Aqbeż għall-kontentut

Renju Unit

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Għal użi oħra, ara Renju Unit (diżambigwazzjoni)
Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq
United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland
– Bandiera – Emblema
Innu nazzjonali: God Save the Queen
Alla Salva r-Reġina

Belt kapitali
(u l-ikbar belt)
Londra
51°30′N 0°7′W / 51.5°N 0.117°W / 51.5; -0.117

Lingwi uffiċjali Ingliż
Lingwi reġjonali rikonoxxuti Galliż · Irlandiż · Ingliż-Skoċċiż ta' Ulster · Ingliż-Skoċċiż · Gaeliku Skoċċiż · Gaeliku Korniku
Gruppi etniċi (2001) 85.67% Brittanniċi Bojod,
6.47% Bojod Oħrajn,
4.00% Ażjatiċi min-Nofsinhar,
2.00% Suwed,
1.20% Razza Mħallta,
0.80% Ażjatiċi tal-Lvant u Oħrajn
Gvern Monarkija kostituzzjonali parlamentari unitarja
 -  Monarkija Karlu III
 -  Prim Ministru Keir Starmer
Indipendenza mir-Renju Unit
 -  Atti tal-Unjoni 1707 1 ta' Mejju 1707 
 -  Atti tal-Unjoni 1800 1 ta' Jannar 1801 
 -  Trattat Anglo-Irlandiż 6 ta' Diċembru 1922 
 -  Sbuħija fl-Unjoni Ewropea 1 ta' Jannar 1973 
Sħubija fl-UE 1 ta' Jannar, 1973
Erja
 -  Total 243,610 km2 (80)
94,060 mil kwadru 
 -  Ilma (%) 1.34
Popolazzjoni
 -  ċensiment tal-2011 63,181,775[1] 
 -  Densità 255.6/km2 (51)
661.9/mili kwadri
PGD (PSX) stima tal-2012
 -  Total $2.316 triljun[2] (8)
 -  Per capita $36,728[2] 
PGD (nominali) stima tal-2012
 -  Total $2.434 triljun[2] (6)
 -  Per capita $38,591[2] 
IŻU (2011) Increase 0.875[3] (għoli ħafna) (26)
Valuta Lira sterlina (GBP)
Żona tal-ħin GMT (UTC+0)
Kodiċi telefoniku +44
TLD tal-internet .uk

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, aktar magħrufa bħala Ir-Renju Unit [4] huwa pajjiż [5][6] sovran li jinsab fil-Majjistral tal-Ewropa ħdejn l-Ewropa Kontinentali. Ir-Renju Unit jinkludi l-gżira tal-Gran Brittanja u l-parti tal-Grigal tal-gżira tal-Irlanda u ħafna gżejjer żgħar oħra. L-Irlanda ta' Fuq hija l-unika parti tar-Renju Unit li għandha fruntieri ma' pajjiż barra mir-Renju Unit. L-Irlanda ta' Fuq taqsam il-gżira tal-Majjistral mar-Repubblika tal-Irlanda. Ir-Renju Unit huwa imdawwar mill-Oċean Atlantiku, il-Baħar ta' Fuq, il-Fliegu tal-Manika, il-Baħar Ċeltik u l-Baħar Irlandiż. L-ikbar gżira, il-Gran Brittanja għandha aċċess għal Franza permezz ta' kanal taħt il-Manika.

Ir-Renju Unit huwa unjoni[7][8] ta' erba' pajjiżi kostitwenti: l-Ingilterra, l-Irlanda ta' Fuq, l-Iskozja u Wales. Ir-Renju Unit huwa gvernat permezz ta' sistema parlamentari, bi gvern ċentrali li jinsab f'Londra, il-belt kapitali, u b'monarkija kostituzzjonali bir-Re Karlu III bħala l-kap tal-istat. Il-Gżejjer tal-Kanal u l-Gżira ta' Man huma Dipendenzi tal-Kuruna u mhumiex parti mir-Renju Unit, imma jiffurmaw tip ta' federazzjoni aktar indipendenti mill-pajjiżi l-oħra.[9] Ir-Renju Unit għandu erbatax-il territorju barra l-pajjiż,[10] li kollha kienu parti mill-Imperu Brittanniku, li fl-aqwa tiegħu kellu taħtu kważi kwart tad-dinja, u għalhekk kien l-akbar imperu fl-istorja. L-influwenza diretta tiegħu nistgħu narawha fil-lingwa u l-kulturi tal-istati tal-Kanada, l-Awstralja, New Zealand, l-Indja, il-Pakistan, l-Afrika t'Isfel, Singapor, l-Istati Uniti u ħafna pajjizi oħra. Ir-Reġina Eliżabetta II għadha l-kap tal-Commonwealth tan-Nazzjonijiet u kap tas-Saltniet fil-Commonwealth.

Ir-Renju Unit huwa pajjiż żviluppat, bil-ħames (PGD nominali) jew is-sitt (PGD PPA) l-akbar ekonomija tad-dinja. Kien l-ewwel pajjiż industrijalizzat fid-dinja u l-ikbar potenz fid-dinja matul is-seklu dsatax u kmieni fis-seklu għoxrin, imma d-dannu ta' żewġ gwerer dinjija u d-deterjorazzjoni tal-Imperu Brittanniku fl-aħħar tas-seklu għoxrin ħallew effett kbir fuq il-pajjiż u b'hekk ma baqax l-akbar potenza fl-affarijiet globali. Madankollu r-Renju Unit għad għandu influwenza ekonomika, kulturali, militari u politika qawwija u hu qawwa nukleari bit-tieni jew it-tielet l-ikbar infieq fuq id-difiża fid-dinja. Ir-Renju Unit għandu siġġu permanenti fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda, u hu membru tal-G8, NATO, WTO, l-Unjoni Ewropea u l-Commonwealth tan-Nazzjonijiet.

Ir-Renju Unit għandu 499 km mal-Irlanda permezz tal-Irlanda ta' Fuq u qasam fruntiera ma' Ċipru mill-1960 permezz tal-bażijiet Brittaniċi ta' Akrotiri (48 km) u Dhekelia (108 km).

Il-Gran Brittanja hija t-tielet l-aktar gżira popolata fid-dinja (u l-aktar popolata fl-Ewropa) b'66 miljun ruħ. L-Gżira ta' Usnt fil-Gżejjer Shetland (Iskozja) hija l-aktar gżira fit-Tramuntana tar-Renju Unit.

L-Imperu Brittaniku sar l-akbar Imperu fid-dinja f'termini ta' territorju u l-firxa massima tiegħu kienet fl-1920 meta kkontrolla 35.5 miljun kilometru kwadru fl-Asja, l-Ewropa, l-Amerika, l-Oċeanja u l-Afrika), Il-paragun bejn l-Imperu Mongol u l-Mongolja attwali 2443 kilometru kwadru, tista' tiġi osservata differenza ta' 99.31%.

Biex tapprofondixxi, ara l-artikli: Storja tar-Renju Unit u Storja tal-formazzjoni tar-Renju Unit.

[11]. Kważi seklu wara, bl-Att tal-Unjoni 1800 inħolqot unjoni oħra bejn ir-Renju tal-Irlanda u r-Renju tal-Gran Brittanja. [12]

Mis-seklu disgħa sal-1707, l-Ingilterra u l-iSkozja kienu jeżistu bħala żewġ pajjiżi separati independenti u sovrani bil-monarkija u politika rispettiva tagħhom. Minkejja li meta fl-1603 ir-Re Skoċċiż, Ġakmu VI, sar Re tal-Ingilterra wkoll u għalhekk ħoloq relazzjonijiet personali bejn iż-żewġ saltniet, xorta waħda baqgħu żewġ renji separati. Min-naħa l-oħra, dik li kienet darba l-Prinċipalità ta' Wales, stat independenti, waqgħet taħt il-kontroll tal-monarkija Inġliża bl-Statut ta' Rhuddlan fl-1284 u għalhekk inħakmet mill-Ingilterra taħt il-Liġijiet tal-Atti ta' Wales tal-1535 u 1542. L-Irlanda ġiet ukoll taħt il-kontroll tal-Inġliżi bejn l-1541 u 1691, madankollu kellu jkun fl-1801 li ssieħbu sabiex jifformaw Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda.

Il-Battalja ta' Waterloo immarkat it-tmiem tal-Gwerer Napoljoniċi.
L-Imperu Brittanniku fl- 1897. Sa 1920 sar l- akbar imperu fl-istorja
Il-Battalja tal-Brittanja. Ir-Renju Unit kien l-uniku pajjiż Alleat fl-Ewropa li baqa' mhux okkupat fit-Tieni Gwerra Dinija

Fl-ewwel seklu tal-eżistenza tiegħu, Ir-Renju Unit kellu sehem importanti fl-iżvilupp kemm tal-ideat tal-Punent ta' demokrazija parlamentari kif ukoll fil-kontribuzzjonijiet sinjifikattivi fil-letteratura, l-arti u x-xjenza. Ir-Rivoluzzjoni Industrijali li trawmet fir-Renju Unit, ittrasformat il-pajjiż u tagħat spinta 'l Imperu Brittanniku. F'dan iż-żmien, bħal ħafna Potenzi kbar, ir-Renju Unit kien involut l-isfruttar tal-kolonji, li inkludiet il-kummerċ tal-iskjavi, però l-l-att tal-kummerċ tal-iskjavi pprojbixxa aktar kummerċ tal-iskjavi. B'hekk ir-Renju Unit kien l-ewwel pajjiż li pprojbixxa dan it-tip ta' kummerċ.

Wara li Napuljun ġie megħlub fil-Gwerer Napoljoniċi, ir-Renju Unit sar l-aqwa potenza navali tas-seklu dsatax. Għalkemm tilef il-vantaġġ industrijali lejn l-aħħar tar-renju tar-reġina Vittorja, ir-Renju Unit baqa' potenza eminenti u l-imperu espanda għad-daqs massimu fl-1921 u wara l-Ewwel Gwerra Dinjija, is-Soċjetà tan-Nazzjonijiet tagħat il-mandat tagħha biex ir-Renju Unit jieħu l-kolonji li kienu tal-Ġermaniżi u l-Ottomani.

Snin twal ta' tensjoni fl-Irlanda wasslu għall-qsim tal-gżira fl-1920, sabiex sentejn wara fl-1922, l-Irlanda ħielsa kisbet l-independenza. Sitt counties minn disgħa mill-provinċja ta' Ulster baqgħu fir-Renju Unit, li nbidel għall-isem kurrenti fl-1927, dak tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq. [13]

Wara l-Ewwel Gwerra Dinija, l-ewwel xandir fuq skala internazzjonali, BBC ġie inawgurat. Fit-Tieni Gwerra Dinija l-Brittanja iġġieldet kontra l-Ġermanja Nażista, flimkien mal-alleati tal-Commonwealth li jinkludu l-Kanada, New Zealand, l-Afrika t'Isfel u l-Indja. Aktar tard daħlu aktar alleati bħall-Istati Uniti. Winston Churchill, il-Prim Ministru tal-Ingilterra waqt il-Gwerra u s-suċċessur tiegħu Clement Attlee għenu fl-ippjanar tad-dinja ta' wara l-gwerra bħala parti mill-"Big Three". It-tieni gwerra dinjija ħalliet lir-Renju Unit fi stat finanzjarju ħażin. Is-self li ngħata waqt it-tieni gwerra dinjija mill-Istati Uniti u l-Kanada kienu jqum ħafna ekonomikament. Però, bl-għajnuna tal-Pjan Marshall, ir-Renju Unit beda t-triq għall-fejqan.

L-ewwel snin wara l-Gwerra raw it-twaqqif tal-iStat ta' Għajnuna Soċjali Brittanniku, li inkluda wieħed mill-ewwel Servizzi tas-Saħħa pubbliċi, filwaqt li l-bżonnijiet tal-ekonomija li kienet qiegħda tirkupra ġabet aktar nies minn madwar il-Commonwealth u b'hekk inħolqot Brittanja Multi-Kulturali. Għalkemm wara il-gwerra il-qawwa politika tal-Brittanija kienet limitata kif kien ikkonfermat bil-Kriżi tal-Suez tal-1956, it-tixrid mad-dinja kollha tal-lingwa fisser li kellha impatt kontinwu fil-letteratura u l-kultura, waqt li mill-1960ijiet il-kultura popolari kellha influwenza barra l-pajjiż. Wara perjodu ta' instabbiltà fl-ekonomija globali u konflitt industrijali fis-snin sebgħin, fis-snin tmenin kien hemm fawra sustanzjali ta' dħul miż-żejt u tkabbir ekonomiku. Margaret Thatcher ħadet il-pajjiż f'direzzjoni sinjifikattivament differenti mit-triq politka u ekonomika aċċettata ta' wara l-gwerra, li anki l-gvern tal-Labour il-ġdid ta' Tony Blair ma żvijax minnha fl-1997.

Ir-Renju Unit kien wieħed mit-tnax-il membru fundaturi tal-Unjoni Ewropea fl-inawgurazzjoni tagħha fl-1992 fejn il-membri iffirmaw it-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Qabel l-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit kien parti wkoll tal-predeċċessur tal-Unjoni Ewropea jiġifieri il-Komunità Ekonomika Ewropea, mil-1973. L-attitudini preżenti tal-Gvern Laburista lejn aktar integrazzjoni fl-organizzazzjoni hija imħawwda [14], waqt li l-konservattivi jappoġġja r-ritorn ta' ċerta poteri u kompetenzi lura fl-istat [15], u dawk liberali jappoġġaw is-sħubija kurrenti.

Lejn l-aħħar tas-seklu għoxrin rajna bidla sustanzjali fil-gvern tar-Renju Unit bid-devoluzzjoni f'parlamenti separati għall-iSkozja u Wales li twaqqfu fl-1999. Il-ħolqien tal-parlament Skoċċiż partikularment, b'poteri li jista' jilleġiżla f'bosta temi, ħoloq firdit bejn il-pajjiżi kostitwenti fir-Renju Unit. Dan ġabet mistoqsija importanti magħrufa bħala il-West Lothian question. F'2007, Il-Partit Nazzjonali Skoċċiż rebaħ l-elezzjoni parlamentari skoċċiż u fforma gvern fil-minoranza. L-Ewwel Ministru Alex Salmond, qiegħed jitama li jwettaq referendum rigward jekk "m'għandhomx jinegozjaw mal-gvern tar-Renju Unit sabiex jġibu l-independenza għall-iSkozja" qabel l-2011.

Gvern u Politika

[immodifika | immodifika s-sors]
Biex tapprofondixxi, ara l-artikli: Politika tar-Renju Unit u Monarkija tar-Renju Unit.


Ir-Renju Unit huwa magħmul minn monarkija kostituzzjonali bir-Re Karlu III bħala kap tal-istat. Il-Monarkija tar-Renju Unit isservi wkoll bħala l-Kap tal-istat tal- ħmistax-il pajjiż l-oħra tal-Commonwealth, u b'hekk toħloq unjoni personali ma' dawn in-nazzjonijiet. Il-Kuruna għandha sovranità fuq Gżira ta' Man u l-Balliji ta' Jersey u Guernsey. Flimkien dawn it-tliet territorji jissejħu d-dependenza fuq il-kuruna però għalkemm huma propjeta tal-monarkija Brittanika xorta waħda m'humiex parti mir-Renju Unit u b'hekk m'humiex parti mill-Unjoni Ewropea. Il-Parlament tar-Renju Unit xorta waħda għandu l-awtorità li jagħmel liġijiet għal dawn id-dependenzi, u l-gvern Brittanniku jmexxi l-affarijiet barranin u d-difiża ta' dawn il-pajjiżi.

Ir-Renju Unit għandu erbatax-il territorju madwar id-dinja, l-aħħar territorji tal-Imperu Brittanniku. Dawn it-territorji m'humiex meqjusin parti mir-Renju Unit, iżda f'ħafna każijiet, il-popolazzjoni lokali għandha ċittadinanza Brittanika u d-dritt ta' moviment fir-Renju Unit. Dan kien il-każ mill-2002. Ir-Renju Unit għandu gvern parlamentari ibbażat fuq tradizzjonijiet demokratiċi b'saħħithom: Is-Sistema ta' Westminster ġiet adottata minn ħafna pajjiżi madwar id-dinja.

