Lana Bastašić

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Lana Bastašić
Ħajja
Twelid Żagreb, 27 Awwissu 1986 (37 sena)
Edukazzjoni
Alma mater University of Banja Luka (en) Translate
Lingwi Bożnijaku
Kroat
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kittieb
prożatur
traduttur
Parteċipant
Premjijiet

Lana Bastašić (twieldet fl-1986 f'Żagreb) hija kittieba Bożnijaka. Fis-sena 2020 irċeviet il-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura.[1]

Ħajja[immodifika | immodifika s-sors]

Bastašić trabbiet f'Banja Luka fejn lestiet l-istudji tagħha fl-Ingliż u l-komunikazzjoni. F'Belgrad, kisbet lawrija fl-istudji kulturali, u f'Praga kisbet ċertifikat internazzjonali biex tgħallem l-Ingliż.

Fl-2016, flimkien mal-professur Spanjol tal-letteratura Borja Bagunyà, bdiet Escola Bloom f'Barċellona li jippubblika r-rivista letterarja Carn de Cap bil-Katalan. L-awtriċi ġiet mistiedna f'Sarajevo fl-2019 u fil-Fondazzjoni Santa Maddalena fit-Toskana fl-2020.[2] Fuq stedina tal-Literaturhaus Zürich u l-Fondazzjoni PWG kienet awtriċi residenti f'Zurich minn Frar sa Ġunju fl-2021.[3]

Flimkien ma' oħrajn, bdiet il-proġett "Three + Three Sisters", li jippromwovi x-xogħol letterarju tan-nisa fir-reġjun tal-Balkani. Hija membru taċ-Ċentru PEN fil-Bożnija-Ħerżegovina.

Bastašić tgħix Belgrad u Żagreb.

Xogħol[immodifika | immodifika s-sors]

Bastašić ippubblikat żewġ ġabriet ta' stejjer qosra: "Permanent Pigments" (SKC, Kragujevac 2010) u "Fireworks" (Čekić, Belgrad 2013). Ippubblikat ukoll ktieb bi stejjer għat-tfal, "Nastja zeichnet die Sonne" (Banja Luka 2015, stampi minn Sandra Dukić.

Fl-2014 rebħet l-ewwel premju għal ġabra ta' poeżiji fil-Ġranet ta' Poeżiji f'Zaječar.

Ippubblikat l-ewwel rumanz tagħha "Uhvati zeca" f'Belgrad fl-2018, li ntgħażel għall-Premju NIN fl-2019 u rebaħ Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura fl-2020.[4]

Ħoloq Oħra[immodifika | immodifika s-sors]

  • "Lana Bastašić" (bil-Bożnijaku).

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Lana Bastašić | EU Prize for Literature". European Union Prize for Literature (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-06-11. Miġbur 2021-02-10.
  2. ^ "Lana Bastašić | Santa Maddalena Foundation". Santa Maddalena Foundation (bl-Ingliż). 2020-09-04. Miġbur 2021-02-10.
  3. ^ "Writers in Residence: Lana Bastašić" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-02-10.
  4. ^ "Winning Authors | EU Prize for Literature". European Union Prize for Literature (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-02-26. Miġbur 2021-02-16.