Malta: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 1: Linja 1:
{{Infobox Pajjiż
{{Infobox Pajjiż
|isem_nattiv = Malta
|isem_nattiv = Repubblika ta' Malta
|isem_komuni = Malta
|isem_komuni = Malta
|stampa_bandiera = Flag of Italy.svg
|stampa_bandiera = Flag of Malta.svg
|stampa_emblema = Italy coa.png
|stampa_emblema = Coat_of_arms_of_Malta.svg
|stampa_mappa = Location Malta EU Europe.png
|stampa_mappa = Location Malta EU Europe.png
|deskrizzjoni_mappa = Lokazzjoni ta' Malta (aħdar skur) <br /> – fi ħdan l-[[Unjoni Ewropea]] (aħdar ċar) fil-[[Ewropa|kontinent Ewropew]] (griż skur) <br />
|deskrizzjoni_mappa = Lokazzjoni ta' Malta (aħdar skur) <br /> – fi ħdan l-[[Unjoni Ewropea]] (aħdar ċar) fil-[[Ewropa|kontinent Ewropew]] (griż skur) <br />
Linja 11: Linja 11:
|mottu_nazzjonali =
|mottu_nazzjonali =
|innu_nazzjonali = ''[[L-Innu Malti]]''
|innu_nazzjonali = ''[[L-Innu Malti]]''
|lingwi_uffiċjali = [[Lingwa Maltija|Malti]], [[Lingwa Taljana|Taljana]]
|lingwi_uffiċjali = [[Lingwa Maltija|Malti]], [[Lingwa Ingliż|Ingliż]]
|gruppi_etniċi = Maltin
|gruppi_etniċi = Maltin
|kapitali = [[Belt Valletta|Valletta]] (''[[de facto]]'')
|kapitali = [[Belt Valletta|Valletta]] (''[[de facto]]'')

Reviżjoni ta' 08:59, 24 Settembru 2009

Repubblika ta' Malta
Repubblika ta' Malta – Bandiera Repubblika ta' Malta – Emblema
Bandiera Emblema
Innu nazzjonali: L-Innu Malti
Lokazzjoni ta' Malta (aħdar skur)
– fi ħdan l-Unjoni Ewropea (aħdar ċar) fil-kontinent Ewropew (griż skur)
Belt kapitaliValletta (de facto)
35°53′N 14°30′E / 35.883°N 14.5°E / 35.883; 14.5

L-ikbar belt Birkirkara
Lingwi uffiċjali Malti, Ingliż
Gruppi etniċi  Maltin
Gvern Repubblika parlamentari
 -  President George Abela
 -  Prim Ministru Lawrence Gonzi
Indipendenza
 -  mir-Renju Unit 21 ta' Settembru, 1964 
 -  Repubblika 13 ta' Diċembru, 1974 
Sħubija fl-UE 1 ta' Mejju, 2004
Erja
 -  Total 316 km2 (200)
121 mil kwadru 
 -  Ilma (%) 0.001
Popolazzjoni
 -  stima tal-2007 410,290 (174)
 -  ċensiment tal-2005 404,9621 
 -  Densità 1,298/km2 (6)
3,391/mili kwadri
PGD (PSX) stima tal-2008
 -  Total $9.806 biljun[1] 
 -  Per capita $23,760[1] 
PGD (nominali) stima tal-2008
 -  Total $8.338 biljun[1] 
 -  Per capita $20,202[1] 
IŻU (2006) 0.894 (għoli) (36)
Valuta Ewro ()2Banek (EUR)
Żona tal-ħin CET (UTC+1)
Kodiċi telefoniku 356
TLD tal-internet .mt3
1 Il-popolazzjoni totali tinkludi wkoll lir-residenti barranin. Il-popolazzjoni ta' residenti Maltin fl-2004 kien ta' madwar 389,764. Kull data uffiċjali ta' popolazzjoni hi pprovduta mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO).[2]
2Qabel l-2008: Lira Maltija
3 Ukoll .eu, li hi maqsuma flimkien mal-istati membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea.