Il-Kostituzzjoni tar-Renju Unit tigverna l-istruttura legali tal-pajjiż u tinkonsisti f'ħafna dokumenti miktubin, li jinkludu statuti, liġijiet ta' preċedenza, u trattati internazzjonali. Peress li m'hemmx differenza teknika bejn statuti ordinarji u l-liġi konsidrat bħala "liġi kostituzzjonali," il-parlament Brittanniku jista' jagħmel "riformi kostituzzjonali" sempliċiment billi jgħaddihom b'Atti tal-Parlament u għalhekk għandu l-awtorità li jneħħi kull element miktub jew mhux miktub fil-kostituzzjoni. Iżda, l-ebda parlament ma jista' jgħaddi liġijiet li l-parlamenti tal-futur ma jistgħux ibiddlu [16]. Ir-Renju Unit huwa wieħed mit-tliet pajjiżi fid-dinja li m'għandhomx kodiċi ta' kostituzzjoni (l-oħrajn huma New Zealand u l-Iżrael). [17]

Il-pożizzjoni tal-Prim Ministru, il-Kap tal-gvern tar-Renju Unit, li tappartieni lill-kap tal-partit politiku li għandu l-appoġġ tal-maġġoranza fil-Kamra tal-Komuni. Il-Prim Ministru u l-kabinett huma maħtura mill-monarka biex joħolqu l-Gvern tal-Kuruna. Minkejja, il-Prim Ministru jagħżel il-kabinett, u hemm konvenzjoni li r-Reġina tirrespeta l-għażla tal-Prim Ministru. Il-Kabinett huwa tradizzjonalment magħżul mill-partit politiku tal-Prim Ministru fiż-żewġ kmamar tad-deputati. Il-Prim Ministru u l-kabinett jiġu maħtura mill-Kunsill Reali, u isiru Ministri tal-Kuruna. Gordon Brown, il-kap tal-partit laburista, ilu Prim Ministru (L-ewwel Sinjur tal-Borża) u Ministru għas-Servizzi Ċivili mis-27 ta' Ġunju 2007 wara li serva bħala Ministru tal-Finanzi.

Il-Kmamar tal-parlament

Il-Parlament tar-Renju Unit li jiltaqa' fil-Palazz ta' Westminster, huwa l-aqwa awtorita leġislattiva fir-Renju Unit. Però, il-parlament iddevolva fl-iSkozja, filwaqt hemm ukoll kunsilli fl-Irlanda ta' Fuq u fil-Wales li kienu stabiliti wara l-appoġġ tal-pubbliku f'referenda, dawn mhux sovrani u għalhekk jistgħu jiġu mneħħija mill-parlament tar-Renju Unit. Il-parlament tar-Renju huwa magħmul minn żewġ kmamar dak li jiġi eletti jiġifieri l-Kamra tal-Komuni u dik li hija appontata jiġifieri l-Kamra tal-Lords, u kull liġi biex tgħaddi mill-parlament trid l-approvazzjoni tar-Reġina. Għall-elezzjonijiet għall-Kamra tal-Komuni, ir-Renju Unit huwa maqsum f' 646 distrett, b'529 fl-ingiliterra, 18 fl-Irlanda ta' Fuq, 59 fl-iSkozja u 40 f'Wales. Kull distrett għandu s-setgħa li jtella' membru tal-parlament wieħed b'sistema ta' maġġoranza sempliċi. L-elezzjonijiet ġenerali huma msejjħa mill-monarka meta l-Prim Ministru jagħtija l-parir. Għalkemm m'hemmx terminu minimu għall-parlament, elezzjonijiet ġodda għandhom jiġu msejħa kull ħames snin mill-elezzjoni preċedenti.

Għall-Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, ir-Renju Unit għandu 78 MPE, li jiġu eletti minn 12 -il distrett b'aktar minn membru wieħed. Dubji dwar is-sovranità tar-Renju Unit tqajmu minħabba s-sħubija tar-Renju Unit fl-Unjoni Ewropea. [14]

It-Tliet partiti politiki kbar tar-Renju Unit huma l-Partit Laburista, il-Partit Konservattiv u d-Demokratiki Liberali li bejniethom għandhom 616 minn 646 siġġijiet fil-Kamra tal-Komuni fl-elezzjoni tal-2005. Ħafna mill-bqija tas-siġġijiet rebħuhom il-partiti lokali bħal Partit Nazzjonali Skoċċiż (Fl-iSkozja biss), Plaid Cymru (f'Wales biss) u l-Partit Demokratiku Unjonista (l-Irlanda ta' Fuq biss).

Amministrazzjoni Nazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]
Biex tapprofondixxi, ara l-artikli: Assemblea tal-Irlanda ta' Fuq, Parlament tal-iSkozja u Assemblea Nazzjonali ta' Wales.
Il-Parlament Skoċċiż huwa l-awtorita leġislativa tal-iSkozja

L-Irlanda ta' Fuq, l-iSkozja u Wales għandhom leġiżlatura devoluta b'kamra waħda u b'gvern eżekuttiv, li huwa mmexxi mill-ewwel Ministru. L-Ingilterra, minkejja li hija l-akbar pajjiż fir-Renju Unit, m'għandhiex eżukuttiv u leġiżlatura devoluta u hija gvernata direttament mill-gvern u l-leġiżlatura tar-Renju Unit. Din is-sitwazzjoni ħolqot dik li hija magħrufa bħala l-West Lothian question li tikkonċerna l-fatt li membri parlamentari mill-Irlanda ta' Fuq, l-iSkozja u Wales għandhom id-dritt li jivvotaw fuq il-liġijiet li japplikaw għall-Ingilterra, filwaqt li viċi-versa le.

Il-Parlament Skoċċiż għandu bosta poteri leġiżlattivi fuq kwistjonijiet li m'humiex speċifikament ikkonsidrati mill-parlament tar-Renju Unit. Dawn jinkludu l-edukazzjoni, is-saħħa u l-gvern lokali. Wara l-elezzjonijiet 2007, Alex Salmond, kap tal-Partit Nazzjonali Skoċċiż, sar L-ewwel Ministru tal-iSkozja bħala kap ta' gvern fil-minoranza. Ir-reazzjoni tal-partiti favur l-unjoni lejn is-suċċess elettorali tal-Partit Nazzjonali Skoċċiż kien il-ħolqien ta' kummissjoni sabiex jaraw jekk mhux hemmx argumenti favur id-deċentrament ta' iżjed poteri mingħajr l-Independenza Skoċċiża bħala għażla.[18] Il-Kap tal-partit laburista skoċċiż, Wendy Alexander, qalet li l-partit laburista se jappoġġja l-proposta li l-independenza titpoġġa quddiem il-poplu f'referendum bit-tama li l-proposta tiġi mċaħda u b'hekk il-kwistjoni kostituzzjonali tiġi solvuta għall-ġenerazzjoni. Ħafna mill-polls ta' opinjoni juru li hemm minoranza favur l-independenza għalkemm l-appoġġ ivarja skont in-natura tal-mistoqsija. Madankollu, poll f'April 2008 li użat it-terminoloġija tar-referendem proposta sabet appoġġ [19] ta' 41% filwaqt 40% jappoġġjaw l-Unjoni.

L-Assemblea Nazzjonali ta' Wales għandha poteri aktar limitati minn dawk li ġew devoluti fl-iSkozja għalkemm il-poteri jiżdiedu skont l-Ordnijiet ta' Kompetenza Leġislattiva.

L-Assemblea Nazzjonali tal-Irlanda ta' Fuq għandha poteri viċin dawk li huma stabiliti fl-iSkozja.

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Gvern Lokali tar-Renju Unit.
Il-Pjazza tal-Belt ta' Manchester fejn jiltaqa' l-Kunsill Lokali ta' Manchester.

Kull pajjiż tar-Renju Unit għandu s-sistema tiegħu ta' gvern lokali, bill-poter fuq il-gvern lokali fl-Iskożżja, Wales u l-Irlanda ta' Fuq deċentrilizzat. Għal skopijiet ċerimonjali, ir-Reġina taħtar Sinjur-Lieutenant bħala rappreżentant personali tagħha f'distretti differenti tar-Renju Unit. L-iStatut ta' Belt (fir-Renju Unit jiddistingwu bejn Belt u Raħal), li hija gvernata mill-Royal Charter, tista' tiġi kkonsidrata separata mill-klassifikazjoni ta' gvern lokali. Għalkemm hemm sitta u sittin city fir-Renju Unit - ħamsin fl-Ingilterra, sitta fl-iSkozja, ħamsa f' Wales u ħamsa fl-Irlanda ta' Fuq - numru minnhom ma jiffurmawx gvernijiet lokali separati.

L-Ingilterra tinqasam f'disa' distretti fin-naħa ta' fuq tad-Diviżjonijiet tal-Ingilterra u huma magħrufin ukoll bħala l-reġjun tal-uffiċju tal-gvern tal-Unjoni Ewropea. Kull reġjun huwa magħmul minn counties u postijiet unitarji tal-awtorita, aparti minn Londra, li tinkonsisti minn 32 postijiet magħquda ma' Londra. Londra ivvotat favur li jkollha assemblea fil-1998 u kien minn hemm li r-reġjunijiet l-oħra ngħataw l-assemblea reġjonali tagħhom, iżda b'referendum fl-2004 dwar assemblea, din ma ġietx aċċettata mir-reġjun tal-Grigal u b'hekk waqfet il-proposta. Taħt il-livell tar-reġjun u teskludi Londra, L-Ingilterra għandha kemm kunsilli tal-counties u kunsilli għad-Distretti jew awtoritajiet unitarji.

L-Irlanda ta' Fuq hija bħalissa maqsuma f'26 distrett għall-iskop ta' gvern lokali għalkemm dawn il-kunsilli m'għandhomx l-istess ammont ta' funzjonijiet kif inhu l-każ fir-Renju Unit. Madankollu, f'13 ta' Marzu 2008, l-eżekuttiv aċċetta proposti li jinħolqu 11-il kunsill ġdid sabiex titbiddel is-sistema kurrenti.

L-iSkozja hija maqsuma f'32 żoni ta' kunsilli b'varjazzjoni kbira ta' kemm fid-daqs kif ukoll fil-popolazzjoni. Il-Bliet ta' Glasgow, Edinburgu, Aberdeen u Dundee huma żoni seperati fiż-żoni ta' kunsilli kif ukoll fil-Kunsill tal-Għoljiet li jinkludi terz taż-żona tal-iSkozja iżda b'ftit aktar minn popolazzjoni ta' 200,000. Il-poter investit f' dawn l-awtoritajiet lokali huwa amministrat minn kunsillieri eletti, li bħalissa hemm 1,222 u jitħallsu salarju part-time. Elezzjonijiet huma kondotti b' Single Transferable Vote fejn jkun hemm aktar minn membru wieħed u huma eletti tlieta jew erba' kunsilliera. Kull kunsill jeleġi Provost jew Konvenor biex jkun il-president tal-kunsill.

Gvern Lokali ta' Wales għandu 22 awtoritajiet unitarji, li jinkludu l-Bliet ta' Kardiff, Swansea u Newport li huma awtoritajiet separati unitarji.

Relazzjonijiet Barranin u Forzi Armati

[immodifika | immodifika s-sors]
Biex tapprofondixxi, ara l-artikli: Relazzjonijiet Barranin tar-Renju Unit u Forzi Armati Brittanniċi.
Chelsea Barracks, kif inbniet mill-ġdid fis-sittinijiet
HMS Illustrious. Żewġ Ġarrejja tal-Ajruplani tal- Klassi Invincible u ġarrejja tal-elikotteri huma bħalissa fis-servizz filwaqt li it-tielet Ġarrejja hija fir-riżerva
it-Trident II SLBM ġie sparata minn wieħed mill-erba' Sottomarini ta' Klassi Vanguard tal-Flotta Rjali bħala prova.
Il-Eurofighter Uragan Forza tal-Arja huwa ajruplan ġellied avvanzat u t-tieni l-aktar għali wara l-F-22.
Bini tas-SIS, il-kwartieri ġenerali tal-MI6 f'Londra
Terrazzin tad-dar Carlton (Carlton House Terrace), id-dar oriġinali tal-attivitajiet ta' propaganda tad-Dipartiment tar-Riċerka tal-Informazzjoni (Information Research Department, IRD) (1948-1977), Londra

Ir-Renju Unit huwa membru permanenti tal-Kunsill tas-sekurta tal-Ġnus Mgħaquda, membru tal-G8 u tan-NATO, u stat membru tal-Unjoni Ewropea. Ir-Renju Unit għandu “Relazzjoni Speċjali” mal-Istati Uniti. Minbarra mill-Istati Uniti u l-Ewropa, il-Brittanja għandha wkoll fost l-alleatii viċini ħafna man-Nazzjonijiet tal-Commonwealth, l-Irlanda u Pajjiżi li jitkellmu bl-Ingliż. Il-preżenza globali tal-Brittanja u l-influwenza tagħha hija msaħħa mir-relazzjonijiet tagħha fil-qasam tal-kummerċ u l-forzi armati tagħha, li għandhom madwar tmenin bażi militari u arranġamenti oħrajn madwar id-dinja.

L-Armata, il-Flotta u l-Forza tal-Arja flimkien huma magħrufa bħala l-Forzi Armati Brittanniċi u uffiċjalment il-Forzi Armati tal-Kuruna. Il-Ġeneralissimu hija l-monarka, ir-Reġina Eliżabetta II filwaqt li huma mmexxija mill-Ministeru tad-Difiża. Il-Forzi Armati huma kkontrollati mill-Kunsill tad-Difiża, li jitmmexxa mill-kap tal-uffiċjali tad-difiża.

Ir-Renju Unit għandu wieħed mill-aktar forzi armati imħarrġa tajjeb u avvanzati teknoloġikament tad-dinja. skont varji tgħarrif, li jinkludi l-Ministeru tad-Difiża, ir-Renju Unit għandu t-tieni l-ogħla spiża militari minkejja għandha biss is-27 l-akbar forza militari jekk inqisu n-numru truppi. L-ispiża totali fil-qasam ta' difiża bħalissa tammonta għal 2.2% tal-GDP totali nazzjonali, ikkomparat mal-4.4% lejn l-aħħar tal-Gwerra Bierda. Hija t-tieni pajjiż li tonfoq fuq ix-xjenza, inġenerija u teknoloġija militari. Il-Flotta Rjali hija kkonsidrata li waħda mit-tliet flotot tal-baħar ikħal flimkien ma' dik ta' Franza u tal-Istati Uniti. Il-Forzi Armati Brittaniċi huma armati bl-aktar sistema avvanzata tal-armi, fosthom it-tankijiet Challenger 2 u l-Eurofighter Typhoon. Il-Ministeru tad-Difiża ikkonfermaw l-akwist ta' żewġ ġarrejja eċċeżżjonali tal-ajruplani fil- 25 Lulju 2007.

Ir-Renju Unit huwa wieħed mill-ħames pajjiżi rikonixxuti li għandhom armi nukleari, u li jagħmlu użu ta' sottomarini ta' klassi Vanguard-ibbażati fuq is-sistema ballistika tal-missili ta' Trident II.

Il-Forzi Armati tal-Brittanja għandhom id-dmir li jipproteġġu r-Renju Unit u territorji barranin, u b'hekk jippromovu s-sekurta globali fl-interessi tar-Renju Unit, u jieħdu ħsieb il-paċi ta' madwar id-dinja. Huma attivi u parteċipanti regolari fin-NATO, li jinkludi l-Korp ta' Reazzjoni Malajr tal-Alleati, kif ukoll il-Ħames Arranġamenti tal-Poter tad-Difiża u operazzjonijiet ta' koalizzjonijiet ta' madwar id-dinja. Gwarniġjuni u faċilitajiet barranin huma miżmuma fil-Gżira ta' Ascension, Beliż, Brunei, il-Kanada, Diego Garsia, il-Ġzejjer ta' Falkland, il-Ġermanja, il-Ġibiltà, il-Kenya, u f'Ċipru.

Fl-2005 intqal li l-Armata Brittanika għandha saħħa ta' 102,440 ruħ, il-Forzi Rjali tal-Arja saħħa ta' 49,210 u l-Flotta Rjali saħħa ta' 36,320, li jinkludu l-Marini Rjali, li jipprovdu kommandi li jispeċjalizzaw fil-gwerrer anfibji.

