Aqbeż għall-kontentut

Flora Martirosian

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Flora Martirosian
Ħajja
Twelid Gyumri (en) Translate, 5 Frar 1957
Nazzjonalità Armena
Mewt Los Angeles, 20 Novembru 2012
Edukazzjoni
Alma mater Yerevan Komitas State Conservatory (en) Translate
Lingwi Armen
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kantant
Premjijiet
List
  • [[]]
Moviment artistiku mużika tradizzjonali
Strument/i tal-mużika vuċi

Flora Artashesi Martirosian (bl-Armen: Ֆլորա Արտաշեսի Մարտիրոսյան) (twieldet fil-5 ta’ Frar 1957 u mietet fl-20 ta’ Novembru 2012) kienet kantanta folkloristika Armena, fundatur tal-Fondazzjoni “Artisti għall-Paċi”, u tat bidu għall-moviment kulturali “Qatt Iktar”.

Flora Martirosian twieldet fil-5 ta’ Frar 1957 f’Leninakan (issa magħrufa bħala Gyumri), l-SSR Armena, l-Unjoni Sovjetika. Missierha kien atleta u ommha kienet mara tad-dar. Flora Martirosian wirtet il-ħiliet vokali tagħha mingħand ommha.

Martirosian studjat fl-Iskola Mużikali ta’ Gyumri. Hija pparteċipat fil-kompetizzjoni ta’ Garun tal-1973 u rebħet l-ewwel premju. Flora Martirosian ġabet id-diploma mill-Konservatorju Statali ta’ Yerevan, u iktar ’il quddiem fl-1987 iżżewġet lill-ġurnalista Hrahat Gevorgyan. Martirosian rebħet l-ewwel premju internazzjonali tagħha fil-Festival Internazzjonali ta’ Hamburg fl-1978. Il-kanzunetta Tsovastghik (tal-awtur Gusan Ashot) għamlitha famuża ħafna u l-kanzunetta ġiet irrikonoxxuta bħala kanzunetta minn ta’ quddiem fil-klassifiki lokali għal ħmistax-il sena. Martirosian ħadet sehem bħala mistiedna f’diversi kunċerti, f’iktar minn 60 pajjiż madwar id-dinja.

Il-familja tagħha marret tgħix f’Los Angeles, California fl-1987 u reġgħet lura f’Yerevan fl-1997. Martirosian kienet il-prinċipal tal-Iskola Mużikali Armena ta’ Tigranyan f’Yerevan bejn l-1997 u l-2001. Imbagħad reġgħet marret tgħix f’Los Angeles wara li r-raġel tagħha ngħata pożizzjoni importanti bħala ġurnalista. Martirosian stabbiliet l-Akkademja Mużikali ta’ Komitas f’Los Angeles fl-2002. Fl-2007, hija stabbiliet il-Fondazzjoni Karitatevoli tal-Artisti għall-Paċi li attirat għadd kbir ta’ kantanti rinomati mad-dinja kollha u stilel kbar ta’ Hollywood li ssieħbu bl-islogan “Never Again” (Qatt Iktar) biex isemmgħu leħinhom fi protesta kontra l-ġenoċidji. Martirosian għamlet l-ewwel kunċert tagħha f’Los Angeles fl-2011. Fl-2005, flimkien ma’ Christine Pepelyan, rebħet premju msejjaħ “The Best Duet” (L-Aqwa Dwett) f’Los Angeles.

Il-kantanta mietet fl-20 ta’ Novembru 2012. X’aktarx li l-kawża ta’ mewtha kienu l-komplikazzjonijiet li kellha minħabba operazzjoni kirurġika fil-bużżieqa tal-marrara. Il-kantanta ġiet midfuna fil-Panteon tal-Belt ta’ Komitas f’Yerevan fit-12 ta’ Diċembru 2012.

Il-President Serzh Sargsyan stqarr li kienet “tassew nazzjonali”, u kompla jgħid li “l-udjenzi tagħha f’art twelidha u fid-Diaspora, jitkellmu dwar ir-rotot etniċi tal-kanzunetti tagħha, li jistħoqqilha bħal kantanta distinta u artista Armena”.