Malta en-us-Malta.ogg /ˈmɔːltə/ , magħrufa uffiċjalment bħala r-Repubblika ta' Malta, huwa mikrostat żviluppat Ewropew fi ħdan l-Unjoni Ewropea.[3][4][5] Il-gżira pajjiż tikkonsisti minn arċipelagu ta' seba' gżejjer li jinsabu fil-Baħar Mediterran, fl-Ewropa t'Isfel, 93 km mill-kosta ta' Sqallija (l-Italja), 288 km fil-Lvant tat-Tuneżija u 300 km fit-Tramuntana tal-Libja. Dawn il-gżejjer igawdu minn klima Mediterranja.[6][7]

Matul l-istorja, il-pożizzjoni ta' Malta fil-Baħar Mediterran kellha sinjifikat strateġiku.[8] Minħabba dan il-fattur, numru ta' qawwiet fosthom il-Feniċi, ir-Rumani, l-Għarab, l-Isqallin, il-Kavallieri ta' San Ġwann u l-Ingliżi lkoll ħakmu lil Malta. Malta kisbet l-indipendenza mir-Renju Unit fl-1964 u għaxar snin wara, fl-1974, saret Repubblika però xorta baqgħet membru tal-Commonwealth tan-Nazzjonijiet. Attwalment hi membru tal-Unjoni Ewropea, wara s-sħubija fl-2004, u wkoll tan-Nazzjonijiet Uniti.

Malta hi magħrufa għas-siti ta' patrimonju tal-umanità,[9] bl-aktar prominenti jkunu t-tempji megalitiċi li huma l-aktar siti qodma li għadhom weqfin fid-Dinja.[10][11][12] Skont il-ktieb mill-Bibbja tal-Atti tal-Appostli, San Pawl innawfraga fuq din il-gżira.

Il-belt kapitali ta' Malta hi l-Belt Valletta. Il-lingwi uffiċjali tal-pajjiż huma l-Malti u l-Ingiż, fejn dan tal-aħħar ħa post t-Taljan fl-1934. Malta għandha konnessjoni qawwija mal-Kattoliċiżmu Ruman, li tkompli tkun bħala r-reliġjon uffiċjali u l-aktar waħda prattikata f'Malta.

Etimoloġija

L-oriġini tat-terminu "Malta" hu inċert u l-varjazzjoni moderna hi derivata mil-lingwa Maltija. L-aktar etimoloġija komuni hi li ġejja mill-kelma Griega μέλι (meli) ('għasel'). Il-Griegi kienu jsejħu lill-gżira Μελίτη (Melite) li tfisser "għasel" jew "għasel ħelu" possibilment minħabba l-produzzjoni unika ta' għasel f'Malta; speċi endemika ta' naħal tgħix f'din il-gżira, fejn minħabba f'hekk li ngħatat il-laqam ta' "l-art tal-għasel".[13] Mhux biss li l-influwenza Griega fuq il-gżira kienet sas-sena 700 QK,[14] imma aktar tard il-gżira waqgħet f'idejn l-Imperu Biżantin bejn is-sena 395 u s-sena 870,[14] imperu li kien iħaddan l-istess ilsien Grieg. Etimoloġija oħra hi l-kelma Feniċa Maleth, l-isem tal-Feniċi għal dawn il-gżejjer, li tfisser "marsa" bħala referenza għall-bajjiet u l-qaliet ta' Malta.[15]

Storja

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Storja ta' Malta.

Sa mill-5200 QK fil-gżejjer Maltin kienet teżisti diġà ċiviltà preistorika, li tiftaħar bl-eqdem strutturi mibnija mill-bniedem. Il-Feniċi għamlu minn Malta kolonja qrib it-8 seklu QK u kienu huma li sejħu lil gżira prinċipali Malat dan peress li Malat tfisser kenn sigur, mhux ta' b'xejn allura li Malta għandha ħafna portijiet tajbin.

Madwar 400 QK il-gżejjer waqgħu f'idejn il-Kartaġiniżi, li jistgħu jitqiesu bħala l-eredi tal-Feniċi; Wara l-Gwerer Puniċi l-gżejjer spiċċaw f'idejn l-Imperu Ruman li għamlu lil Malta u lil Għawdex muniċipalitajiet, bid-dritt li joħorġu l-flus għalihom. Kien f'dan iż-żmien li skont l-Atti tal-Appostli, San Pawl ġie Malta u beda il-Kristjaneżmu fis-sena 60 WK.

Meta l-Imperu Ruman inqasam fi tnejn, Malta waqgħet f'idejn il-Biżantini, l-hekk imsejħa Rumani tal-Lvant. Is-snin ta' wara l-waqgħa tal-Imperu Ruman tal-Punent kienu mqallba ħafna: Teżisti ftit xiehda konkreta ta x'ġara effetivament, għalkemm xi storjografi jemmnu li Malta setgħet spiċċat taħt il-Vandali, li wara tkeċċew mill-ġeneral Biżantin Beliżarju. Dawn ta l-aħħar ġew melgħuba minn forza ta' Għarab fis-sena 870. L-Għarab influwenzaw il-lingwa tal-pajjiż, il-Malti u dan l-element semitiku għadu ħaj sal-ġurnata ta' llum fl-ilsien tal-poplu. L-Għarab xerrdu t-twemmin Islamiku fost il-Maltin u daħħlu wkoll metodi ġodda fl-agrikoltura.