Il-Forzi Speċjali tar-Renju Unit, jipprovdu truppi li huma mħarrġa għar-respons militari ta' malajr kontra t-terroriżmu, fl-art, fuq il-baħar u f'operazzjonijiet anfibji, l-aktar fejn tattiċi strateġiċi u sekretezza huma meħtieġa.

Hemm forzi riżervi li jagħtu sapport lil militar regolari. Dawn jinkludu l-Armati Territorjali, ir-Riżervi Navali Rjali, ir-Riżervi Navali Rjali, ir-Riżervi Marittmi Rjali u l-Forzi Reali tal-Arja Aussiljari. Dan jpoġġi l-popolazzjoni tal-militar attiv u tar-riżerva għal madwar 429,500 li huma maqsuma f'tmenin pajjiż.

Minkejja l-kapaċitajiet militari tar-Renju Unit, il-politika pragmatika riċenti tad-difiża sostnit li "l-aktar operazzjonijiet ta' importanza" se jidħlu għalihom se tkun permezz ta' koalizzjoni. Minbarra l-intervezzjonijiet f'Sierra Leone, operazzjonijiet fil-Bosnja, Kosovo, Afganistan u l-Iraq li jistgħu jitqiesu bħala preċedenti. L-aħħar Gwerra li l-forzi Brittanniċi ġġieldu waħidhom kien fil-Gwerra tal-Falklands ta' 1982, fejn kienu rebbieħa.

Liġi u Ġustizzja Kriminali

[immodifika | immodifika s-sors]
Biex tapprofondixxi, ara l-artikli: Liġi tar-Renju Unit, Liġi Ingliża, Liġi Skoċċiża u Liġi tal-Irlanda ta' Fuq.

Billi ġie maħluq bl-għaqda politika ta' pajjiżi li qabel kienu independenti u fit-Trattat ta'l-Unjoni hemm garanzija li s-sistema legali seperata tal-iSkozja tkompli, ir-Renju Unit m'għandux sistema legali waħda. Illum ir-Renju Unit għandu tliet sistemi ta' liġijiet distinti: il-Liġi Ingliża u l-liġi tal-Irlanda ta' Fuq li huma bbażati fuq il-prinċipji ta' liġi-komuni kif ukoll il-Liġi Skoċċiża li hija bbażata fuq sistema mħallta ta' liġijiet-komuni u prinċipji ta' liġi ċivili. Il-Kumitat tal-Appell tal-Kamra tal-Lords (aktar spiss magħruf bħala l-“Kamra tal-Lords”) hija bħalissal-ogħla qorti għal kemm każijiet ċivili kif ukoll kriminali fl-Ingilterra, il-Wales, u l-Irlanda ta' Fuq, u għal każijiet ċivili taħt il-liġi skoċċiża. Tibdil riċenti fil-kostituzzjoni fisser li l-poteri tal-Kamra tal-Lords se jiġu transferuti għall-Qorti Suprema tar-Renju l-ġdida. Il-Kumitat tal-Ġustizzja tal-Kunsill tar-Reali, (li jinkludi l-istess membri tal-Kumitat tal-Appell tal-Kamra tal-Lords), huwa l-ogħla qorti tal-appell għal bosta pajjiżi independenti tal-Commonwealth, it-territorji barranin tar-Renju Unit, u d-dependenzi tal-Kuruna tal-Brittanja.

Il-Liġijiet Ingliżi japplikaw għall-Ingilterra u Wales. Il-fatt li l-liġijiet komuni ingliżi huma magħmulin minn imħallfin li jippresiedu fil-qrati stess, u b'hekk jagħmlu użu mill-għerf u sens komun fil-preċedenza legali (stare decisis) tal-fatti quddiemu. Is-sistema tal-qorti hija mmexxija mill-qorti suprema tal-ġustizzja tal-Ingilterra u ta' Wales, li tinkonsisti mill-Qorti tal-Appell, il-Qorti Suprem tal-Ġustizzja (għal każijiet ċivili) u l-Qorti tal-Kuruna (għal każijiet kriminali). Il-Kumitat tal-Appell tal-Kamra tal-Lords huwa preżentament l-ogħla qorti kemm għal każijiet ċivili kif ukoll kriminali fl-Ingilterra, f'Wales, u fl-Irlanda ta' Fuq. Deċiżjoni mill-ogħla qorti tal-appell fl-Ingilterra u f'Wales, il-Kamra tal-Lords hija finali għal kull ieħor fil-ġerarkija, u huma ssegwu d-direzzjonijiet tagħha.

Il-kriminalità fl-Ingilterra u f'Wales żdiedet fil-perjodu bejn l-1981 u l-1995 għalkemm, minn dik l-ogħla rata, il-kriminalità naqset b'42% mill-1995 sa 2006/7. Minkejja li r-rati tal-kriminalità naqqsu, il-popolazzjoni tal-ħabsin fl-Ingilterra u f'Wales kważi rdoppjat fl-istess perijodu, għal aktar minn 80,000, l-għola rata ta' priġunieri fl-Ewropa tal-Punent b'147 minn kull 100,000 ruħ. Is-Servizz tal-Ħabs tal-Kuruna, li jirraporta lill-Ministeru tal-Ġustizzja, jieħu ħsieb il-biċċa l-kbira tal-ħabsijiet fl-Ingilterra u f'Wales.

Il-Liġi Skoċċiża tapplika' fl-iSkozja. Il-Qrati supremi huma l-Qorti tal-Sessjoni, għal każijiet ċivili, u l-Qorti Suprem għall-Ġustizzja, għal każijiet kriminali, filwaqt li l-Qorti tax-Xeriff jieħu ħsieb kważi kull funżjoni tal-qorti tal-‘'County Ingliż imma jagħmel ukoll kawżi fil-qorti bil-ġurija (Qorti solenni tax-Xeriff) jew inkella b'Xeriff iżda bla ġurija (qorti qasir tax-Xeriff). Il-Kumitat tal-Appell tal-Kamra tal-Lords bħal issa sservi bħala l-ogħla qorti tal-appell għal każijiet ċivili taħt il-liġijiet Skoċċiżi. Is-sistemaa legali Skoċċiża hija unika mihabba li hemm tlett verdetti possibli f'kawża kriminali: "Ħati", "mhux ħati" u "mhux ippruvat ħati". Kemm “mhux ħati” u “mhux ippruvat ħati” jiriżultaw f'maħfra bl-ebda ċans tal-Kawża mill-Ġdid. Is-Servizz tal-Ħabs Skoċċiż jieħu ħsieb il-ħabs tal-iSkozja bis-Segretarju tal-Kabinett għall-Ġustizzja responsabbli għas-servizz tal-ħabs tal-iSkozja fil-gvern tal-Iskozja.

Biex tapprofondixxi, ara l-artikli: Ġeografija tar-Renju Unit u Klima tar-Renju Unit.
Topografija tar-Renju Unit
Gżejjer Brittaniċi
Post ta' Gżejjer Brittaniċi
Mappa ta' Renju Unit

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq hu kompost mill-Ġżira tal-Gran Brittanja (l-aktar l-Ingilterra, l-iSkozja u Wales) u l-biċċa tal-grigal tal-Ġżira tal-Irlanda (l-Irlanda ta' Fuq), flimkien mal-ġżejjer żgħar ta' madwar. L-Art prinċipali tinsab bejn il-latitudni ta' 49° u ta' 59° N (Il-Gżejjer ta' Shetland jilħqu kważi 61° N), u lonġitudini ta' bejn 8° W u 2° E. L-Osservatorju Rjali ta' Greenwich, ħdejn Londra, hija l-punt definit bħala l-Meridjan Prim. Ir-Renju Unit jinsab sewwa sew bejn L-Oċean Atlantiku tat-Tramuntana u l-Baħar tat-Tramuntana, u hu 35 kilometru (22 mil) 'l bogħod mill-kosta tal-majjistral ta' Franza fejn bejnithom jinsab il-Fliegu tal-Manika. L-Irlanda ta' Fuq taqsam 360 kilometri (224 mil) ta' art mal-Irlanda. It-Tunnel tal-Fliegu ("Chunnel") issa jagħqad ir-Renju Unit ma' Franza taħt il-Fliegu tal-Manika. L-akbar distanza bejn żewġ postijiet fir-Renju Unit huwa ta' 1,350 kilometru (224 mil) bejn Land's End f'Cornwall (ħdejn Penzance) u John O'Groats f'Caithness (ħdejn Thurso), vjaġġ ta' jumejn bil-karozza. Meta tiġi mkejla direttament mit-tramuntana – għan-nofs inhar hija ftit aktar minn 1,100 kilometru (700 mil) fid-daqs u hija kemm kemm iżgħar minn 500 kilometru (300 mil) fil-wisa'. L-arja totali tar-Renju Unit hija bejn wieħed u ieħor 245,000 kilometru kwadru (94,600 mil kwadru).

Il-Klima tar-Renju Unit hija pjutost ddominata mix-xita matul is-sena kollha. It-temperatura tvarja matul l-istaġuni però rari tinżel taħt −10 °C (14.0 °F) jew titla' 'l fuq minn 35 °C (95 °F). L-aktar riħ komuni huwa mix-xlokk, u minħabba l-oċean Atlantiku jkun hemm temp x'aktarx niedi u kalm. In-naħħat tal-Lvant huma l-aktar mkenna minn dan ir-riħ u għalhekk l-aktar xotti. Il-kurrenti mill-Atlantiku, jissaħħnu mil-Kurrent tal-Golf, li jġib temp kalm, speċjalment fil-punent fejn ix-xitwa tkun waħda pjutost nieda, speċjalment fl-għoljiet. Is-sjuf huma l-aktar sħan fix-xlokk tal-Ingilterra, li hu l-aktar viċin lejn l-art prinċipali tal-Ewropa, u l-aktar kiesha fit-trumuntana. Il-borra tista' tinżel fix-xitwa u fil-bidu tar-rebbiegħa, għalkemm ma tantx issibha 'l bogħod mill-għoljiet.

L-Ingilterra tammonta għal ftit aktar min-nofs tal-arja totali tar-Renju Unit u tkopri 130,410 kilometru kwadru (50,350 mil kwadru). Il-Pajjiż l-aktar li jikkonsisti huwa terren baxx, u terren muntanjuż fil-majjistral tal-Tees-Exe line. Hemm katini ta' muntanji fil-majjistral (Muntanji ta' Cumbria u Distrett ta' Lagi), fit-trumuntana (it-tirmiġġa tal-għolja tal-Pennines u l-għoljiet tal-ġebla tal-ġir tal-Peak District) u fl-ilbiċ (Exmoor u Dartmoor). Ktajjen iżjed baxxi jinkludu l-għoljiet ta' ġebla tal-ġir tal-Gżira ta' Purbeck, Cotswolds u Lincolnshire Wolds, u d-downs tal-ġips tal-Formazzjoni tal-ġips tan-Nofs Inhar tal-Ingilterra. Ix-xmajjar u l-estwarji ewlenin huma it-Thames, is-Severn u l-estwarju tal-Humber. L-Għola muntanja tal-Ingilterra hija Scafell Pike, li hija fid-Distrett ta' Lagi 978 metri (3,209 piedi). L-Ingilterra għandha numru kbir ta' rħula kbar u bliet u, f'termini ta' żoni urbani kbar, għandha sitta mill-50 l-akbar żoni fl-Unjoni Ewropea.

Ben Nevis, fil- Muntanji ta' Grampia hija l-aktar punt għolja fil-Gżejjer Brittanniċi

L-iSkozja tammonta għal madwar terz tal-arja totali tar-Renju Unit, u tkopri 78,789 kilometri kwadri (30,420 mil kwadru). It-topografija tal-iSkozja hija magħrufa għal-Highland Boundary Faultqasma geoloġika fil-blata – li taqsam l-art prinċipali tal-iSkozja minn Helensburgh sa Stonehaven. Il-Qasma tissepara żewġ reġjuni differenti totalment differenti, bħall-għoljiet fit-tramuntana u l-punent filwaqt fin-nofs inhar u l-lvant jinsabu l-witjiet. L-iktar reġjun imħatteb jinsabu l-aktar postijiet ħorox tat-terran tal-iSkozja, li jinkludi l-aktar post għoli Ben Nevis, 1344 metru, (4,409 pied). Żoni witja, fin-nofs inhar tal-iSkozja, huma aktar ċatti u hawnhekk jinsab il-biċċa kbira tal-popolazzjoni, speċjalment fil-parti irqiqa bejn Firth of Clyde u Firth of Forth li huma magħrufa bħala l- Ċinturin Ċentrali. Glasgow hija l-akbar belt tal-iSkozja, għalkemm Edinburgu hija l-kapitali u ċ-ċentru politiku tal-pajjiż. L-iSkozja anki għandha kważi tmien mitt gżira, l-aktar fil-punent u fit-tramuntana tal-art prinċipali, l-aktar magħrufa huma l-Hebrides, Il-Ġżejjer ta' Orkney u l-Ġżejjer ta' Shetland.

Wales jammonta għal inqas minn għaxar tal-arja totali tar-Renju Unit, u tkopri biss 20,758 kilometru kwadru (8,010 mil kwadru). Wales huwa ddominat mill-muntanji għalkemm fin-Nofs Inhar ta' Wales hemm inqas muntanji mit-tramuntana u fin-nofs ta' Wales. Il-popolazzjoni u l-industrija prinċipali tinsab fin-Nofs Inhar ta' Wales u fejn sewwa sew jinsabu l-bliet ta' Cardiff, Swansea u Newport u Widien tan-Nofs inhar ta' Wales. L-għola muntanji f'Wales qegħdin f'Snowdonia, u jinkludu Snowdon (Yr Wyddfa bil-Galliż), 1,085 metru (3,560 pied) li hija l-għola punt ta' Wales. Il-14(jew 15 possibli) muntanji ta' Wales għola minn 3,000 pied (914 metru) huma flimkien magħrufa bħala l-Welsh 3000s. Wales għandu l-fruntieri tiegħu mal-Ingilterra fl-Ilvant u l-baħar fuq it-tlett naħħat l-oħra: Il-Fliegu ta' Bristol fin-nofs inhar, il-Fliegu ta' San Ġorġ fil-punent, u l-Baħar Irlandiż fit-tramuntana. Wales għandu l-fuq minn 1,200 kilometru (750 mil) ta' kosta. Hemm bosta ġżejjer ħdejn l-art prinċipali ta' Wales, l-akbar waħda hija Anglesey (Ynys Môn) fil-majjistral.

L-Irlanda ta' Fuq jammonta biss għal 14,160 kilometru kwadru (5,470 mil kwadru) u hija mimlija bl-għoljiet. Hija tinkludi l-Lough Neagh u tilħaq 388 kilometru kwadru (150 mil kwadru), l-akbar ammont ta' ilma fir-Renju Unit u l-Irlanda. L-Għola punt hija Slieve Donard li hija għolja 849 metru (2,785 pied) fil-provinċja tal-Muntanji ta' Mourne.

Bliet u Rħula

[immodifika | immodifika s-sors]
Biex tapprofondixxi, ara l-artikli: Lista tal-akbar postijiet abitati fir-Renju Unit u Lista ta' postijiet urbani fir-Renju Unit.

Il-Kapitali tal-pajjiżi individwali tar-Renju Unit huma:Belfast (Irlanda ta' Fuq), Cardiff (Wales), Edinburgu (Skozja) u Londra (Ingilterra), li hija wkoll il-belt kapitali tar-Renju Unit.

Rank Bliet Pajjiżi Kostitwenti Pop. Rank Bliet Pajjiż Kostitwenti Pop.
1 Londra Ingilterra 7,172,091 11 Coventry Ingilterra 303,475
2 Birmingham Ingilterra 970,892 12 Kingston upon Hull Ingilterra 301,416
3 Glasgow Skozja 629,501 13 Bradford Ingilterra 293,717
4 Liverpool Ingilterra 469,017 14 Cardiff Galles 292,150
5 Leeds Ingilterra 443,247 15 Belfast Irlanda ta' Fuq 276,459
6 Sheffield Ingilterra 439,866 16 Stoke-on-Trent Ingilterra 259,252
7 Edinburgh Skozja 430,082 17 Wolverhampton Ingilterra 251,462
8 Bristol Ingilterra 420,556 18 Nottingham Ingilterra 249,584
9 Manchester Ingilterra 394,269 19 Plymouth Ingilterra 243,795
10 Leicester Ingilterra 330,574 20 Southampton Ingilterra 234,224
Ċensiment 2001

L-Akbar żoni urbani huma::

Biex tapprofondixxi, ara l-artikli: Demografija Tar-Renju Unit u Gruppi Etniki fir-Renju Unit.

