Ortografija Litwana
L-ortografija Litwana għandha alfabett Latin bi 32 ittra. Żewġ ittri jirrappreżentaw ħsejjes li mhumiex nattivi għal-Litwan. Barra minn hekk, l-ortografija Litwana għandha wkoll ħames digrafi.
Alfabett
[immodifika | immodifika s-sors]Illum il-ġurnata, l-alfabett Litwan huwa magħmul minn 32 ittra. Għandu ordni ta’ kollazzjoni mhux tas-soltu peress li l-ittra “Y” tiġi bejn l-I nosinė (“Į”) u l-“J”.
| Ittri kbar (imsejħa wkoll majjuskoli jew kapitali ) | |||||||||||||||||||||||||||||||
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| A | Ą | B | Ċ | Č | D | E | Ę | Ė | F | G | H | I | Į | Y | J | K | L | M | N | O | P | R | S | Š | T | U | Ų | Ū | V | Z | Ž |
| Ittri żgħar (imsejħa wkoll minuskoli) | |||||||||||||||||||||||||||||||
| a | ą | b | c | č | d | e | ę | ė | f | g | h | i | į | y | j | k | l | m | n | o | p | r | s | š | t | u | ų | ū | v | z | ž |
| Ismijiet tal-ittri | |||||||||||||||||||||||||||||||
| a | a nosinė | bė | cė | čė | dė | e | e nosinė | ė | ef | gė | ha | i trumpoji | i nosinė | i ilgoji | jot | ka | el | em | en | o | pė | er | es | eš | tė | u trumpoji | u nosinė | u ilgoji | vė | zė | žė |
L-aċċenti akuti, gravi, u makron/tilde jistgħu jimmarkaw l-istress u t-tul tal-vokali. Madankollu, dawn ġeneralment ma jintużawx, għajr fid-dizzjunarji u fejn ikunu meħtieġa għal ċarezza. Barra minn hekk, l-ortografija Litwana tuża ħames digrafi (Ch Dz Dž Ie Uo); dawn jiffunzjonaw bħala sekwenzi ta’ żewġ ittri għal skopijiet ta’ kollazzjoni. Id-digrafu “Ch” jirrappreżenta frikattiv velari mhux imlissna, filwaqt li d-digrafi l-oħrajn huma kompożizzjonijiet sempliċi tal-ittri komponenti tagħhom. L-ittri “F” u “H”, kif ukoll id-digrafu “Ch”, jindikaw ħsejjes li jidhru biss fil-vokabularju misluf.
Korrispondenzi bejn l-ortografija u l-ħsejjes
[immodifika | immodifika s-sors]| Grafema | Ħoss (IPA) | |
|---|---|---|
| Qasir | Twil | |
| a | ɐ | äː |
| ą | äː | |
| e | ɛ ( e̞ ) | æː |
| ę | æː | |
| ė | eː | |
| i | ɪ | |
| į | iː | |
| y | ||
| o | ɔ | oː |
| u | ʊ | |
| ų | uː | |
| ū | ||
L-“o” hija qasira biss fil-vokabularju misluf. L-“a” u l-“e” huma dejjem qosra mingħajr aċċent u bl-aċċent meta jinzertaw fl-aħħar, eż. -a, -e, -es, fil-komparattiv, fil-pronomi u fil-vokabularju misluf, u barra minn hekk normalment ikunu twal.[1]
| Grafema | Ħoss ( IPA ) | |
|---|---|---|
| Iebes | Artab | |
| b | b | bʲ |
| c | t̪͡s̪ | t͡sʲ |
| č | t͡ʃ | t͡ɕ |
| ch | x | xʲ |
| d | d̪ | dʲ |
| dz | d̪͡z̪ | d͡zʲ |
| dž | d͡ʒ | d͡ʑ |
| f | f | fʲ |
| g | ɡ | ɡʲ |
| h | ɣ | ɣʲ |
| j | j | |
| k | k | kʲ |
| l | ɫ | lʲ |
| m | m | mʲ |
| n | n̪ | nʲ |
| p | p | pʲ |
| r | ɾ | ɾʲ |
| s | s̪ | sʲ |
| š | ʃ | ɕ |
| t | t̪ | tʲ |
| v | v | vʲ |
| z | z̪ | zʲ |
| ž | ʒ | ʑ |
Il-konsonanti jiġu dejjem palatalizzati qabel “e, ę, ė, i, į, y”, filwaqt li qabel “a, ą, o, u, ų, ū”, il-palatalizzazzjoni tiġi indikata billi tiddaħħal “i” bejn il-konsonanti u l-vokali.
Unicode
[immodifika | immodifika s-sors]Il-maġġoranza tal-alfabett Litwan juża l-blokka Unicode tal-kontrolli C0 u tal-Latin bażiku (simboli mingħajr aċċent), u l-bqija tal-alfabett Litwan ((ą Ą č Č ę Ę ė Ė į Į š Š ų Ų ū Ū ž Ž) juża l-Latin Estiż-A.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑ "Wymowa :: Lietpol.eu". www.lietpol.eu. Miġbur 2021-04-07.