Fl-1091, in-Normanni taħt il-Konti Ruġġieru, ħadu l-gżejjer Maltin taħt it-tmexxija tagħhom u anki jekk l-influwenza Għarbija baqgħet f'Malta sa ma dawn tkeċċew għal kollox, nistgħu ngħidu li Malta bdiet issir iktar u iktar Ewropea. Kien f'dan iż-żmien li nbena l-ewwel Katidral fl-Imdina, li kien waqa' f'terremot fl-1693 u reġgħet twaqqfet mill-ġdid ir-reliġjon Kattolika fil-gżejjer.

F'dawn iż-żminijiet, Malta kienet tinbiegħ b'fewdu lil xi sinjuri mill-ħakkiema tal-gżejjer, sakemm fl-1474, wara ħafna intriċċi fil-familji rjali tal-Ewropa, saru parti mill-Imperu Spanjol. F'dawn iż-żminijiet Malta kien ikollha ħafna ħbit mill-furbani Misilmin, li mhux l-ewwel darba li ħabtu jerġgħu jieħdu l-kmand tal-pajjiż.

Fl-1530, il-Gżejjer ingħataw lill-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann mill-Imperatur Karlu V. Dawn il-Kavallieri kruċjati kienu qed ifittxu dar ġdida wara li kienu tilfu t-Tieni Assedju ta' Rodi fl-1522. F'dan l-assedju, però, tant kienu wrew kuraġġ li tħallew jitilqu mill-gżira b'kull unur militari mill-mexxej tal-Ottomani.

Meta l-Kavallieri waslu f'Malta, sabu art niexfa, b'poplu mferrex madwar il-gżejjer kollha u b'żewġ imkejjen biss li kellhom ħjiel ċkejken ta' difiża: L-Imdina, bis-swar tagħha u l-Birgu bil-Castrum Maris illum il-Fortizza ta' Sant' Anġlu. Il-Kavallieri għażlu li joqogħdu fil-Birgu, peress li dan il-lokal kien fejn il-baħar u kellu port eċċezzjonali; żewġ assi importanti għall-Kavallieri li kienu ilhom imdorrijjin għal ħajja ta' kursara kattoliċi. Wara dan, l-Ordni beda jsaħħaħ il-Birgu bi swar u ġie deċiz li jittellgħu swar fuq l-Isla, bil-Fortizza ta' San Mikiel, kif ukoll fortizza biex tiddefendi d-daħla tal-Port il-Kbir, il-Fortizza ta' Sant' Iermu.

Tkun illużjoni, imma, jekk wieħed jaħseb li mad-daħla tal-Ordni Malta tbiddlet f'fortizza felħana: L-attakki tal-furbani misilmin żdiedu u sa waslu biex fl-1551, taħt il-kmand ta' Dragut, ħabtu għal Għawdex u kaxkru l-Għawdxin kollha ħlief ix-xjuħ u l-morda. Wieħed irid jinnota iżda li l-għan ta' dan l-attakk kien li jidħlu fil-Birgu, għan li falla ħabba s-saħħa li bdiet tiżdied tal-Ordni.

Din is-saħħa tpoġġiet taħt sforz kbir fl-Ewwel Assedju ta' Malta, msejjaħ l-Assedju l-Kbir, li beda fit-18 ta' Mejju tal-1565, fejn Malta spiċċat tiġġieled mas-saħħa kbira tal-Imperu Ottoman. Fit-8 ta' Settembru 1565, ġurnata li sal-lum għadha titfakkar b'festa nazzjonali, l-Ottomani, wara iktar minn tlett xhur ta' taqbid, indunaw li kienet waslet għajnuna minn Sqallija, li wasslithom għat-telfa tagħhom, f'Jum il-Vitorja.

Din ir-rebħa waħħdet l-Ordni ma' Malta u dawn baqgħu sal-lum jissejħu "Kavallieri ta' Malta"; Wara din ir-rebħa bnew iktar fortifikazzjonijiet speċjalment madwar il-Port il-Kbir, bnew kapitali ġdida, il-Belt Valletta u għollew l-istandard tal-għixien tal-poplu in ġenerali. Il-ħakma tagħhom waslet fit-tmiem tagħha meta Napuljun rebaħ il-gżejjer fl-1798. Il-Maltin qamu għall-Franċiżi u bdew Imblokk, grazzi għall-għajnuna tar-Renju taż-Żewġ Sqallijiet u tal-Gran Brittanja. L-Ingliżi ħadu l-gżejjer bħala protettorat fl-1800 u appuntaw lil Sir Alexander John Ball bħala gvernatur, bl-għan li l-gżejjer jerġgħu jaqgħu f'idejn l-Ordni wara l-Gwerrer Napoleoniċi.