Popolazzjoni, migrazzjoni u etnika

[immodifika | immodifika s-sors]
Il-popolazzjonijiet u perċentaġġi tal-poplazzjoni total tal-erba' nazzjonijiet fir-Renju Unit.

skont iċ-ċensiment ta' April 2001, il-popolazzjoni totali tar-Renju Unit kienet ta' 58,789,194, it-tielet l-akbar fl-Unjoni Ewropea (wara l-Ġermanja u Franza), il-ħames l-akbar fil-Commonwealth u fl-ewwel u għoxrin post fost in-nazzjonijiet kollha tad-dinja. Huwa stmat li sa nofs l-2006, il-popolazzjoni żdiedet għal 60,587,300. Il-biċċa kbira ta' din iż-żieda kienet minħabba l-immigrazzjoni iżda wkoll minħabba iż-żieda fir-rata tat-twelid u l-fatt li n-nies qegħdin jgħixu ħajja itwal.

Il-popolazzjoni tal-Ingilterra sa nofs l-2006 kienet stmata li hija 50,762,900 u b'hekk tagħmilha waħda mill-pajjiżi fejn hemm densità għolja b'383 persuna f' kilometru kwadru. Madwar kwart tal-popolazzjoni tar-Renju Unit jgħixu fix-xlokk tal-Ingilterra fejn huwa pjutost urban u suburban.

Sa nofs 2006, kien stmat li l-popolazzjoni tal-iSkozja hija 5,116,900, Filwaqt li il-popolazzjoni ta' Wales kienet stmata 2,965,900 u dik tal-Irlanda ta' Fuq 1,741,600 b' densità ferm aktar baxxa minn dik tal-Ingilterra. Ikkomparata mad-densità tal-Ingilterra, il-figuri korrespondenti huma 142 għal Wales, 125 għall-Irlanda ta' Fuq u 65 għall-iSkozja. Fl-2006, Il-medja tar-rata tal-fertilità totali (RTF) madwar ir-Renju Unit kienet ta' 1.84 ulied għal kull mara, inqas mir-rata li żżomm il-popolazzjoni l-istess, iżda ogħla mill-rata tal-2001 fejn laħqet rekord baxxa ta' 1.63. Fir-Renju Unit, l-Ingilterra u Wales, b'1.83, kienu t-tnejn viċin għall-medja tar-Renju Unit, iżda tal-iSkozja kienet aktar baxxa b'1.67 biss. Ir-RTF tar-Renju Unit kien ferm aktar fil-‘baby boom' tal-1960ijiet, fejn laħqet 2.95 ulied għal kull mara fl-1964.

Fil-ġurnata preżenti l-popolazzjoni tar-Renju Unit hija mfassla minn gruppijiet etniċi differenti iżda l-aktar mill-:pre-Ċeltiċi, Ġeltiċi, -Rumani, Anglo-Sassuni, u Normanni. Minn 1945, ir-relazzjonijiet internazzjonali li inħolqu mill-Imperu Brittanniku ħejjew it-triq għall-immigrazzjoni sustanzjali, speċjalment mill-Afrika, il-Karabew u minn Nofs inhar tal-Asja. Minħabba li ċ-ċittadini tal-UE huma ħielsa li jgħixu u jaħdmu f'pajjiżi oħra tal-UE, l-aċċess tal-pajjiżi membri ġodda tal-2004 mill-Ewropa Ċentrali u tal-Ilvant irriżulta f'aktar immigrazzjoni minn dawn il-pajjiżi. Mill-2001, 91.1% tal-popolazzjoni identifikaw ruħhom bħala bojjod, u b'hekk il-bqija, 7.9% tal-popolazzjoni tar-Renju Unit, jidentifikaw ruħhom bħala ta' razza mħallta jew gruppi etniċi minuri oħrajn.

Id-diversità etnika tvarja sinnifikament madwar ir-Renju Unit. 30.4 fil-mija tal-popolazzjoni ta' Londra u 37.4 fil-mija ta' Leicester kien stmat li m'humiex bojjod f'Ġunju 2005, filwaqt li inqas minn 5 fil-mija tal-popolazzjoni tal-Grigal tal-Ingilterra, Wales u l-Lbiċ tal-Ingilterra kien minn etnika minuri skont iċ-ċensiment tal-2001. Mill-2007, 22% tat-tfal ta' skejjel primarji u 17.7% tat-tfal li jattendu skejjel sekondarji fl-Ingilterra kienu minn familji ta' etnika minuri.

Gruppi etniċi Popolazzjoni % mit-total*
Brittaniċi Bojod &0000000050366497.00000050,366,497 85.7%
Irlandiżi Bojod &0000000000691232.000000691,232 1.2%
Bojjod (oħrajn) &0000000003096169.0000003,096,169 5.3%
Razza Mħallta &0000000000677117.000000677,117 1.2%
Indjani &0000000001053411.0000001,053,411 1.8%
Pakistani &0000000000747285.000000747,285 1.3%
Bangladexxi &0000000000283063.000000283,063 0.5%
Asjatiċi Oħrajn (mhux Ċiniżi) &0000000000247644.000000247,644 0.4%
Suwed mill-Karibew &0000000000565876.000000565,876 1.0%
Afrikani Suwed &0000000000485277.000000485,277 0.8%
Suwed (oħrajn) &0000000000097585.00000097,585 0.2%
Ċiniżi &0000000000247403.000000247,403 0.4%
Oħrajn &0000000000230615.000000230,615 0.4%
* Perċentaġġ tal-popolazzjoni totali tar-Renju Unit

Fir-Renju Unit hemm rata ta' twelid-barrani għoli, għal kuntrast mal-pajjiżi Ewropej oħrajn, l-immigrazzjoni qiegħda tikkontribwixxi għal din l-popolazzjoni li qiegħda tikber, u tammonta għal nofs iż-żieda fil-popolazzjoni mill-1991 sa 2001. L-aktar figura riċenti (2006) turi li l-immigrazzjoni netta għar-Renju Unit kienet ta' 191,000 (591,000 immigrant u 400,000 emigrant), żdieda miċ-ċifra ta' 185,000 tal-2005 (fl-aħħar mill-aħħar, kien hemm telfa' ta' 126,000 Brittanniċi u żieda ta' 316,000 ċittadini barranin) Wieħed minn sitta kienu minn pajjiżi tal-Ewropa tal-Ilvant, b'numru akbar ġejjin mill-pajjiżi tal-Commonwealth il-ġdida. Żewġ terżi tal-immigrazzjoni netta huma mill-Subkontinent Indjan, bosta minnhom sabiex jingħaqdu mal-familja tagħhom. Filwaqt, li mill-inqas 5.5 miljun persuna imwielet Brittanniku qiegħed jgħix barra mir-Renju Unit. L-aktar postijiet popolari għall-emigranti huma Awstralja, Spanja, Franza, New Zealand u L-iStati Uniti.

Madankollu, studju ta' tbassir demografiku għall-bliet wera li l-figuri kkwotati tal-immigrazzjoni m'humiex ta' min torbot fuqhom u l-immigrazzjoni netta għal 2005 kienet madwar 400,000. Madankollu, fir-Renju Unit il-proporzjon ta' persuni mwielda barra hu ftit aktar baxx minn f'pajjiżi oħra Ewropej.

Fl-2004, in-numru ta' persuni li saru ċittadini Brittanniċi kiber għal rekord ta' 140,795 - żieda ta' 12% mis-sena ta' qabel. Dan in-numru żdied drastikament mill-2000. Il-maġġoranża kbira taċ-ċittadini ġodda ġew mill-Afrika (32%) u l-Asja (40%), filwaqt li l-akbar tliet gruppi huma nies mill-Pakistan, l-Indja u s-Somalja. Fl-2006, kien hemm 149,035 applikazzjoni għaċ-ċittadinanża Brittannika, 32% inqas mill-2005. In-numru ta' persuni li ġew mogħtija ċ-ċittidinanża matul l-2006 kien 154,095, 5% inqas mill-2005. L-akbar grupp ta' persuni li ġew mogħtija ċ-ċittadinanża Brittannika kienu mill-Indja, l-Pakistan, is-Somalja u mill-Fillipini. Fl-2006, 21.9% ta' trabi li twieldu fl-Ingiltterra u f'Wales ġew imwielda minn ommijiet li twieldu barra mir-Renju Unit, (146,956 minn 669,601), skont l-istatistiċi uffiċjali maħruġa fl-2007 li juru wkoll l-ogħla [[Lista ta' pajjiżi u territorji skont ir-rata ta' fertilità|rata tat-twelid] f'26 sena. Iżda bħall-pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropej, ir-rata tat-tweliet baqgħet taħt ir-rata li żżomm il-popolazzjoni l-istess.

Meta l-UE tkabbret aktar lejn l-ilvant fl-2004 u fl-2007, ħolqot id-dritt li nies minn pajjiżi bħall-Polonja, is-Slovakkja, u l-Litwanja, u aktar riċentament ir-Rumanija u l-Bulgarija li joqgħodu fir-Renju Unit. Iċ-ċifri ppublikati f'Awissu 2007 juru li 682,940 persuna applikaw għas-Skema ta' reġistrazzjoni għal-ħaddiema (għaċ-ċittadini ta' pajjiżi miċ-ċentru u mill-ilvant tal-Ewropa li ssieħbu fl-UE f'Mejju 2004) bejn l-1 ta' Mejju 2004 u t-30 ta' Ġunju 2007, li 656,395 ġew aċċettati. Il-ħaddiema li huma impjegati minnhom stess u persuni li m'humiex qegħdin jaħdmu (jinkludu studenti) m'humiex obligati li jirreġistraw taħt din l-iskema għalhekk din iċ-ċifra turi repreżentazzjoni baxxa tad-dħul tal-immigranti. Dawn il-figuri ma jurux in-numru ta' immigranti iżda dawk li marru lura lejn darhom. Madankollu 56% tal-applikanti fit-12-il xahar sat-30 ta' Ġunju 2007 li rraportaw pjannijiet li jibqgħu għal massimu ta' tliet xhur, b'immigrazzjoni netta fl-2005 minn pajjiżi ġodda tal-UE ta' 64,000. Ir-riċerka turi li total ta' miljun persuna marru joqgħodu r-Renju Unit sa April 2008, iżda nofs dan in-numru s'issa marru lura jew inkella marru f'pajjiż ieħor.

Informazzjoni tan-Numru Nazzjonali ta' Assikurazzjoni juri li 2.5 miljun ħaddiem barrani mar fir-Renju Unit għax-xogħol (jinkludi dawk li marru għal perjodi qosra), il-maġġoranza minn pajjiżi tal-UE, bejn l-2002 u l-2007.

Il-Gvern tar-Renju Unit bħalissa qiegħed joħloq sistema ta' immigrazzjoni ibbażata fuq il-punti sabiex tieħu post is-skema kurrenti għall-immigrazzjoni minn barra ż-Żona Ewropea Ekonomika.

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Lingwi tar-Renju Unit.
Pajjiżi fejn l-Ingliż għandu de facto jew de jure statut ta' lingwa uffiċjali.

Minkejja r-Renju Unit m'għandux de jure lingwa uffiċjali, il-lingwa mitkellma predominanti hija l-Ingliż, lingwa Ġermanika tal-Ilvant li għandha l-għeruq tagħha fl-Inġliż Qadim li għandu ammont kbir ta' self mill-iSkandinavu Qadim, Franċiż Normann u l-Latin. Il-Lingwa Ingliża hija imxerrda mad d-dinja (minħabba l-Imperu Brittanniku u l-qawwa tal-iStati Uniti) u għalhekk saret il-lingwa tal-kummerċ tad-dinja. Hija l-aktar lingwa mgħallma bħala t-tieni lingwa madwar id-dinja.

Il-Lingwi l-indiġeni l-oħrajn tar-Renju Unit huma l-Ingliż-Skoċċiż (li hija abbenata viċin ħafna mal-Ingliż) u erba' lingwi Ċeltiċi. Il-lingwi Ċeltiċi jinqasmu f'żewġ gruppi: żewġ lingwi Ċeltiċi tat-tip P (Galliż u Korniku); u żewġ lingwi Ċeltiċi tat-tip Q (Irlandiż u Gaeliku Skoċċiż). Id-djaletti Ċeltiċi kellhom influwenza persistenti mill-Kumbriku fit-tramuntana tal-Ingilterra għal sekli, l-aktar famuż fis-sett ta' numri użati sabiex jgħoddu l-mogħoż (ara Yan Tan Tethera). skont iċ-ċensiment tal-2001, hemm ftit aktar minn 20% tal-popolazzjoni ta' Wales li jgħidu li jafu jitkellmu bil-Galliż, żieda żgħira mill-1991. Aktar minn hekk, huwa stmat li hemm 200,000 li jistgħu jitħaddu bil-Galliż u li jgħixu l-Ingilterra. Il-Galliż u l-Gaeliku Skoċċiż huma mitkellma fost gruppi żgħar madwar id-dinja, xi ftit Gaeliku għadu mitkellem fin-Nova Skozja u l-Kanada, filwaqt l-Galliż għadu mitkellem fil-Patagonja u fl-Arġentina.

Il-lingwi tal-immigranti jikontribwixxu għal 10% tal-popolazzjoni tar-Renju Unit, il-Franċiż huwa mitkellem minn 2.3% tal-popolazzjoni tal-pajjiż, 1.0% tal-Brittanniċi jitkellmu bil-Polakk li juri l-migrazzjoni tal-masses riċenti għar-Renju Unit. 0.9% tal-popolazzjoni tar-Renju Unit jitkellmu bil-Ġermaniż u 0.8% l-Ispanjol. L-akbar ammont ta' lingwi barranin oħra mitkellma fir-Renju Unit għandhom l-oriġni tagħhom mill-Ewropa, l-Asja u l-Afrika. Perċentaġġ akbar ta' immigranti fir-Renju Unit jiġu minn pajjiżi Anglofoni (bħan-Niġerja, l-Ġamajka, Hong Kong u l-Filippini), għalhekk ma tantx hemm diversità kbira bejn ftit komunitajiet etniċi minuri.

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Reliġjon fir-Renju Unit.

Għalkemm ir-Renju Unit għandu tradizzjoni antika Nisranija u għad hemm rabta bejn il-knisja u l-istat, is-soċjetà tar-Renju Unit hija prevalentament sekulari b'38% li jsostnu f'twemmin f'xi Alla u dawk li jidentifikaw ruħhom ma' reliġjon partikolari. Il-Kristjaneżmu huwa l-aktar ipprattikat segwit mill-Islam, il-Hinduiżmu, is-Sikhiżmu u l-Ġudaiżmu.

Kristjaneżmu

[immodifika | immodifika s-sors]
Westminster Abbey huwa użat għall-kurunazzjoni tal-Monarka Brittaniku, meta jinħatar ukoll kap tal-Knisja tal-Ingilterra.
Katidral ta' San Pablo (St Paul's Cathedral), Id-dedikazzjoni tagħha f'ġieħ l-appostlu Pawlu tmur lura għall-knisja oriġinali f'dan is-sit, imwaqqfa fis-sena 604 wara Kristu. L-istruttura attwali, li tlestiet fl-1710, hija bini elenkat ta' Grad I li kien iddisinjat fl-istil Barokk Ingliż. minn Sir Christopher Wren.
Knisja ta' San Pietru (St Peter's Church), Wolverhampton
Il-Katidral ta' Peterborough, proprju l-Knisja Katidrali ta' San Pietru, San Pawl u Sant' Andrija, u qabel magħruf bħala Peterborough Abbey jew St Peter's Abbey, huwa katidral f'Peterborough, Cambridgeshire, fir-Renju Unit. Fl-1542 sar katidral. L-arkitettura tagħha hija prinċipalment Normanna, wara rikostruzzjoni fis-seklu 12.
Il-Katidral ta' Durham, formalment il-Knisja Katidrali ta' Kristu, Beata Marija Verġni u San Cuthbert ta' Durham, huwa katidral tal-Knisja tal-Ingilterra fil-belt ta' Durham, Ingilterra, Renju Unit. Jmur mis-snin 1093–1133.
Il-Katidral ta' Ely, formalment il-Knisja Katidrali tat-Trinità Qaddisa u Indiviża ta' Ely, huwa katidral Anglikan fil-belt ta' Ely, Cambridgeshire, l-Ingilterra. Il-katidral għandu l-oriġini tiegħu fl-abbazija mwaqqfa f'Ely fl-672 minn Saint Æthelthryth (imsejħa wkoll Etheldreda). L-ewwel partijiet tal-bini attwali jmorru lura għall-1083
Knisja ta' Sant Andrija (St Andrew's Church, Hambleton), Hambleton
Knisja ta' Kristu (Christ Church), Kilndown, Kent, l-Ingilterra. Inbniet fl-1839.
Knisja ta' dik li qabel kienet Bath Abbey, Somerset

Il-Kristjaneżmu huwa r-reliġjon l-aktar ippratikata fir-Renju Unit b'ħafna knejjes, denominazzjonijiet, u gruppi nsara. Is-Survey ta' Tearfund fl-2007 wera li 53% iqisu ruħhom bħala nsara. Dan jaqbel ħafna mas-Survey tax-Xeħta Soċjali Brittanika tal-2004, u sal-2001 iċ-ċensiment tar-Renju Unit sab li 71.6% huma nsara għalkemm dik tal-2001 kienet "mistoqsija aktar bil-ħlewwa".

