Alfabett Malti

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

L-alfabett Malti huwa l-alfabett li jintuża sabiex jinkiteb il-Malti. Dan huwa l-uniku alfabett li jikteb lingwa Semitika b'alfabett modern Latin. Għal din ir-raġuni, minbarra l-ittri tal-alfabett Latin, dan jinkludi wkoll ittri dijakritiċi li jarrikkixxuh b'tali mod li jesprimi b'mod l-aktar preċiż fonemi, ħsejjes u intonazzjonijiet Semitiċi.

Kellhom jgħaddu żewġ sekli u iktar minn tnax-il verżjoni biex l-alfabett attwali jiġi stabbilit uffiċjalment fl-1 ta' Jannar 1934. Il-ħolqien ta' dan l-alfabett kien neċessarju sabiex jippermetti lill-Malti biex ma jibqax iktar bħala lingwa mitkellma biss. Dan kollu sar grazzi għal ġabra ta' studjużi Maltin li kienu jiffurmaw l-Akkademja tal-Malti. L-Akkademja kellha taffaċċja diversi diffikultajiet sabiex tadatta l-alfabett Latin f'lingwa Semitika; ix-xena politika, li rat kunflitt bejn sostenituri tal-irredentiżmu Taljan u l-okkupanti Ingliżi, ir-reliġjon u t-tradizzjonijiet kienu ostakli.

L-alfabett jikkonsisti minn 30 ittra:

A a, B b, Ċ ċ, D d, E e, F f, Ġ ġ, G g, GĦ għ, H h, Ħ ħ, I i, IE ie, J j, K k, L l, M m, N n, O o, P p, Q q, R r, S s, T t, U u, V v, W w, X x, Ż ż, Z z.

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Malti kien għal ħafna żmien lingwa mitkellma biss; il-popolazzjoni kienet tikkomunika bil-Malti imma kienu jintużaw l-ittri Sqallin sabiex jinkiteb. Fil-fatt, fis-Sikulu-Għarbi bil-Malti, il-kliem u l-kitba fl-arċipelagu Malti segwew evoluzzjoni parallela għal dik fi Sqallija, b'din tal-aħħar mis-Sikulu-Għarbi għall-Isqalli.

Huwa stmat li l-oriġini tal-Malti jmur lura għas-seklu 11,[1] però huwa biss fis-seklu 15 li dehru l-ewwel traċċi ta' kitba bil-Malti grazzi għal atti notarili. Dawn l-atti huma miktubin bl-Isqalli, imma l-ismijiet tal-persuni u l-postijiet huma miktubin bil-Malti flimkien ma' traskrizzjoni fonoloġika u fonetika. L-alfabett użat ma kienx adattat, it-traskrizzjoni kienet b'mod każwali u, għal fonema bil-Malti kienu jikkorrispondu grafemi bl-Isqalli ħafna drabi differenti (it-traskrizzjoni tal-"k" jew "ch" u "i" jew "j" tiegħu kienet tagħti grafija Maltija, "knisja" jew waħda pjuttost Sqallija, "chnisia").[2]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ M. Vanhove (1994) pġ. 167.
  2. ^ T. Cardona (1997) pġ. 85.

Biblijografija[immodifika | immodifika s-sors]

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]