza Asadullayev.[2]

Banine emigrat lejn Franza fl-1923 biex issegwi lil missierha, eks Ministru fil-gvern tar-Repubblika Demokratika tal-Ażerbajġan (Diċembru 1918-April 1920). Hija marret tgħix f'Istanbul fejn abbandunat lil żewġha li kienet sfurzata tiżżewweġ fl-età ta' ħmistax-il sena u mbagħad ħarbet lejn Pariġi. Hemmhekk, wara ħafna snin, konoxxenti letterarji, inklużi Henry de Montherlant, Nikos Kazantzakis, u André Malraux ħeġġewha tippubblika x-xogħol tagħha.

Aktar tard Banine ddedikat ħajjitha biex tintroduċi l-istorja u l-kultura tal-Ażerbajġan fi Franza u fl-Ewropa. L-iktar kitbiet famużi tagħha huma l-Ġranet Kawkasi u l-Ġranet Pariġini. Banine, li kienet il-ħabiba tal-kittieb Ġermaniż Ernst Jünger u r-Russu Ivan Bunin, tirrakkonta l-konverżjoni tagħha għall-Kattoliċiżmu Ruman fil-kotba tagħha.

Banine ppubblikat diversi artikli dwar is-sitwazzjoni fl-Ażerbajġan. Hija mietet f'Ottubru 1992. L-obitwarju tagħha fil-gazzetta Le Figaro sejħilha "waħda minn dawk il-personaġġi ta' La vie romanesque li jaqsmu seklu, jiġbdu bħal kalamita lill-figuri singulari kollha ta' żminijiethom".[3]

Xogħlijiet prinċipali

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Nami, Gallimard, 1942.
  • Ġranet Kawkasi (Jours caucasiens), Julliard, 1946.
  • Ġranet Pariġini (Jours parisiens), Julliard, 1947, Gris Banal, 2003.
  • Laqgħat ma' Ernst Jünger (Rencontres avec Ernst Jünger), Julliard, 1951.
  • Jien għażilt ix-xaħxieħa (J'ai choisi l'opium), Stock, 1959.
  • Wara (Après), Stock, 1962.
  • Franza Barranija (La France étrangère), SOS Desclée de Brouwer, 1968.
  • Is-sejħa tal-aħħar ċans (L'appel de la dernière chance), SOS, 1971.
  • Ritratt ta' Ernst Jünger: ittri, testi, laqgħat (Portrait d'Ernst Jünger: lettres, textes, rencontres), La Table Ronde, 1971.
  • Diversi aspetti ta' Ernst Jünger (Ernst Jünger aux faces multiples), Lausanne, éditions L'Âge d'Homme, 1989.
    • Dak li qaltli Marie: il-ġrajja ta' Marie l-Qaddejja (Ce que Marie m'a raconté: le dit de la Servante Marie), Cahier Bleus, 1991.
  1. ^ Банин Асадуллаева "Кавказские дни"
  2. ^ "Azerbaijan Gender Information Center". www.gender-az.org. Miġbur 2021-05-29.
  3. ^ William Pfaff. The Bullet's Song: Romantic Violence and Utopia. ISBN 978-0-684-80907-6