Dan it-tir ma tantx dam: Fl-1814, bħala parti mit-Trattat ta' Pariġi, Malta ufficjalment saret parti mill-Imperu Britanniku u kienet tintuża bħala stazzjon, bażi navali u s-sede uffiċċjali tal-Flotta Navali Mediterranea Ingliża, sakem din ittieħdet f'Lixandra fl-Eġittu ħabba l-fatt li Malta kienet qrib wisq l-Italja belliġerenti.

Malta kellha rwol importanti ħafna fit-Tieni Gwerra Dinjija, minħabba li kienet qrib ħafna r-rotot navali tal-Forzi tal-Assi, u mhux eżaġerazzjoni li wieħed jgħid li Malta sofriet it-Tieni Assedju tagħha meta din saret wieħed mill-iktar postijiet bumbardjati tad-dinja, fil-'Blitz' tal-forzi tal-ajru Ġermaniżi u, sa ċertu punt, Taljani.

Wara din il-Gwerra, Malta ngħatat l-Indipendenza tagħha fil-21 ta' Settembru, 1964. Malta baqgħet membru tal-'Commonwealth', u saret repubblika fl-1974. F' referendum f' April 2003, il-vutanti wrew ir-rieda tagħhom biex Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea, biex b'hekk Malta saret membru sħiħ fl-1 Mejju, 2004.

Politika

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Politika ta' Malta.
Il-bini tal-qorti fil-Belt Valletta

Malta hi repubblika,[16] li s-sistema parlamentari u l-amministrazzjoni pubblika hi mudellata fuq is-sistema Westminster. Mill-1960 sal-1995, skont l-istatistika li nġabret fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, Malta kellha t-tieni l-ogħla rata fid-dinja ta' nies li kienu eleġibbli li jivvutaw u li ħarġu jivvutaw (u l-ogħla waħda minn nazzjonijiet mingħajr votazzjoni obbligatorja).[17] Il-Kamra tad-Deputati tiġi eletta kull ħames snin u hi magħmula minn ħamsa u sittin membru parlamentari. Madanakollu, meta partit jikseb il-maġġoranza tal-voti imma mhux tas-siġġijiet, il-partit jingħata aktar siġġijiet biex jiġi assigurat maġġoranza parlamentari. Il-Kostituzzjoni ta' Malta tgħid li l-President għandu jaħtar bħala Prim Ministru dak il-membru tal-Kamra li hu l-aktar kapaċi li jmexxi l-maġġoranza fil-Kabinett. L-istess President normalment jaħtar, fuq rakkomandazzjoni tal-Prim Ministru, il-ministri li għandhom imexxu kull dipartiment tal-gvern.[18] Kandidati għal xi postijiet vakanti jiġu determinati bil-maġġoranza tal-voti li jkunu ġabu fl-elezzjoni preċedenti.

Il-President tar-Repubblika jiġi elett kull ħames snin mill-Kamra tad-Deputati. L-irwol ta' president bħala l-kap tal-istat mhuwiex ħlief bħala figura simbolika tar-Repubblika ta' Malta. Il-partiti politiċi prinċipali huma l-Partit Nazzjonalista, li hu partit demokratiku Kristjan, u l-Partit Laburista, li hu partit soċjo-demokratiku. Il-Partit Nazzjonalista jinsab attwalment fil-gvern, bil-Prim Ministru jkun Dr. Lawrence Gonzi. Il-PL jinsab fl-oppoiżizzjoni. Barra dawn iż-żewġ partiti jinsabu partiti politiċi iżgħar li attwalment m'għandhom ebda rappreżentazzjoni parlamentari.

Sat-Tieni Gwerra Dinjija, il-politika Maltija kienet iddominata bil-Kwistjoni tal-Lingwa li kienet immexxiha mill-partiti pro-Taljani u pro-Ingliżi,[19] li aktar tard iffurmaw fil-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista rispettivament. Il-politika wara l-gwerra dawret ħaristha fuq kwistjonijiet kostituzzjonali fuq ir-relazzjonijiet mal-Ingilterrra (l-ewwel bl-Integrazzjoni u wara l-Indipendenza), u eventwalment, ir-relazzjonijiet mal-Unjoni Ewropea.