Il-Knisja tal-Ingilterra, li nfirdet minn Ruma fl-1534 (ara Reforma Inġliża) hija, illum, il-Knisja 'stabbilita' tal-Ingilterra u parti integrali mill-Komunità Anglikana. Il-Monarka Brittanniku jrid ikun membru tal-Knisja tal-Ingilterra taħt l-Att tal-Stabbiliment 1701 u hu l-Gvernatur Suprem tagħha. L-Arċisqof ta' Canterbury huwa l-għola isqof tal-knisja. L-influwenza diretta tal-Knisja tal-Ingilterra naqset ħafna matul dawn l-aħħar snin, però għandha rappreżentazzjoni fil-Parlament tar-Renju Unit u d-dritt li tipproponi leġiżlatura (ġeneralment fl-amministrazzjoni li għandha x'jaqsam mar-reliġjon), permezz tas-Sinodu Ġenerali, li tista' ssir liġi, iżda mhux irreveduta mill-Parlament.

Il-Knisja tal-iSkozja (magħrufa informalment bħala l-Kirk), li infirdet minn Ruma fl-1560 (ara Reforma Skoċċiża) hija knisja Presbiterjana, magħrufa bħala l-knisja nazzjonali tal-iSkozja, u hija independenti mill-istat. Il-Monarka Brittanniku hu membru ordinarju, u jrid jieħdu ġurament li “jiddefendi s-sikurta” tal-Knisja fil-Kurunazzjoni. Il-Knisja Episkopali Skoċċiża, li issa hija parti mill-Komunità Anglikana, ġejja miż-żminijiet tal-istabbiliment finali tal-presbiterjaniżmu fl-iSkozja fl-1690, meta nfirdet mill-Knisja tal-iSkozja u m'hijiex parti mill-Knisja Anglikana. Firdiet oħra fil-Knisja tal-iSkozja, speċjalment fis-seklu dsatax, ħolqu knejjes varji oħra presbiterjani fl-iSkozja, li jinkludu l- Knisja Ħielsa tal-iSkozja.

Fl-1920ijiet, il-Knisja ta' Wales infirdet mill-Knisja tal-Ingilterra u ma baqgħetx stabbilita. Il-Knisja ta' Wales għadha fil-Komunità Anglikana. Il-metodiżmu u knejjes independenti oħrajn huma tradizzjonalment b'saħħithom f' Wales.

Il-Knisja tal-Irlanda Anglikana ma baqgħetx stabbilita mis-seklu dsatax. Il-Knisja tkopri l-ġżira kollha tal-Irlanda (kemm l-Irlanda ta' Fuq u l-Irlanda). Fl-Irlanda ta' Fuq il-Knisja Kattolika fl-Irlanda hija l-akbar denominazzjoni, għalkemm il-Protestanti huma fil-maġġorita. Il-Knisja Presbiterjana fl-Irlanda hija l-akbar demominazzjoni protestanta u hija fit-teoloġija u storja tagħha viċin ħafna għall-Knisja tal-iSkozja.

Il-Knisja Kattolika Rumana hija t-tieni l-akbar denominazzjoni ta' Kristjaneżmu fir-Renju Unit. Wara r-Reforma Protestanta, għaddew liġijiet ħorox kontra l-Kattoliċi; dawn ġew imneħħija mill-liġijiet tal-Emanċipazzjoni Kattolika fl-1829. Hemm ġerarkiji Kattoliċi separati għall-Ingilterra u Wales, l-iSkozja u l-Irlanda.

Hemm gruppi oħra nsara fostom il-Metodisti (li twaqqfu minn John Wesley f'Londra) u l-Battisti. Hemm ukoll knejjes Evanġeliċi u Pentekostali, li bosta minnhom kibru bl-immigrazzjoni minn madwar il-Commonwealth u postijiet oħra. Il-Knejjes Pentekostali huma fit-tielet post fl-attendenza wara l-Knisja tal-Ingilterra u l-Knisja Kattolika Rumana .

Reliġjonijiet Oħrajn

[immodifika | immodifika s-sors]
Moskeja fil-Lvant ta' Londra, hija waħda mill-akbar postijiet ta' qima mawmettana fil-pajjiż.

Huwa maħsub li n-numru ta' Mussulmani fir-Renju Unit jammonta għal 1.8 miljun. Hemm Moskej f'ħafna mir-reġjuni: L-akbar gruppijiet huma ta' oriġni Pakistana, Bangladexxa u Indjana. Aktar riċenti, refuġjati mis-Somalia, Ċipru ta' Fuq, il-Balkani u Għarab żdiedu u b'hekk il-popolazzjoni mussulmana Brittanika żdiedet. Fl-2006 il-kummenti tal-politiku Jack Straw qajmu kontroversja dwar l-lbies tal-velu jew burka minn nisa mussulmani li tirrefleti l-firda fost il-Brittanniċi dwar l-integrazzjoni tal-mussulmani fis-soċjeta Brittanika.

Ir-reliġjonijiet ta' Oriġni Indjana, bħall-Hinduiżmu, Sikhiżmu, Buddiżmu u Ġaniżmu, għandhom segwaċi fil-Brittanja. Fiċ-ċensiment tal-2001, kien hemm madwar 560,000 ruħ li jemmnu fil-Hinduiżmu filwaqt 340,000 li jemmnu fis-Sikhiżmu. Il-Buddiżmu huwa ppratikat minn madwar 150,000 ruħ. X'aktarx li dawn il-figuri żdiedu mill-2001. Wieħed mill-Organizzazzjonijiet mhux govermentali, jestima li hemm 800,000 li jemmnu fil-Hinduiżmu fir-Renju Unit. Hemm madwar 270,000 Lhudi fil-Brittanja, skont iċ-ċensiment tal-2001.

Ir-Renju Unit għandu popolazzjoni kbira ta' atej u anjostiċi b'13,626,00 (23.2% tal-popolazzjoni tar-Renju Unit) jew jgħidu li m'għandhomx reliġjon jew ma jirrispondux il-mistoqsija dwar ir-reliġjon fiċ-ċensiment tal-2001.

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Ekonomija tar-Renju Unit.
Il-Kwartiri tal-HSBC 8 Canada Square f' Canary Wharf. HSBC huwa l-akbar Korporazzjoni fid-dinja skont Forbes Global 2000.
Bank of England; il- Bank Ċentrali tar-Renju Unit.

L-Ekonomija tar-Renju Unit hija magħmula (mill-kbir għaż-żgħir) mill-ekonomiji tal-Ingilterra, l-iSkozja, il-Wales u tal-Irlanda ta' Fuq. Il-Brittanniċi bdew Ir-Rivoluzzjoni Industrijali u bħal ħafna pajjiżi li kienu qegħdin jgħaddu minn dan il-proċess, fil-bidu kkonċentraw fuq l-industrija tqila bħall-bini tal-vapuri, it-tħaffir għall-faħam, produzzjoni tal-azzar u t-tessili. L-Imperu ħoloq suq barrani għal prodotti Brittanniċi, u bih ir-Renju Unit setgħa jiddomina l-kummerċ internazzjonali fis-seklu dsatax. Madankollu, meta n-nazzjonijiet l-oħra bdew jindustrijalizzaw, flimkien mad-deterjorazzjoni fl-ekonomija wara ż-żewġ gwerrer dinjin, ir-Renju Unit beda' jitlef il-vantaġġ kompetittiv u l-industrija bdiet tmur lura matul is-seklu għoxrin. Is-settur tas-servizzi Brittanniku, madankollu, xorta waħda kiber sustanzjalment, u issa jagħmel madwar 73% tal-GDP.

Is-settur tas-servizzi tar-Renju Unit huwa ddominat mis-servizzi finanzjarji, speċjalment fil-qasam tal-banek u dawk tal-assigurazzjoni. Londra hija l-akbar ċentru tal-finanzi fid-dinja bil-Stock Exchange ta' Londra, London International Financial Futures and Options Exchange, u l-Lloyd's of London Negozju tal-assigurazzjoni kollha ibbażati fil- Belt ta'Londra. Ir-Renju Unit għandu l-akbar ammont ta' banek barranin fid-dinja. Fl-aħħar għaxar snin, ċentru rivali tal-finanzi kiber fiż-żona tad-Docklands f'Londra u HSBC u Barclays Bank stabilixxew l-uffiċji prinċipali tagħhom hemmhekk. Ħafna kumpaniji multinazzjonali li m'humiex primarjament mir-Renju Unit għażlu 'l Londra bħala l-post fejn jistabilixxu l-uffiċji prinċipali tagħhom għall-Ewropa jew għall-bqija tad-dinja: eżempju huwa Citigroup, organizzazzjoni tal-finanzi mill-Istati Uniti.

Londra hija ċentru kbir ta' negozju u kummerċ mondjali u hija l-mexxeja tal-ekonomija globali flimkien ma' New York City u Tokyo. Riċentament, l-ekonomija tar-Renju Unit ġiet imexxija minn prinċipji ta' liberalizzazzjoni tas-suq, taxxa u regulazzjoni baxxi. skont ir-rati tal-kambju, ir-Renju Unit hu l-ħames l-akbar ekonomija fid-dinja u t-tieni l-akbar fl-Ewropa wara l-Ġermanja.

It-Turiżmu huwa vera importanti għall-ekonomija Brittanika. B'madwar 27 miljun turist fis-sena, ir-Renju Unit huwa s-sitt l-aktar destinazzjoni favurita mat-turisti fid-dinja.

Is-Settur tal-manufattura, madankollu, mar lura sinjifikattivament mit-tieni Gwerra dinjija u fl-2003 kienet responsabbli għal sitt mill-prodott nazzjonali. L-Industrija tal-Karozzi hija parti sinjifikattiva ta' dan is-settur, minkejja li ddeterjorat ħafna minħabba l-falliment ta' MG Rover u ħafna mill-industrija hija barranija. Il-produzzjoni ta' Ajruplani kemm għaċ-ċivil kif ukoll għad-difiża hija pillastru tal-manufattura fir-Renju Unit. Eżempji huma BAE Systems u l-organizzazzjoni EADS li huma l-propjetarji tal-Airbus. Rolls-Royce għandhom saħħa kbira fin-negozju tal-magni tal-ajruplani. L-industrija tal-kimika u u tal-farmaċewtiċi hija b'saħħita fir-Renju Unit, bit-tieni u s-sitt l-akbar organizzazzjonijiet fid-dinja ġewwa r-Renju Unit. Dawn huma GlaxoSmithKline u AstraZeneca rispettivament.

L-Industriji Kreativi li jammontaw għal 7.3% GVA fl-2004 li kibru b'medja ta' 5% fis-sena bejn 1997 u 2004. Is-settur tal-agrikultura tar-Renju Unit jammonta għal 0.9% tal-GDP tal-pajjiż. Ir-Renju Unit għandu industrija zgħira ta' riservi tal-faham, gas naturali u żejt.

L-partiċipazzjoni tal-gvern fl-ekonomija hija imwettqa mill-"Chancellor of the Exchequer" (bħalissa Alistair Darling) li huwa l-Kap tal-Borża tal-Ingilterra. Minkejja dan kollu l-Prim Ministru (bħalissa Gordon Brown) huwa L-ewwel Sinjur tal-Borza; Il- "Chancellor of the Exchequer" huwa It-tieni Sinjur tal-Borza. Madankollu mill-1997, Il-Bank of England, imexxi mill-Gvernatur tal-Bank of England, għandu kontroll tar-rati tal-interessi u affarijiet oħra finanzjarji. Mill-2007, id-dejn nazzjonali tela' għal 43.3% tal-GDP.

Il-munita tar-Renju Unit hija l-lira sterlina (pound sterling), irrepreżentata bis-simbolu £. Bank of England huwa il- bank ċentrali, responsabbli sabiex jirregula l-ammont tal-ħruġ tal-muniti. Il-banek fl-iSkozja jżommu d-dritt li joħorġu l-flus tagħhom, b'kundizzjoni li jżommu biżżejjed flus tal-"Bank of England" fir-riżerva. Ir-Renju Unit għażel li ma jitħolx fiż-Żona Ewro, u l-Prim Ministru tar-Renju Unit, Gordon Brown, eskluda sħubija fil-futur immedjat. Il-gvern ta' qablu dak ta' Tony Blair ta l-kelma li jagħmel referendum pubbliku biex jiddeċiedu jekk il-ħames kriterji tal-ekonomija jintlaħqux. Fl-2005, aktar minn 55% tar-Renju Unit kien kontra l-addozzjoni tal-munita, filwaqt li 30% kienu favur.

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Edukazzjoni fir-Renju Unit.
Il-Kulleġġ ta' King huwa parti mill-Universita ta' Cambridge, Ingilterra.
Park tax-xjenza ta' Cambridge fl-Ingilterra (Cambridge Science Park in England)
Terrazzin tad-dar Carlton (Carlton House Terrace), 6-9, St James's Borough, kwartieri ġenerali ta' Londra tal-Royal Society ta' Londra għall-Avvanz tax-Xjenza Naturali
Dħul għar-Royal Society f'6–9 Carlton House Terrace, Londra

Kull Pajjiż tar-Renju Unit għandu sistema tal-edukazzjoni separata, bl-awtorità fuq l-edukazzjoni fl-iSkozja, Wales u l-Irlanda ta' Fuq devoluta. Ir-rata uffiċjali ta' nies litterati fir-Renju Unit hija (99%) li hija normali bin-normi ta' pajjiż żvillupat. Il-Programm għal l-Assesjar tal-Istudenti Internazzjonali poġġiet lil Renju Unit fl-erbatax-il post fl-2006 għal-livell ta' xjenza, fejn skont l-istatistiċi hija aktar għolja mill-medja tal-OECD. [1]

Edukazzjoni fir-Renju Unit hija responsabbiltà tas-Segretarju tal-Istat tat-Tfal, Skejjel u Familji u tas-Segretarju tal-Istat tat-Innovazzjoni, Universitajiet u Kapaċitajiet, għalkemm l-amministrazzjoni u ġbir għall-iskejjel tal-istat hija responsabbiltà tal-awtoritajiet tal-edukazzjoni lokali. L-edukazzjoni statali universali fl-Ingilterra u Wales ġiet introdotta għal-livell primarju fil-1870 u għal dak sekondarju fil-1900. L-edukazzjoni hija mandatorja mill-etajiet ta' ħamsa sa sittax (15 jekk twieldu fl-aħħar ta' Lulju jew f'Awwissu). Il-maġġoranza tat-tfal huma edukati fl-iskejjel tal-istat, ftit huma dawk li jagħżlu triq oħra. Minkejja li n-numru ta' studenti naqas, n-numru ta' tfal li jattendu skejjel privati żdied b'aktar minn 7%. Aktar minn nofs l-istudenti tal-aqwa universitajiet ta' Cambridge u Oxford, kienu jattendu skejjel tal-istat. L-iskejjel tal-istat li mħollija jagħżlu l-istudenti skont l-intelligenża u l-abbilitajiet akademiċi tagħhom jistgħu jġibu marki komparabbli ma' dawk li jmorru skejjel privati: Mill-aqwa għaxar skejjel fir-riżultati tal-GCSE fl-2006, tnejn kienu Grammar Schools immexxija mill-istat. L-Ingilterra għandha x'uħud mill-aqwa universitajiet tad-dinja bl-Cambridge, l-Oxford, u l-Londra fost l-aqwa għoxrin tal-THES - Rankings tal-Universitajiet tad-dinja fl-2007. Hemm biża', però, li minħabba n-nuqqas ta' studenti li qegħdin jistudjaw lingwi barranin fl-Ingilterra, se jkolla effett ħażin fuq il-kummerċ, u qajjmet pressjoni biex lingwi jingħataw aktar importanza.

