Měsačne pismo k rozwučenju a wokřewjenju
Dehra
Dan l-artiklu dwar il-letteratura huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Měsačne pismo k rozwučenju a wokřewjenju ("Ittra kull xahar għall-edukazzjoni u divertiment") kienet l-ewwel rivista stampata bil-lingwa Sorbjana u ġiet ippubblikata fl-1790. Minħabba li ġiet ippubblikat mingħajr liċenzja mingħand il-gvern, ir-rivista kellha tieqaf wara ħarġa waħda biss. Iż-żewġ pubblikaturi, Jan Awgust Janka (1764–1833) u Korla Bohuchwał Šěrach (1764–1836; membru tal-familja Schirach), kienu ispirati mir-Rivoluzzjoni Franċiża u riedu jedukaw lill-poplu Sorbjan f'kwistjonijiet ta' moralità, reliġjon, u xjenza. L-awtoritajiet pprojbixxu r-rivista biex jipprevjenu li "l-poplu Sorbjan iqum kontra l-gvern tiegħu kif għamlu l-Franċiżi".[1]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Sorben/Serbja: Ein kleines Lexikon (bil-Ġermaniż). Bautzen, Ġermanja: Domowina-Verlag. 1989. ISBN 9783742004055.