Diviżjonijiet amministrattivi

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Kunsilli lokali ta' Malta.
Diviżjonijiet amministrattivi ta' Malta

Mill-1993 Malta ġiet maqsuma fi 68 kunsill lokali, b'kull kunsill ikun responsabbli għall-amministrazzjoni tal-belt jew raħal tiegħu. Ir-responsabbiltà amministrattiva hi distribwita bejn il-kunsilli lokali u l-gvern ċentrali. M'hemm l-ebda livell intermedjarju bejn il-gvern lokali u dak nazzjonali, u l-livelli tas-sitt distretti (ħamsa fuq il-gżira ta' Malta) u tat-tliet reġjuni (tnejn fuq il-gżira ta' Malta) iservu primarjament għall-bażi ta' statistika. L-Att tal-Kunsilli Lokali, 1993 (Att XV tal-1993) ġie ppublikat fit-30 ta' Ġunju, 1993, fejn qasam lill-gżejjer Maltin f'54 kunsill lokali f'Malta u 14 f'Għawdex. L-abitanti li huma eleġibbli għall-votazzjoni jeleġġu l-Kunsill kull tliet snin. Is-sindku hu l-kap tal-Kunsill Lokali u r-rappreżentant tal-Kunsill b'kull effett taħt l-Att. Is-Segretarju Eżekuttiv, li jiġi appuntat mill-Kunsill, hu l-kap eżekuttiv, amministrattiv u finanzjarju tal-Kunsill. Il-kunsilliera l-oħra eletti mill-elezzjoni tal-kunsill jieħdu d-deċiżjonijiet flimkien mas-sindku. Il-kunsilli lokali huma responsabbli għall-ħarsien u tisbieħ tal-lokalità, allokazzjoni tal-gwardjani lokali u ġbir ta' skart; huma wkoll jesegwixxu doveri amministrattivi għall-gvern ċentrali bħal ġbir ta' fondi u kirjiet tal-gvern u jirrispondi għall-ilmenti tal-pubbliku.

Ġeografija

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Ġeografija ta' Malta.
Ir-Riserva Naturali ta' L-Għadira
Stampa:Saint Paul's Bay.JPG
Il-Bajja ta' San Pawl

Malta hi arċipelagu f'nofs il-Baħar Mediterran (fil-baċir tal-Lvant), madwar 93 km fin-Nofsinhar tal-gżira Taljana ta' Sqallija. It-tliet l-ikbar gżejjer, dik ta' Malta, Għawdex u Kemmuna huma l-uniċi li huma abitati. Il-gżejjer iż-żgħar, bħal Filfla, Kemmunett u l-Gżejjer ta' San Pawl huma inabitati. Numru ta' bajjiet jżewqu l-kosti tal-gżejjer li jipprovdu wkoll portijiet tajbin. Il-gżejjer tal-arċipelagu ġew iffurmati mill-ogħla uċuħ tal-pont li kien hemm bejn Sqallija u l-Afrika ta' Fuq u li dawn saru iżolati meta l-livell tal-ilma tela' wara l-aħħar Era tas-Silġ.[20] L-arċipelagu jinsab f'tarf il-platt tettoniku Afrikan, bil-konfini tiegħu jmissu mal-platt Ewroażjatiku.[21]

Il-pajsaġġ tal-lum il-ġurnata huwa karaterizzat minn għoljiet baxxi b'għelieqi mtarrġin. L-ogħla punt hu Ta' Dmejrek fil-gżira ta' Malta li jinsab 253 metru 'l fuq, qrib Ħad-Dingli. Minkejja li meta jkun hemm preċipitazzjoni għolja jinħolqu xi xmajjar żgħar, f'Malta m'hemm l-ebda xmara jew lag permanenti. Madanakollu, xi passaġġi tal-ilma jinstabu madwar il-gżira li jkollhom ilma frisk kull sena. Postijiet bħal dawn huma l-Baħrija, l-Imtaħleb u San Martin, waqt li f'Għawdex jinsab il-Wied tal-Lunzjata.

In-Nofsinhar ta' Malta mhuwiex il-punt l-iktar estrem fin-Nofsinhar tal-Ewropa, fejn hi l-gżira Griega ta' Gavdos li għandha din id-distinzjoni. Fitoġeografikament, Malta tappartjeni għall-provinċja Ligura-Tirrenika tar-Reġjun Meditteranju fi ħdan ir-Renju Boreali.

Fil-21 ta' Diċembru 2007, Malta implimentat it-Trattat ta' Schengen.[22] Kontrolli mal-konfini baqgħu jsiru fl-ajruporti sa Marzu tal-2008.