Fl-Iskozja, is-Segratarju tal-Kabinett għall-Edukazzjoni u Tgħallim għall-Ħajja hu responsabbli lejn il-Parlament Skoċċiż għall-edukazzjoni, waqt li l-amministrazzjoni u l-ġbir ta' fondi għall-iskejjel tal-istat huma r-responsabbiltà tal-Awtoritajiet Lokali. L-Iskozja leġiżlat l-ewwel darba dwar il-proviżjoni universali tal-edukazzjoni fl-1696. In-numru ta' tfal li jattendu l-iskejjel privati huwa inqas minn 4% għalkemm qiegħed jikber bilmod dan l-aħħar. L-istudenti li jattendu universitajiet skoċċiżi ma jħallsux flus għall-edukazzjoni u lanqas għal-gradwazzjoni għax il-ħlas għall-edukazzjoni ġie mneħħi fl-2001 filwaqt li l-ħlas għall-gradwazzjoni ġie imneħħi fl-2008.

L-Assemblea Nazzjonali ta' Wales hija responsabbli għall-edukazzjoni f'Wales. Numru sinjifikattiv ta' studenti fil-Galles huma edukati għal kollox jew il-biċċa l-kbira permezz tal-Galliż u l-lezzjonijiet b'din il-lingwa jibqgħu mandatorji sa' l-età ta' sittax. Hemm pjannijiet biex tiżdied il-proviżjoni ta' skejjel li jużaw il-Galliż billi hemm pjan li Wales issir bilingwali.

L-Assemblea Nazzjonali tal-Irlanda ta' Fuq hija responsabbli għall-edukazzjoni fl-Irlanda ta' Fuq għalkemm ir-responsabbiltà fil-livell lokali hija amministrata minn 5 bordijiet tal-edukazzjoni u libreriji li jkopru żoni ġeografikament differenti.

Servizzi tas-Saħħa

[immodifika | immodifika s-sors]
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Servizzi tas-Saħħa fir-Renju Unit.
Sptar ta' Norfolk u l-Università ta' Norwich, l-ewwel sptar fondata mill- IPF, u ġie mibni fl-2001

Kull pajjiż fir-Renju Unit għandu sistema seperata tas-servizzi tas-saħħa pubblika, bil-poteri dwar is-servizzi tas-saħħa fl-Iskozja, Wales u l-Irlanda ta' Fuq ġew devoluti. Sistema medikali privata iżgħar teżisti wkoll. Kull sistema pubblika tipprovdi servizzi tas-saħħa li huma b'xejn sa ċertu punt (jiġu fondati mill-taxxa ġenerali). Minkejja din l-assimilazzjoni, bosta differenzi qegħdin jiġu żvillupati bejn sistema u oħra. Ir-Renju Unit u l-gvernijiet devoluti jieħdu l-rwol ta' kemm tal-proviżta tas-servizzi ta' saħħa kif ukoll tal-gruppijiet li jaraw il-kwalità tal-proviżti, dawn jinkludu NICE u CHI. Bordijiet varji regolatorji huma organizzati f'bażi nazzjonali fir-Renju Unit bħal il-Kunsill Medikali Ġenerali, il-Kunsill tal-Imraddà u tal-Qabla u dawk li m'humiex tal-gvern (eż. Kulleġġ Rjali). Madwar ir-Renju Unit, hemm numru kbir ta' skejjel medikali u skejjel dentistarji, u bosta stabbilimenti ta' taħriġ għal-imraddà u professjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-mediċina.

Għalkemm is-sistemi tas-saħħa pubblika huma aktar magħrufa bħala l-SSN madwar ir-Renju Unit, is-servizzi tas-saħħa nazzjonali jkopri l-Ingilterra biss. L-SSN ġie inseħħ mill-Atti tas-Servizzi tas-Saħħa Nazzjonali tal-1946 u ġie b'effett fil-5 ta' Lulju 1948. Is-Segretarju tas-Saħħa għall-Istat huwa l-uffiċjal li jirrispondi mistoqsijiet fil-Parlament tar-Renju Unit għal funzjonar tad-Dipartiment tas-saħħa u għax-xogħol tal-SSN (fl-Ingilterra). Il-SSN huwa wieħed mill-akbar organizzazzjonijiet uniti ta' kull tip fid-dinja u jimpjegaw aktar minn 1.3 miljun persuna. Is-Settur tas-saħħa pubbliku huwa maqsum f'livelli ta' servizzi, primarji (Prattika Ġenerali), sekondarji (Sptar Ġenerali tad-Distrett) u terzjarji (Tgħallim tal-Isptar). Hemm bosta kommunikazzjoni u taħdit bejn il-livelli varji.

Is-SSN tal-Iskozja tipprovdi servizzi tas-saħħa pubblika għall-Iskozja bis-Segretarju tal-Kabinett għas-Saħħa responsabbli fil-parlament skoċċiż. Is-servizz ġie maħluq mill-Atti tas-Servizzi tas-Saħħa Nazzjonali (Skozja) 1947 (aktar tard ġiet irreveduta mill-Atti tas-Servizzi tas-Saħħa Nazzjonali (Skozja) 1978) u ġie b'effett fil-5 ta' Lulju 1948 sabiex tibda' eżatt ma' dik tal-Ingilterra u ta' Wales. Fl-2006, Is-SSN tal-Iskozja kella madwar 158,000 impjegat li jinkludu aktar minn 47,500 imraddà, qbula u visitaturi tas-saħħa u 'l fuq minn 3,800 konsulent. Kien hemm ukoll aktar minn 12,000 tobba, prattikanti tal-familja u professuri tas-saħħa alleata, li jinkludu dentisti, optixins u spiżjara tal-komunità, li jopperaw ma' kontraturi independenti li jipprovdu bosta servizzi fis-SSN għall-prezz u għas-sussidji.

Is-SSN ta' Wales oriġinarjament kien format bħala parti mill-istess struttura li nħolqot mill-Atti tas-Servizzi tas-Saħħa Nazzjonali tal-1946 iżda poteri fuq is-SSN ta' Wales ġew taħt is-Segretarju tal-Istat ta' Wales fl-1969. Ir-Responsabbilita tas-SSN f'Wales ġiet mogħtija lill-Assemblea ta' Wales u l-Esekuttiv taħt id-devoluzzjoni tal-1999. Is-SSN ta' Wales jipprovdu servizzi tas-saħħa pubbliki f'Wales u jimpjegaw madwar 90,000 impjegat, u b'hekk tagħmila l-akbar ħaddiem f'Wales. Il-Ministru tas-Saħħa u Servizzi Soċjali huwa l-persuna ġewwa l-Gvern tal-Assemblea ta'Wales li jġorr ir-responsabbilita għal kemm l-affarijiet dwar is-saħħa kif ukoll għal-kura soċjali f'Wales.

Id-Dipartiment tas-Saħħa, Servizzi Soċjali u Sikurta Pubblika tipprovdi servizzi tas-saħħa fl-Irlanda ta' Fuq.

Mezzi ta' Trasport

[immodifika | immodifika s-sors]
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Mezzi ta' Trasport fir-Renju Unit.
Il-Pont tal-Forth, Skozzja
L-Ajruport ta' Heathrow huwa l-ajruport l-aktar mehdi fid-dinja f'termini ta' traffiku ta' passiġġieri internazzjonali.

Kull pajjiż kostitwent tar-Renju Unit għandu sistema ta' trasport għalih u hija r-responsabilita' tagħhom li jieħdu ħsieba. In-Network ta' trasport Ingliż jaqa' taħt ir-responsabilita tad-Dipartiment għat-Trasport (li għandha wkoll responsabbilita għal-affarijiet tat-trasport tal-iSkozja, Wales u l-Irlanda ta' Fuq li m'humiex devoluti.) Fl-Iskozja, L-Enteprisa tal-Gvern Skoċċiż, Trasport u d-Dipartiment tat-tgħallim għall-ħajja hija responsabbli għan-network tat-trasport Skoċċiż bit-Trasport Skozja bħalha l-Aġenzija Esekutiva li taqa' taħt is-Segratarju tal-Kabinett għall-Finanzi u Tkabbir sustannibli.

Toroq prinċipali huma mgħaqudin b'network radjali ta' toroq b' 46,904 kilometru (29,145 mil) li hija ċentrata f' Londra, Edinburgu, Kardiff u Belfast, filwaqt, fil-Gran Brittanja, network ta' toroq ta' 3,497 kilometri (2,173 mil) li hija ċentrata f' Birmingham, Manchester u Londra. Hemm aktar minn 213,750 kilometru (132,818 mil) ta' trejqet oħra.

In-Network tal-Ferrovija Nazzjonali ta' 16,116 kilometru (10,072 mil) fil-Gran Brittanja u 303 kilometru ta' rotta (189 mil ta' rotta) fl-Irlanda ta' Fuq jġorr il-fuq minn 18,000 passiġġieri u 1,000 tagħbija kull jum. Networks ta' ferroviji urbani huma pjutost żvillupati f'Londra u bliet oħra. Darba kien hemm 48,000 kilometru ta' rotta (30,000 mil ta' rotta) ta' network ta' ferrovija fir-Renju Unit, però ħafna minn din ir-rotta ġiet mqassra bejn il-perjodu ta' 1955 u 1975, wara rapport mill-konsulent tal-gvern Richard Beeching f'nofs l-1960ijiet (magħrufa bħala il-Beeching Axe).

L-Ajruport ta' Heathrow huwa l-aktar ajruport internazzjonali mehdi u, minħabba li r-Renju Unit huwa pajjiż gżira, ir-Renju Unit għandu numru tajjeb ta' portijiet tal-baħar.

Id-Dipartiment għat-Trasport jgħid li l-konġessjoni tat-traffiku huwa wieħed mill-aktar problemi serji tat-trasport u tista' toħloq spiża ta' £22 biljun aktar lil Ingilterra minħabba l-ħin mitluf sa 2025 jekk tibqa' mhux irreveduta. skont ir-Rapport ta'Eddington li ġiet iffondata mill-gvern fl-2006, il-konġessjoni qiegħda fil-periklu li toħloq problemi lil ekonomija, jekk mhux sejiġu indirizzati permezz ta' prezzijiet tat-toroq u espansjoni tan-network kurrenti tat-trasport.

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Sport fir-Renju Unit.

Sports li bdew fir-Renju Unit, jinkludu: Futbol, Rugbi, Kriket, Tennis u Golf.

Biex tapprofondixxi, ara l-artikli: Futbol fl-Ingilterra, Futbol fl-Irlanda ta' Fuq, Futbol fl-Iskozja u Futbol f'Wales.
L-Istadium il-ġdid tal-Ingilterra Wembley

Kull pajjiż kostitwent tar-Renju Unit għandu l-Assoċjazzjoni tal-Futbol tiegħu, tim nazzjonali tiegħu u sistema tal-lig separata, għal eċċezzjoni ta' ftit klabbs li jilgħabu barra mis-sistema tal-pajjiż tagħhom stess għar-raġunijiet storiċi u loġistiċi. Il-Futbol ġie żvillupat fir-Renju Unit u huwa bla dubju l-aktar sport popolari. Fi kompetizzjonijiet internazzjonali, L-Ingilterra, L-Iskozja, Wales u L-Irlanda ta' Fuq jikkompetu bħala pajjiżi separati, għalhekk ir-Renju Unit ma jikkompetix bħala tim wieħed f'avvenimenti tal-futbol bħal Logħob Olimpiku. Għalkemm li hemm proposti sabiex jkun hemm tim tar-Renju Unit fil-Logħob Olimpiku tas-Sajf, 2012, li se ssir f'Londra, l-assoċjazzjonijiet tal-futbol tal-iSkozja, ta' Wales u dak tal-Irlanda ta' Fuq ma aċċetawx li jieħdu sehem, minħabba l-biża' li tista' taffetwa l-istatut tagħhom ta' pajjiż independenti – biża' li ġiet konfermata mill-president tal-FIFA Sepp Blatter. L-Ingilterra kienet l-aktar nazzjon li akwistat suċċess, bir-rebħa tat-Tazza tad-Dinja tal-1966.

Hampden Park, Skozja

Is-Sistema tal-futbol tal-lig Ingliż tinkludi mijiet ta' ligs magħqudin, li jinkonsistu f'eluf ta' diviżjonijiet. Il-Kampjonat Premier huwa fil-quċċata, segwut mill-Lig tal-Futbol u fl-aħħar mill-Konferenza tal-Futbol, fejn l-istruttura tibda' ssir reġjonali u tinkludi l-Kampjonat tat-Trumuntana, il-Kampjonat tan-Nofs Inhar, u l-Kampjonat tal-Istmjan u ħafna oħra. Il-Kampjonat Premier huwa l-aktar kampjonat bl-akbar udjenża fid-dinja u partikularment popolari fl-Asja; fir-Repubblika taċ-Ċina, il-logħbiet jilħqu udjenża ta' 100 miljun 360 miljun, aktar minn sport barrani ieħor. L-Ingilterra hija d-dar tal-klabbs tal-futbol ta' Liverpool, Manchester United, Chelsea, u Arsenal. Timijiet Ingliżi kellhom suċċess f'kompetizzjonijiet tal-Ewropa bosta saru ċampjin tat-Tazza Ewropea/il-Lig taċ-Ċampjins: Liverpool (ħames darbiet), Manchester United (tliet darbiet), Nottingham Forest (darbtejn) u Aston Villa. Klabbs mill-Ingilterra rebħu l-aktar Tazzez tal-Ewropa (erba' darbiet fejn komparat mal-Italja, il-Ġermanja u l-Olanda li rebħuwa tlett darbiet). L-Ingilterra hija t-tieni fir-ranks tal-klabbs Ewropej li rebħu l-aktar Trofej b'35, waħda wara l-Italja b'36. L- iStadium ta' Wembley huwa l-istadium prinċipali tal-Ingilterra.

Il-Millennium Stadium ta' Kardiff,huwa l-istadium nazzjonali ta' Wales

Is-Sistema tal-Lig tal-Iskozja hija ferm iżgħar, b'żewġ kampjonati nazzjonali: l-Kampjonat Premier Skoċċiż u l-Lig tal-Futbol Skoċċiż li fihom hemm tliet diviżjonijiet. Minkejja dan, hemm kampjonati oħrajn reġjonali li m'humiex parti mis-sistema nazzjonali, l-aktar magħruf huwa l-Lig tal-Futbol tal-Għoljiet. Klabb Ingliż, Berwick Rangers, jilgħabu fis-sistema skoċċiża. L-Iskozja hija id-dar tal-klabbs rinomati bħal Rangers u Celtic. Timijiet Skoċċiżi li għamlu suċċess f'kompetizzjonijiet Ewropea jinkludu Celtic (Tazza Ewropea fl-1967), Rangers (Tazza Ewropea tat-Tazza tar-Rebbieħi fl-1972) u Aberdeen (Tazza Ewropea tat-Tazza tar-Rebbieħi u s-Tazza Ewropea Superjuri fl-1983).

Is-Sistema tal-Lig ta' Wales tinkludi l-Kampjonat Premier Galliż u l-kampjonati reġjonali. Il-Klabbs tal-Premier ta' Wales The New Saints jilgħabu l-logħob tad-dar tagħhom fuq in-naħa Ingliża tal-fruntieri f'Oswestry. Il-Klabbs Galliżi ta' Cardiff City, Colwyn Bay, Merthyr Tydfil, Newport County, Swansea City u Wrexham jilgħabu fis-sistem ingliża. Il-Millennium Stadium ta' Kardiff li jesgħa 73,000 persuna huwa l-istadium prinċipali ta' Wales.

