Jum il-Lingwa Erżjana

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Avveniment ta’ Jum il-Lingwa Erżjana fl-2008

Jum il-Lingwa Erżjana (bl-Erżjan: Erzjan Kelen Chi, Эрзянь келень чи) ilu jiġi ċċelebrat kull 16 ta’ April mill-1993, l-iktar fil-Mordovja mill-poplu Erżjan, iżda anke f’żoni oħra tar-Russja u f’inħawi oħra fid-dinja bħal pereżempju l-Estonja.[1]

Fl-1993, il-Fondazzjoni tal-Lingwa Erżjana ssuġġeriet li darba fis-sena, f’jum partikolari, għandha tiġi ċċelebrata l-lingwa Erżjana, bħala sforz ta’ promozzjoni biex il-lingwa tiġi ppreservata. Is-16 ta’ April, jum twelid Anatoli Ryabov, li ħoloq l-alfabett Latin tal-lingwa Erżjana, intgħażlet bħala l-jum taċ-ċelebrazzjoni annwali.[2]

Iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum il-Lingwa Erżjana sikwit jinvolvu spettakli artistiċi, wirjiet, laqgħat, kunċerti mużikali tradizzjonali, avvenimenti fejn wieħed jista’ jduq xi ikliet nazzjonali, fieri, eċċ.[3][4]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Ensemble Shokshanka performs in Estonia at the Day of Erzya Language". www.suri.ee. Miġbur 2021-04-12.
  2. ^ "Mordowia: święto języka erzja | Portal ARCANA". www.portal.arcana.pl. Miġbur 2021-04-12.
  3. ^ "День эрзянского языка — Чамзинский район". chamzinka.e-mordovia.ru. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-01-05. Miġbur 2021-04-12.
  4. ^ "День эрзянского языка (Мордовия) Обьединение финно-угорских народов. Erzyan Language Day. Erza keele peäev". Fotki - www.fotki.com. Miġbur 2021-04-12.