Gżejjer

Il-gżejjer prinċipali, u l-uniċi li huma abitati tal-pajjiż huma l-gżira ta' Malta, Kemmuna u Għawdex. Gżejjer oħra li jiffurmaw parti mill-arċipelagu jinkludu lil Kemmunett (inabitata), Filfla (riserva naturali, inabitata), il-Ġebla tal-Ġeneral (inabitata), il-Gżira Manwel (li hi magħquda mar-raħal tal-Gżira permezz ta' pont), u l-Gżejjer ta' San Pawl (inabitati). Iċ-ċentru tal-gvern, il-kummerċ u ċ-ċentru primarju għall-kultura hi l-belt kapitali ta' Valletta li tinsab fuq il-kosta tal-Lvant ta' Malta.

Il-gżejjer Maltin huma dawn is-segwenti:

Mappa satellitari ta' Malta

Klima

Il-klima hi waħda Mediterranja, bi xtiewi moderati u umdużi, u sjuf sħan u xotti. M'hemm l-ebda staġun sħun fejn il-pjanti jorqdu, minkejja li l-iżvilupp tal-pjanti jista' jiġi osservat xi ftit f'xitwa b'kesħa li ma tkunx normali, u s-sħana u l-aridità tas-sajf jistgħu jikkawżaw biex il-veġetazzjoni jsiru dgħajfa. Huma f'żewġ staġuni partikulari li fihom it-turisti jiġu attratti lejn dawn il-gżejjer, speċjalment matul ix-xhur umdi. Madanakollu, irjieħ qawwija jistgħu jdawwru ż-żmien tar-rebbiegħa għal wieħed kiesaħ.

Malta ġeneralment tgawdi minn klima Mediterranja

Il-provista tal-ilma toffri sfida għal Malta, hekk kif fiż-żmien sħun tas-sajf il-preċipitazzjoni tkun waħda minima waqt li dan ikun ukoll iż-żmien fejn l-ilma jkun l-aktar użat. Din il-problema tinħass ukoll matul ix-xitwa minħabba li x-xita qawwija li tagħmel, ħafna drabi din tkompli nieżla fil-baħar minflok tippenetra qalb l-art. Malta tiddependi fir-riservi ta' taħt l-art tal-ilma frisk, li jinġieb minn sistema ta' mini tal-ilma msejjħin bħala l-galleriji Ta' Kandja, b'fond ta' madwar 97 metru. Aktar minn nofs l-ilma potabbli ta' Malta huwa prodott permezz tad-desalinazzjoni, li twassal għal aktar użu ta' kombustibbli fossili u tniġġis.[23]

L-inqas temperatura qatt irreġistrata kienet fid-19 ta' Frar, 1895, ġewwa l-Belt Valletta, meta t-temperatura niżelet għal 1.2 °C, waqt li l-ogħla waħda laħqet it-43.8 °C f'Awwissu tal-1999 fl-Ajruport Internazzjonali ta' Ħal Luqa.[24] L-inqas temperatura inuffiċjali hi dik ta' 1.7 °C taħt iż-żero, li seħħet fl-1 ta' Frar, 1962, fil-kamp tal-avjazzjoni ta' Ta' Qali b'evidenza ta' silġ mal-art.

Kienu ftit l-okkażżjonijiet fejn ġie reġistrat xi xita ta' borra b'dawn ikunu fi Frar tal-1895, f'Jannar tal-1905 u fil-31 ta' Jannar, 1962. Fl-aħħar ġurnata tal-1962 xi silġ għatta xi partijiet tal-gżira, bil-lejl segwenti tiġi reġistrata l-unika ġlata fl-istorja ta' Malta li seħħet f'Ta' Qali. Il-bidla fil-klima wasslet biex id-differenza li hemm bejn l-ogħla u l-inqas temperaturi tiżdied, li ħafna drabi jwasslu għal staġuni b'temp instabbli. Dawn l-aħħar snin kienu reġistrati wkoll każi aktar frekwenti ta' borra u silġ li laqqtu lill-gżejjer.[25]

 Medji tat-temperaturi għal Malta 
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ
Medja tal-ogħla temperatura °C (°F) 15
(59)
15
(59)
16
(61)
18
(64)
22
(72)
26
(79)
30
(86)
30
(86)
27
(81)
23
(73)
19
(66)
16
(61)
Temperatura medja ta' kuljum °C (°F) 12
(54)
12
(54)
13
(55)
15
(59)
18
(64)
22
(72)
26
(79)
26
(79)
24
(75)
21
(70)
16
(61)
13
(55)
Medja tal-inqas temperatura °C (°F) 9
(48)
9
(48)
10
(50)
12
(54)
15
(59)
18
(64)
21
(70)
22
(72)
20
(68)
17
(63)
13
(55)
11
(52)
Preċipitazzjoni ċm (pulzier) 8
(3.1)
5
(2)
4
(1.6)
2
(0.8)
1
(0.4)
0
(0)
0
(0)
0
(0)
3
(1.2)
7
(2.8)
9
(3.5)
10
(3.9)
Sors #1: {{{sors1}}} {{{aċċess}}}


Ekonomija

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Ekonomija ta' Malta.