Is-Sistema tal-Lig tal-Irlanda ta' Fuq tinkludi l-Lig Irlandiż tal-Futbol. Wieħed mill-klabbs tal-Irlanda ta' Fuq, Derry City, jilgħabu l-futbol tagħhom barra mir-Renju Unit fil- Sistema tal-Lig tar-Repubblika tal-Irlanda.

Sports Oħrajn

[immodifika | immodifika s-sors]
Il-Kampjonat tal-Wimbledon, Turnament tal-Grand Slam, li jsir f'Wimbledon, Londra kull Lulju.
Il-Klabb Antik u Rjali tal-Golf ta' San Andrews, ġeneralment magħrufa bħala “Id-Dar tal-Golf” tad-dinja.

Iż-Żewġ forom tar-rugbi huma meqjusa bħala sports nazzjonali. Il-Kampjonat tar-Rugbi joriġina u jiġi l-aktar pratikat fit-Tramuntana tal-Ingilterra, filwaqt li l-unjoni tar-rugbi huwa pratikat madwar ir-Renju Unit. Għalkemm suppost ġie inseħħ mill-azzjonijiet ta' William Webb Ellis fl-iskola tar-Rugbi, issa huwa magħruf bħala sport nazzjonali f'Wales ukoll. Fil-Kampjonat tar-Rugbi r-Renju Unit ġie rrepreżentat minn tim wieħed, dak tal-'Gran Brittanja' iżda mit-Tazza tad-Dinja tal-Kampjonat tar-Rugbi tal-2008, L-Iskozja, L-Ingilterra u L-Irlanda se jinkompetu bħala nazzjonijiet separati. Din taġġorna ruħa mas-sitwazzjoni preżenti tal-unjoni tar-rugbi fejn L-Ingilterra, L-Iskozja, Wales u l-Irlanda (li tinkonsisti f'plejers mill-Irlanda u L-Irlanda ta' Fuq) diġa jikompetu f'kompetizzjonijiet internazzjonali. Għalkemm, kull erba' snin it-tim tal-Iljuni Brittanniċi u Irlandiżi dduru mal-Awstralja, New Zealand jew L-Afrika t'Isfel, magħmul minn plejers magħżulin mill-plejers ta' kull nazzjon.

M'hemmx tim tal-kriket tar-Renju Unit. Il-Logħba ġiet invintata fl-Ingilterra u t-Tim tal-Kriket tal-Ingilterra, teknikament it-tim tal-Ingilterra u ta' Wales, huwa l-uniku tim nazzjonali tar-Renju Unit b'statut ta' testjar. Plejers Irlandiżi u Skoċċiżi lgħabu għall-Ingilterra minħabba li l-ebda minnhom m'għandhom statut ta' testjar u jilgħabu f'logħob internazzjonali li ddumu ġurnata. Mill-2006, timijiet li jirrepreżentaw l-iSkozja, l-Ingilterra (u Wales), u l-Irlanda (inkluża l-Irlanda ta' Fuq) jikompetu f'livell internazzjonali ta' ġurnata. L-Ingilterra u Wales għandha kampjonat professjonali.

Snooker hija wkoll waħda mill-logħbiet li sabet posta fl-isport tal-Gran Brittanja. Logħba ta' livell għoli simili għal dik tal-biljard iżda ferm aktar komplessa, l-kampjonati tad-dinja ssiru kull sena f'Sheffield. Filwaqt li l-isport kompla jsir aktar popolari madwar id-dinja, speċjalment fiċ-Ċina.

Il-Logħba tat-tennis oriġinat mill-Belt ta' Birmingham bejn l-1859 u l-1865. Il-Kampjonati tal-Wimbledon huma avvenimenti internazzjonali tat-tennis li ssiru f'Wimbledon fin-nofs inhar ta' Londra kull sajf u hume meqjusa bħala avveniment prestiġjus fil-kalendarju globali tat-tennis.

Tiġrijiet ta' Thoroughbred huwa popolari fir-Renju Unit. Kellu l-oriġini tiegħu taħt is-saltna ta' Charles II tal-Ingilterra bħala "Slatan tal-Isports" u kien passatemp rjali għal dak iż-żminijiet. Tiġrijiet famużi madwar id-dinja jinkludu l-Gran Naazzjonali, id-Derby ta' Epsom u l-Ascot Rjali. ir-Raħal ta' Newmarket huwa kkonsidrat bħalha iċ-ċentru tat-tiġrijiet ingliżi, l-aktar minħabba l-Korsa tat-Tiġrija ta' Newmarket.

ir-Renju Unit kellu suċċess fl-isport internazzjonali tarl-moqdif. Steven Redgrave huwa konsidrat bħalha l-aqwa f'dan l-isport u rebaħ ħames medalji tad-deheb u medalja tal-bronż f'ħames Logħbiet Olimpiċi wara xulxin, kif ukoll ħafna rebħiet fil-Kampjonati tal-Moqdifa tad-Dinja u r-Regatta ta' Henley Rjali.

Golf huwa wieħed mill-aktar sports popolari fir-Renju Unit, b' San Andrews fl-Iskozja l-korsa konsidrata bħala id-dar tal-isport.

Shinti (jew camanachd) (Sport derivat mill-istess għeruq tal-hurling Irlandiż hu simili għal bandi) huwa popolari fl-Għoljiet Skoċċiżi, xi kultant tiġbor follol ta' eluf fl-aktar postijiet mhux abitati fir-Renju Unit.

Il-Pajjiż huwa magħruf għall-iSports tal-Muturi. Ħafna timijiet u sewwieqa tal-Formula 1 (F1) huma bbażati fir-Renju Unit u sewwieqa mill-Brittanja rebħu l-aktar titli mondjali fid-dinja. Il-pajjiż jilqgħu f'ħdanu tiġrijiet tal-F1 u l-Kampjonat tar-Ralli Mondjali u għandu l-kampjonat tat-Tiġrijiet tal-Karozzi, l-Kampjonat tat-Tiġrijiet Brittanniċi tal-Karozzi. Il-Grand Prix tal-Brittanja jsir f'Silverstone kull Lulju.

L-iSport taż-Żfin jew żfin kompetitiv tal-Ballroom għandha l-oriġini tagħha fir-Renju Unit. Ir-Renju Unit baqgħa ċentru maġġuri għal dan l-isport u dan iż-żfin ġeneralment flimkien mal-Empress Ballrrom fil-Ġonna tax-Xitwa f'Blackpool huwa lok popolari għal kompetizzjonijiet maġġuri.

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Kultura tar-Renju Unit.

L-oriġini tar-Renju Unit bħala unjoni politku ta' pajjiżi formalment independenti wassal għaż-żamm ta' kulturi distinti f'kull nazzjon.

Għal aktar dettalji, ara l-artikli fuq:Kultura tal-Ingilterra, Kultura tal-Iskozja, Kultura ta' Wales, Kultura tal-Irlanda ta' Fuq.

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Ċinema fir-Renju Unit.

Ir-Renju Unit kien importanti ħafna għaż-żvillup taċ-ċinema. Studjos ta' Ealing jsostnu li huma l-eqdem studjos fid-dinja. Minkejja fl-istorja ta' produzzjonijiet importanti li kellhom suċċess, l-industrija hija karaterizzata bid-dibatitu dwar l-identità tagħha, u l-influwenzi taċ-ċinema Ewropea u Amerikana. Il-BFI Top 100 British films hija poll immexxija mill-Istitut Brittanniku tal-Films li tirrankja dak li jitqiesu bħala l-aqwa 100 film Brittanniku li qatt saru.

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Letteratura Brittannika.
Ir-Ritratt ta' Chandos, huwa maħsub li huwa William Shakespeare.
Robert Burns

Il-kittieb u poeta William Shakespeare huwa meqjus bħala l-aqwa drammaturgu li qatt eżista. Fost l-aktar kittieba bikrin Ingliżi insibu 'l Geoffrey of Monmouth, Geoffrey Chaucer, u Thomas Malory. Fis-seklu 19, insibu kittieba kbar bħal Jane Austen, l-aħwa Brontë, Charles Dickens, in-naturalista Thomas Hardy, il-poeta viżjunarju William Blake u l-poeta romantiku William Wordsworth. Fost il-kittieba tas-seklu għoxrin insibu r-rumanzier tal-fantaxjenza H. G. Wells, ir-rumanzier kontoversjali D. H. Lawrence, il-modernista Virginia Woolf, ir-rumanzier profetiku George Orwell u l-poeta John Betjeman. Riċentament, is-sensiela ta' kotba tal-fantasija għat-tfal ta' Harry Potter miktuba minn J. K. Rowling irrepetiet il-popolarita li gawda J.R.R. Tolkien.

Il-Kontribuzzjonijiet tal-iSkozja jinkludu l-kittieb tar-rumanzi pulizjeski Arthur Conan Doyle, il-letteratura romantika ta' Sir Walter Scott, l-avventuri epiċi ta' Robert Louis Stevenson u l-poeta Robert Burns. Aktar riċentament, il-modernista u nazzjonalista Hugh MacDiarmid u Neil M. Gunn ikkontribwixxew għar-Rinaxximent Skoċċiż. L-istejjer ta' Ian Rankin u l-kumidji psikoloġiċi tal-biża' ta' Iain Banks ukoll kellhom sehemhom. Il-Kapitali ta'l-iSkozja Edinburgu, kienet l-ewwel Belt UNESCO tal-letteratura tad-dinja.

Fil-perjodu medjovali bikri, kittieba Galliżi ħolqu l-Mabinogion. F'żminijiet moderni, poeti bħal R.S. Thomas u Dylan Thomas wasslu l-kultura Galliża f'idejn udjenża internazzjonali.

Awturi minn pajjiżi oħrajn, partikularment mill-Irlanda, jew mill-Commonwealth, għexu u ħaddmu fir-Renju Unit. Eżempji sinijfikanti tul is-sekli jinkludu Jonathan Swift, Oscar Wilde, Bram Stoker, George Bernard Shaw, Joseph Conrad, T. S. Eliot u Ezra Pound, u aktar riċentament awturi Brittanniċi li twieldu barra mill-pajjiż bħal Kazuo Ishiguro u Sir Salman Rushdie.

Fit-Teatru, Kontemporanji ta' Shakespeare bħal Christopher Marlowe u Ben Jonson żiedu aktar kwalita. Aktar riċċentament Alan Ayckbourn, Harold Pinter, Michael Frayn, Tom Stoppard u David Edgar ikkombinaw elementi ta' suraliżmu, realiżmu u radikaliżmu.

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Medja fir-Renju Unit.

L-Għarfien tal-lingwa inġliża tagħti l-medja inġliża dimenżjoni internazzjonali.

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Televixon fir-Renju Unit.
Il-Bini ta' Channel 4.
Ċentru ta'Televixon BBC

Hemm ħames kanali nazzjonali fir-Renju Unit: BBC One, BBC Two, ITV1, Channel 4 u Five – bħalissa huma trasmessa permezz ta' "analogue terrestrial" u "free-to-air signals". L-aħħar tlett kanali huma fondati mir-reklami kummerċjali. Ir-raba' kanal ta' Wales, S4/C jieħu post Channel 4, li jkopri programmi bil-lingwa nattiva ta' Wales f'ħinijiet fejn ikun hemm l-aktar telespettaturi. Il-Kanal jitrassmeti wkoll programmi mill- Channel 4 f'ħinijiet oħra.

Il-BBC hija l-korporazzjoni ta' xandir li hija mmexxija mill-istat u xandar permezz tar-radju, it-televixon u l-internet, filwaqt li hija l-eqdem u l-akbar xandar fid-dinja. Hija tħaddem bosta kanali tat-televixon u kanali tar-radju kemm fir-Renju Unit kif ukoll barra mir-Renju Unit. Is-servizz tal-aħbarijiet tat-televixon internazzjonali tal-BBC, BBC World, huwa mxandar madwar id-dinja u l-BBC World Service huwa mxandar f'tlieta u tletin lingwa globali, kif ukoll b'servizzi li jinkludu servizzi fil-lingwa nattiva ta' Wales fuq Radju BBC Cymru u programmi bil-lingwa nattiva tal-Iskozja u bl-Irlandiż fl-Irlanda ta' Fuq.

Is-servizzi domestiċi tal-BBC huma mwaqqfin mill-liċenżja tat-televixon u b'hekk kull familja li għandha l-apparat sabiex tirċievi x-xandir għandha l-obbligu legali li tħallas din il-liċenżja, sew jekk tara l-BBC jew le. Kull residenża li hija dar ta' xi ħadd fuq is-75 sena hija eżentata u l-obbligu ma jestendix għas-semmija tar-radju. Ir-Radju BBC World Service huwa mwaqqaf mill-Uffiċju tal-Affarijiet Barranin u tal-Commonwealth u l-kanali tat-televixon huma operati mill-BBC Worldwide fuq bażi ta' abbonament kummerċjali fuq servizzi tal-kabil u dawk tas-satellita. Hija din is-sezzjoni kummerċjali tal-BBC flimkien ma' Medja Virgin li tifforma nofs it-TVRU.

Ir-Renju Unit issa għandu numru kbir ta' stazzjonijiet ta' kanali terrestrali diġitali li jinkludu sitta oħra mill-BBC, ħamsa mill-ITV u tlieta mill-Channel 4, u wieħed mill-S4/C li huwa biss bil-lingwa nattiva ta' Wales, fost ta' varjetà oħra. Il-maġġuranża vasta ta' servizzi diġitali tal-kabil huma provduti mill-Medja Virgin filwaqt li tas-satellita huma provduti mill-BSkyB u free-to-air televixon terrestrali diġitali mill-wiri b'xejn. Il-Pajjiż kollu huwa mistenni li jwettaq il-bidla għad-diġitali sa 2012.

Radju fir-Renju Unit huwa ddominat mir-Radju BBC, li topera għaxar networks nazzjonali u l-fuq minn erbgħin stazzjon lokali tar-radju. L-aktar stazzjonijiet popolari tar-radju skont in-numru ta' semmija huwa Radju BBC 2, filwaqt li ftit warajh jinsab Radju BBC 1. Hemm mijiet ta' radji kummerċjali lokali madwar il-pajjiż li joffru varjetà ta' mużika u diskussjonijiet.

Tradizzjonalment, gazzetti Brittanniċi jistgħu jinqasmu f'dawk li huma ta' Kwalita (magħrufa aktar bħala "broadsheets" minħabba li huma ħoxnin), iġġiefieri dawk il-gazzetti li huma serji u dawk li huma aktar popolari jiġġiefieri varjeta tabloid. Għal konvenjenza tal-qari, ħafna mill-broadsheets bidlu għal format ta' daqs aktar kompatta, tradizzjonalment użata mill-tabloids. The Sun għandha l-ogħla ċirkulazzjoni mill-gazzetti kollha ta' kuljum tar-Renju Unit, u hija stimata li għandha kwart mill-kummerċ; il- gazzetta kuġina tagħha, The News of The World ukoll għandha l-ogħla kummerċ fil-gazzetti tal-Ħadd, u tradizzjonalment tiffoka fuq storji importanti. The Daily Telegraph , gazzetta broadsheet tal-ideoloġija leminija, għaddiet The Times (format tad-daqs ta' tabloid) bħala l-ogħla bejjieħa tal-broadsheet "Kwalita". Il- Financial Times hija l-gazzetta prinċipali tal-kummerċ, u tiġi stampata fuq karta distinta ta' roża-salamun.

L-ewwel darba li ġiet printjata fl-1737, il-Belfast News Letter hija l-eqdem gazzetta ingliża ta' kull jum li għadha tiġi ppublikata sal-lum. Waħda mill-kompetituri tagħha tal-Irlanda ta' Fuq, The Irish News, ġie klassifikat darbtejn l-aqwa gazzetta reġjonali fir-Renju Unit fl-2006 u fl-2007.

Magażins u ġurnali li jinkludu The Economist u Nature issa qegħdin f'ċirkulazzjoni madwar id-dinja.

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Mużika Brittanika.
The Beatles kienu u għadhom meqjusin bħalha wieħed mill-aqwa gruppijiet fid-dinja

Mużika Klassika: Fost il-kompożituri magħrufa mir-Renju Unit hemm William Byrd, Henry Purcell, Sir Edward Elgar, Sir Arthur Sullivan (kien l-aktar famuż għax ħadem mal- librar Sir W. S. Gilbert), Ralph Vaughan Williams, u Benjamin Britten, pijunier tal-opra moderna Brittanika. Londra hi waħda mill-kapitali maġġuri tad-dinja għall-mużika klassika.

