Aqbeż għall-kontentut

Kwistjoni tal-Lingwa f'Malta

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Kwistjoni tal-Lingwa)
Enrico Mizzi u Sigismondo Savona: tnejn mill-figuri l-kbar fil-Kwistjoni tal-Lingwa.

Il-Kwistjoni tal-Lingwa kienet perjodu ta’ diżgwid fl-istorja ta’ Malta bejn is-snin 1878 u 1940, u ċċentrat madwar l-argument ta’ liema lingwa kellha tkun dik prinċipali fil-gżejjer Maltin bejn it-Taljan u l-Ingliż. Dan id-diżgwid wassal għal numru ta’ ġrajjiet u effetti storiċi li għenu sabiex jiġu ffurmati l-ewwel partiti politiċi f’Malta: il-Partit Riformista ta’ Sigismondo Savona, u l-Partito Anti Riformista ta’ Enrico Mizzi. Il-Partito Anti Riformista biddel ismu fl-1884 ghall-Partito Nazionale, illum Partit Nazzjonalista.