L-uniku riżors naturali ta' Malta hija l-ġebla; Però f'Malta teżisti popolazzjoni produttiva ħafna li rnexxielha togħli l-istandard tal-għixien tal-Maltin grazzi għal ħafna sforzi li jixhdu kemm il-Maltin huma kapaċi. Malta tipproduċi biss daqs 20% tal-ikel li għandha bżonn, waqt li r-riżorsi tal-ilma naturali huma ferm limitati; Għalhekk dawn huma mejgħuna minn sorsi ta' ilma magħmulin mill-bniedem, fejn l-ilma tal-baħar jiġi desalinizzat biex jiġi tajjeb għax xorb. F' Malta m' hemm l-ebda sors t'enerġija domestika.

L-ekonomija tiddependi ħafna fuq il-kummerċ u l-investiment barrani bl-użu tal-gżejjer bħala port, manifattura (speċjalment elettronika u tessuti) u fuq kollox it-turiżmu.

Riċentement, ġew privatiżżati xi korporazzjonijiet li kienu kkontrollati mill-istat, u ġew ukoll illiberaliżżati s-swieq, bit-tneħħija ta' ħafna taxxi li kienu jipproteġġu l-manifatturat Malti. Dan seħħ biex Malta tkun ippreparata għal sħubija sħiħa mal-Unjoni Ewropea, li seħħet fl-1 ta' Mejju, 2004.

Dan l-aħħar, Malta u t-Tuneżija qegħdin jiddiskutu l-użu kummerċjali tal-ixkaffa kontinentali bejn iż-żewġ pajjiżi, partikolarment għat-tfittxija għaż-żejt.

Storja tal-Ekonomija

Qabel l-1800, Malta kellha vera ftit industriji, apparti dik tal-qoton, it-tabakk, u tat-tarnzi. It-tarzna kienet iżjed tard użata mil-inglizi għal skopijiet militari. Fi żmien tal-gwerer, l-ekonomija ta' Malta marret tajjeb, minħabba il-pożizzjoni strateġika ta' dawn il-gżejjer.

Waqt il-Gwerrer Napoleoniċi (1800-1815), l-ekonomija ta' Malta' marret tajjeb, u saret iċ-ċentru ta' bejgħ u xiri. Fl-1808 żewġ terzi tat-tgħabbija konsenjata minn Malta marret Lvant u l-Eġittu. Iktar tard, nofs it-tgħabija kienet ġeneralment destinanta għal Triest. It-tgħabbija kienet tikkonsisti minn prodotti manufatturati l-Ingilterra jew fil-Kolonji. L-Ekonomija ta' Malta gawdiet minn dan in-negozju u ħafna nies tas-sengħa bħan-nissieġa sabu xogħol fil-portijiet.

Fl-1820, waqt il-Battalja ta' Navarino, li kienet fil-Greċja, l-Armata Ingliża kien ibbażata f'Malta. Fl-1839, il-kumpaniji ġiganteski Pacific and Orient (P & O) u l-East India Company kienu jużaw il-port Malti waqt il-vjaġġi lejn l-Eġittu u l-Lvant.

Fl-1869, Malta gawdiet mil-ftuħ tal-Kanal ta' Swejz, hu kien hemm żdieda Massiva fil-vapuri li kienu jidħlu Malta. L-ekonomija Maltija kienet daħlet f'fażi speċjali. Il-Mediterran ġie deskritt bħala "Highway" tan-Negozju tad-dinja, u numbru ta' vapuri kienu jidħlu Malta għal faħam u munizjon ieħor qabel ikomplu bil-vjaġġi tagħhom lejn l-Oċean Indjan u l-Orjent.

Bejn l-1871 u l-1881 8,000 ħaddiema sabu xogħol fit-tarzni u numru ta' banek fetħu f'Malta. Sal-1882 Malta kienet laħqet il-quċċata, f'dak li jirrigwarda il-qasam ekonomiku.