Mużika Popolari: Kontribuzzjonijiet Prominenti għall-iżvilupp tal-mużika rock fir-Renju Unit fil-1960 u 1970 kienu The Beatles, Pink Floyd, Eric Clapton, The Rolling Stones, Led Zeppelin, The Who, Queen, u Black Sabbath. Heavy metal, hard rock, punk rock u New Wave kienu fost il-varjazzjonijiet li ssegwew. Kmieni fil-1980, gruppi mir-Renju Unit mix-xena New Romantic bħal Duran Duran, Depeche Mode, Spandau Ballet, Soft Cell u Ultravox kienu prominenti. Fl-1990ijiet, gruppi tal-Britpop u mużika elettronika attirat suċċess internazzjonali. Aktar attijiet tal-pop riċenti, jinkludu The Smiths, Oasis, Amy Winehouse, Coldplay, u l-iSpice Girls, saħħew il-kontribuzzjoni tar-Renju Unit fil-mużika poplari.

Ir-Renju Unit huwa famuż għat-tradizzjoni ta' “Empiriċiżmu Brittanniku,” parti mill-filosofija tal-intelliġenża li tgħid li intelliġenża ivverfikata mill-esperjenża biss hija valida. L-aktar filosfi famużi ta' din it-tradizzjoni huma John Locke, George Berkeley u David Hume. Il-Brittanja hija magħrufa għat-teorija tal-filosofija morali, l-Utilitarjaniżmu, li ġiet użata għall-ewwel darba minn Jeremy Bentham u aktar tard minn John Stuart Mill, fil-kitba qasira tiegħu “Utilitarianism”. Filosfi oħra eminenti mir-Renju Unit jinkludu William of Ockham, Thomas Hobbes, Bertrand Russell, Adam Smith u Alfred Ayer. Filosfi barranin li għexu fl-Ingilterra jinkludu Isaiah Berlin, Karl Marx, Karl Popper, u Ludwig Wittgenstein.

Xjenza, Inġenerija u Innovazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]
Sir Isaac Newton
Charles Darwin

Il-Metodi xjentifiki kienu mqanqla mill-filosofu Inġliż Francis Bacon fil-bidu tas-seklu sbatax, u l-avvanzi li saru wara minn xjenzati u inġenira Brittanniċi jinkludu:

Proġetti notevoli ta' inġenerija ċivili, li l-pijunieri tagħhom jinkludu Isambard Kingdom Brunel, ikkontribwixxew għall-ewwel sistema ta' trasport nazzjonali bil-ferrovija tad-dinja. Avvanzi oħrajn jinkludu l-kronometru tal-baħar, it-televiżżjoni, il-magna tal-jet, ir-rota moderna, id-dawl elettriku, il-mutur tal-elettriku, l-i-skrun, il-mutur bil-kombustjoni interna, ir-radar militari, il-kompjuter elettroniku, it-tilqim u l-antibijotiċi.

Il-Ġurnali Xjentifiki ippubblikati fir-Renju Unit jinkludu Nature, il-British Medical Journal u The Lancet. Fl-2006, kien irraportat li r-Renju Unit jipprovdi 9% tal-artikli tar-riċerka xjentifika tad-dinja u 12% sehem taċ-ċitazzjonijiet.

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Arti fir-Renju Unit.
Flint Castle, ta' J. M. W. Turner (c.1775 – 1851).

L-Akkademja Rjali tinsab ġewwa Londra. Skejjel maġġuri oħrajn tal-arti jinkludu l-iSkola Slade tal-Arti; is-sitt-skejjel Università tal-Arti, Londra, li jinkludu l-Kulleġġ ċentrali ta' San Martin tal-Arti u Disin u l-Kulleġġ ta' Chelsea tal-Arti u Disin; L-Iskola ta' Glasgow tal-Arti, u Goldsmiths, Università ta' Londra. Dan il-proġett kummerċjali huwa wieħed mill-aqwa organizzazzjonijiet Brittanniċi tal-arti viżivi. Artisti maġġuri Brittanniċi jinkludu Sir Joshua Reynolds, Thomas Gainsborough, John Constable, William Blake, J. M. W. Turner, William Morris, L.S. Lowry, Francis Bacon, Lucian Freud, David Hockney, Gilbert and George, Richard Hamilton, Peter Blake, Howard Hodgkin, Antony Gormley, u Anish Kapoor. Matul lejn l-aħħar tal-1980ijiet u fl-1990ijiet, il-Gallarija Saatchi f'Londra ġabet attenżjoni pubblika ta' grupp ta' diversi suġġetti li saru magħrufa bħala l-Artisti Brittanniċi Żagħżaragħ. Damien Hirst, Chris Ofili, Rachel Whiteread, Tracy Emin, Mark Wallinger, Steve McQueen, Sam Taylor-Wood, u Chapman Brothers huma fost l-aktar magħrufa f'dan il-muviment.

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Simboli tar-Renju Unit, Il-Gżejjer tal-Fliegu u Isle of Man.
  • L-innu nazzjonali tar-Renju Unit hija "God Save the King", bil-kelma "King" issir "Queen" fil-lirika kull meta l-monarkija hija femminili. Minkejja dan l-isem tal-Innu tibqa' "God Save the King".
L-Istatwa tal-Brittanja f'Plymouth.
  • Britannja hija l-personifikazzjoni tar-Renju Unit, li toriġina miż-żmien tar-Rumani fin-nofs inhar u fiċ-ċentru tal-Gran Brittanja. Brittanja hija simbolizzata bħalha mara żgħżugħa b'xagħra jew tad-deher jew kannella, libsa helmet Korintjana u ħwejjeġ bojjod. Hi żżomm il-foxna ta' Poseidon b'tliet ponnot u tarka, li fuqa hemm il-Bandiera tal-Unjoni. Xi kultant hija mpenġija rikba d-dahar tal-iljun. Miż-Żmien tal-Imperu Brittanniku, il-Brittanja ġiet assoċjatta ma' dominanża maritima, kif tinsab fid-diska patrijottika ta' Rule Britannia.

Simboli Nazzjonali fir-Renju Unit

[immodifika | immodifika s-sors]
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Simboli Nazzjonali fl-iSkozzja.
  • L-Ingilterra (u xi kultant il-Brittanja) għandha karrattru personifikat ta' John Bull, għalkemm dan il-karratru ma tantx għadu jintuża f'żminijiet moderni.
  • Iż-Żannur huwa użat ħafna bħala simbolu skoċċiż.
  • In-Narċis jew leek huma użati bħala simbolu Galliż.
Bandiera Pajjiż Il-Qaddis tal-Knisja Fjura
Ingilterra Ingilterra San Ġorġ Warda ta' Tudor
Skozja Skozzja San Indrija Żannur
Wales Wales San David Leek/Narċis
Irlanda ta' Fuq San Patrizju Xamrok/Kittien

M'hemmx bandiera uffiċjali tal-Irlanda ta' Fuq wara l-Atti tal-Kostituzzjoni tal-Irlanda ta' Fuq 1973 jew bandiera mhux uffiċjali li hija popolari fl-Irlanda ta' Fuq. L-użu ta' bosta bnadar fl-Irlanda ta' Fuq hija ferm komuni. Madanakollu, il-Bandiera ta' Ulster hija wżata f'ħafna avvenimenti sportivi. Ara Kwistjoni tal-Bnadar tal-Irlanda ta' Fuq u l-Bnadar tal-Unjoni u Bnadar tar-Renju Unit

Organizzazzjoni territorjali (l-Ingilterra)
Organizzazzjoni territorjali (Wales)
Organizzazzjoni territorjali (l-Iskozja)
Organizzazzjoni territorjali (l-Irlanda ta' Fuq)

England (l-Ingilterra)

[immodifika | immodifika s-sors]
Bandiera użata mis-seklu 16
Tarka
Mappa
Bandiera Rjali (1406-1603)
Tarka Rjali (1399-1603)
Ir-Renju tal-Ingilterra fl-1190
Il-Karta tal-Foresti tal-1217 (Ħruġ mill-ġdid ta' 1225) (Latin: Carta de Foresta jew Charta Forestæ)
Anthony Woodville, Earl Rivers u William Caxton jippreżentaw l-ewwel ktieb stampat bl-Ingliż lil Edward IV (1480)
Qoton MS. Awgustu II. 106, waħda mill-erba' istanziazzjonijiet superstiti tat-test tal-1215, Magna Carta Libertatum (Latin medjevali, "Karta l-Kbira tal-Libertajiet"), komunement imsejħa Magna Carta, jew xi kultant Magna Charta ("Karta l-Kbira")
Guglielmu II (Anglo-Norman: Williame; c. 1057 – 2 ta' Awwissu, 1100) kien re tal-Ingilterra mis-26 ta' Settembru 1087 sal-mewt tiegħu fl-1100, b'setgħat fuq in-Normandija u influwenza fl-Iskozja) Miniature minn Historia Anglorum ta' Matthew Paris, c. 1253
Id-Dering Roll huwa l-eqdem roll of arms Ingliż li baqa' ħaj fil-forma oriġinali tiegħu. Saret bejn l-1270 u l-1280 u fiha l-arma ta' 324 kavallier.
Piż ta' munita Viking Anglo-Sassoni użata għall-kummerċ tal-fidda, il-materjal huwa ċomb u jiżen 36 gramma L-oriġini tagħha hija r-reġjun Danelaw u tmur minn 870 sa 930
Hadrian's Wall, eżatt fil-lvant ta' Cawfields Quarry, Northumberland, f'Ottubru 2005.
Rappreżentazzjoni tal-Parlament tal-Ingilterra quddiem ir-Re Edward I (c. 1300)
Mappa Medjevali (BL Cotton MS Claudius D VI) ta' Mattew ta' Pariġi, madwar l-1250, li turi kemm il-Ħajt ta' Adrjan kif ukoll il-Ħajt Antonin hawn fuq, impinġi bħala ringieli ta' battalji
Il-Ħajt ta' Adrijan (Latin: Vallum Aelium; Ingliż: Hadrian's Wall) huwa fortifikazzjoni difensiva antika tal-provinċja Rumana tal-Gran Brittanja li bdiet fis-sena 122 matul ir-renju tal-Imperatur Hadrijan Huwa estiża mix-xtut tax-Xmara Tyne, ħdejn il-Baħar tat-Tramuntana, sas-Solway Firth fil-Baħar Irlandiż, u ppermetta lill-Imperu Ruman jipproġetta l-qawwa tiegħu lejn it-Tramuntana fl-artijiet tal-Brittaniċi tal-qedem, inklużi l-Pitti
Post tal-Ħitan ta' Adrian u Antonine

Northern Ireland/Tuaisceart Éireann/Norlin Airlann (l-Irlanda ta’ Fuq)

[immodifika | immodifika s-sors]
Mappa
Gżira tal-Irlanda

Wales (l-Wales)

[immodifika | immodifika s-sors]
Bandiera
Tarka
Mappa

Scotland (l-Iskozja)

[immodifika | immodifika s-sors]
Bandiera
Tarka
Mappa
Bandiera (1542–2003)
Bandiera Rjali (1565–1603)
Tarka Rjali (1565-1603)
Ir-Renju tal-Iskozja fl-1190

Channel Islands (ġurisdizzjoni ta' Channel Island)

[immodifika | immodifika s-sors]

British Overseas Territories (Territorju Brittaniku Barrani)

[immodifika | immodifika s-sors]

Moneta (Korona/Crown)

[immodifika | immodifika s-sors]
Mappa (Montserrat)
Organizzazzjoni territorjali (Montserrat)

Bandiera u Tarka

[immodifika | immodifika s-sors]
Bandiera ta' l-Ingilterra tħawwad ħdejn il-bandiera tar-Renju Unit.

Aktar informazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Frekwenza tal-mobajl: GSM 900, GSM 1800, UMTS 2100
  • Teknoloġija tal-mobajl: GSM/GPRS/EDGE/UMTS/HSDPA
  • Format tal-Data: DD/MM/YY (pereżempju: 22/12/05) jew 22 ta' Diċembru 2005 (22 ta' Diċembru 2005 l-aktar użata jekk id-data hija miktuba bil-kliem)
  • Format tal-Ħin: Ġeneralment format ta' 12-il siegħa fit-taħdit jew fil-kitba (eżempju: 5:15 pm), format ta' 24 siegħa l-aktar użat f'dokumentazzjoni uffiċjali, orarji u mill-militar (eżempju: 17:15 jew 1715). Perijodu jista' jintuża minflok iż-żewġ punti meta jinkiteb il-ħin; pereżempju, 5.15 pm.
  • Is-separazzjoni deċimali hija l-perjodu: 123.45
  • Eluf huma separati b'virgola - 10,000 - jew bi spazju - 10 000.
  • Fil-Brittanja. biljun huwa użat biex jirrepreżenta 1,000,000,000,000 (1012 jew miljun għal miljun darba) iżda dan m'għadux jintuża u biljun huwa l-aktar użat biex juri 1,000,000,000 (109 jew miljun għal elf darba, li qabel kien magħruf bħala miljard). Ara wkoll Skali twal u qosra.
  • Voltaġġ: 230V (+10% / -6%), 50 Hz; 3-pin tal-Brittanja plakkek u plugs
  • Kodiċi tal-Posta: Kodiċi tal-Posta fir-Renju Unit
  • Sewqan huwa fuq in-naħa tax-xellug.
  • Kejl: Metriku; minbarra trasportazzjoni fuq it-toroq (distanzi u veloċità, u restrizzjonijiet fuq id-daqs huma kollha sinjalati bil-kejl Imperjali) u birra u sidru, mibjugħa fil-pubs, irridu jiġu mibjugħa f'kwantitajiet ta' 1/3 ta' pinta, 1/2 ta' pinta, jew kwantitajiet relatati.
  1. ^ "2011 UK censuses". Office for National Statistics (bl-Ingliż). Miġbur 2012-12-17.
  2. ^ a b ċ d "Report for Selected Countries and Subjects - United Kingdom" (bl-Ingliż). International Monetary Fund. 2012. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-01-17.
  3. ^ Human Development Report 2011 - Sustainability and Equity: A Better Future for All (PDF) (Rapport) (bl-Ingliż). United Nations Development Program. 2011. pp. 127–130. ISBN 9780230363311. Miġbur 2013-03-14.
  4. ^ Ara Gżejjer Brittaniċi (terminoloġija)
  5. ^ Prestwich, Michael Charles. "United Kingdom". Britannica (bl-Ingliż).
  6. ^ "Countries within a country". 10 Downing Street (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2005-02-11.
  7. ^ Macwhirter, Iain (2008-01-10). "The break-up of the union now appears inevitable" (bl-Ingliż). The Guardian.
  8. ^ Enright, Simon (2007-01-16). "An Act of Disunion" (bl-Ingliż). BBC.
  9. ^ "Key facts about the United Kingdom". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-10-03. Miġbur 2008-07-01.
  10. ^ "FCO global network" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-04-06. Miġbur 2008-07-01.
  11. ^ "The Treaty (or Act) of Union, 1707". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2005-02-07.
  12. ^ Bardon, Jonathan. "The Act of Union". Act of Union Virtual Library (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2005-12-19.
  13. ^ "The Anglo-Irish Treaty, 6 December 1921". CAIN Archive - Conflict and Politics in Northern Ireland (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-14 May 2012. Miġbur 1 July 2008.
  14. ^ a b Browne, Anthony (2005-09-14). "Europe wins the power to jail British citizens" (bl-Ingliż). The Times.
  15. ^ "European Constitution: bad for Britain, bad for Europe". Conservatives.com (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2005-10-20.
  16. ^ "Parliamentary sovereignty" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-06-28.
  17. ^ Carter, Sarah (2002-10-01). "A Guide to the UK Legal System - Updated". LLRX.com (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2005-02-06.
  18. ^ "Devolution review body launched" (bl-Ingliż). BBC News. 2008-03-25.
  19. ^ Hutcheon, Paul (2008-04-18). "41% of Scots back the break-up of the union" (bl-Ingliż). Sunday Herald. Arkivjat mill-orġinal fl-2008-04-18. Miġbur 2008-07-01.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]