Però l-ekonomija Malti ma tantx damet fil-quċċata. Ftit qabel it-tmiem ta' seklu 19 l-ekonomija bdiet tmur għall-għar u fl-erbgħinijiet kienet fi kriżi serja. Din kienet primarjament minħabba l-invenzjoni tal-vapuri kbar li kienu jaħdmu biż-żejt, allura ma kellhomx għalfejn jidhlu fil-port il-kbir biex jerġghu jimlew il-fjuwil. Il-gvern ingliż kellu jestendi t-tarzna.

Sa minn tmiem it-tieni gwerra dinjija, l-importanza tal-pożizzjoni strateġika ta' Malta kien laħaq livell verament baxx. It-teknoloġija tal-ajruplani tal-gwerra, u l-invenzjoni tal-bomba atomika, biddlu l-importanza ta' din il-bażi militari. L-Inglizi tilfu il-kontroll tal-Kanal ta' Swejz, u ma baqgħux fit-tarzna navali, minflok saret tarzna kummerciali għal bini u t-tiswija tal-vapuri.

Demografija

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Demografija ta' Malta.
Ritratt tal-gżejjer Maltin meħud bis-satellita

B'madwar 1,250 abitant għal kull kilometru kwadru, Malta tista' titqies bħala wieħed mill-aktar pajjiżi b'densità tal-popolazzjoni fid-dinja. Parti kbira mill-popolazzjoni hija ta' dixxendenza Taljana, (partikolarment Sqallija), Franċiża, Spanjola u Brittannika.

Il-Kattoliċiżmu Ruman huwa ddikjarat ir-reliġjon uffiċjali tal-gżejjer Maltin. Huwa stmat li madwar 90% tal-popolazzjoni huma Kattoliċi għalkemm madwar 60% biss huma prattikanti. Malta għandha żewġ lingwi uffiċjali: il-Malti u l- Ingliż, għalkemm it-Taljan huwa wkoll mifhum sewwa u hu mitkellem minn ħafna, l-aktar minħabba l-influwenza tal-media Taljana u r-rabtiet storiċi bejn iż-żewġ pajjiżi fil-passat.

Kultura

Referenzi

  1. ^ a b ċ d "Malta" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna)
  2. ^ http://www.nso.gov.mt/statdoc/document_file.aspx?id=1653
  3. ^ "European Microstates hotels, youth hostels, nightlife. European Microstates culture, tourist attractions, souvenirs. European Microstates travel tips, flights" (bl-Ingliż). 22-12-2008. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  4. ^ "IngentaConnect Career guidance in Malta: A Mediterranean microstate in transitio" (bl-Ingliż). 16-06-2006. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  5. ^ "The Microstate Environmental World Cup: Malta vs. San Marino" (bl-Ingliż). 15-12-2007. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  6. ^ CIA Factbook - Pożizzjoni ġeografika
  7. ^ Il-Gżejjer Maltin, Dipartiment tal-Informazzjoni - Malta.
  8. ^ "Situation" (bl-Ingliż). 06-02-2008. Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  9. ^ "Megalithic Temples of Malta" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  10. ^ "The Prehistoric Archaeology of the Temples of Malta" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna)
  11. ^ "Malta Temples and The OTS Foundation" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna)
  12. ^ David Trump et al., Malta Before History (2004: Miranda Publishers)
  13. ^ "Controversy over unique Maltese bee population" (bl-Ingliż). 06-02-2008. Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  14. ^ a b "Notable dates in Malta's history" (bl-Ingliż). 06-02-2008. Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  15. ^ Malta 1565: Last Battle of the Crusades. ISBN 978-1855326033. Parametru mhux magħruf |l-aħħar= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-ewwel= injorat (għajnuna)
  16. ^ "Chapter 1 / The Republic of Malta / Maltese Constitution". Att tal-Kostituzzjoni ta' Malta (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  17. ^ Mark N. Franklin. "Electoral Participation." f'Controversies in Voting Behavior
  18. ^ Segratarjat tal-Prim Ministru, Uffiċċju tal-Prim Ministru
  19. ^ L-Indipendenza, Maltavoyager.com
  20. ^ "Island Landscape Dynamics: Examples from the Mediterranean". Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  21. ^ Kummissjoni għall-Mappa Ġeoloġika tad-Dinja. "Geodynamic Map of the Mediterranean". Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  22. ^ Kummissjoni Ewropea. "L-Ewropa u int fl-2007, Estiż l-ivvjaġġar mingħajr passaport". Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  23. ^ "Briney future for vulnerable Malta", BBC News, 4 April 2007
  24. ^ L-ogħla temperaturi massimi (mill-1987), MaltaWeather.com
  25. ^ "It-Temp fl-2008". 01-01-2009. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)

Ħoloq esterni

Gvern
Aħbarijiet
Vjaġġar
Oħrajn

Mudell:Link FA