Grammatika Maltija
| Dan l-artiklu dwar il-lingwistika huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Din għandha tkun paġna ta' referenza għall-grammatika Maltija. Biex titħaddet fuq il-grammatika Maltija mur fuq il-paġna tad-diskussjoni.
L-Ortografija
[immodifika | immodifika s-sors]L-Alfabett
[immodifika | immodifika s-sors]L-alfabett Malti fih 30 ittra, li 6 huma vokali u 24 konsonanti. Dawn huma:
| A | B | Ċ | D | E | F | Ġ | G | Għ | H | Ħ | I | IE | J | K | L | M | N | O | P | Q | R | S | T | U | V | W | X | Ż | Z |
| a | b | ċ | d | e | f | ġ | g | għ | h | ħ | i | ie | j | k | l | m | n | o | p | q | r | s | t | u | v | w | x | ż | z |
L-istorja tal-alfabett hi kkaratterizzata mhux biss minn varjetà ta' simboli għal kull ittra, imma wkoll minn varjazzjoni fl-ordni tal-ittri. Waħda mill-bidliet fis-sekwenza hija tal-ittra Għ li, minflok bejn il-G u l-H, tiġi bejn in-N u l-O.
ara Lingwa Maltija.
Il-vokali
[immodifika | immodifika s-sors]A/a, E/e, I/i, O/o, U/u, IE/ie
Il-vokali tal-leħen
[immodifika | immodifika s-sors]Il-vokali tal-leħen tidħol f’kelma biex inkunu nistgħu nlissnuha tajjeb. Din tidħol quddiem :
- konsonanti likwida (l, m, n, r, għ), eżempji:
ilbiesi, nilagħbu, nisirqu.
- quddiem konsonanti mtennija
ridt iddur, riedet iddawwar, irrid immur
- plurali ta’ sillaba waħda meta nużawhom ma’ Kliem il-Għadd (in-numri) minn 2 sa 10,
eżempji : żewġt itfal tlitt ibniet erbat iħbieb ħamest idjar sebat ibliet tmint ifran disat iklieb għaxart iħmir
- ‘s’ jew ‘x’ meta jinzertaw ħdejn konsonanti oħra u jkollhom l-artiklu, eżempji:
l-iskola, l-ixkupi, l-istejjer.
Il-vokali fil-bidu
[immodifika | immodifika s-sors]Il-vokali fin-nofs
[immodifika | immodifika s-sors]Il-konsonanti
[immodifika | immodifika s-sors]Il-konsonanti huma 24:
b, ċ, d, f, ġ, g, għ, ħ, h, j, k, l, m, n, p, q, r, s, t, v, w, x, ż, z
Fil-Malti l-konsonanti huma importanti għax jifformaw l-għerq tal-kelma.
Eż. raġel għandha għerq r - ġ - l.
Il-konsonanti jistgħu jkunu:
- Sħaħ jew li ma jistgħux jitbiddlu. Dawn huma:
l-konsonanti kollha barra 'j' u 'w'
- Dgħajfin jew li jistgħu jitbiddlu.
Dawn huma 'j' u 'w'
- Xemxin jew dawk li jassimilaw l-artiklu. Dawn huma 9:
ċ, d, n, r, s, t, x, ż, z
- Qamrin jew dawk li ma jassimilawx l-artiklu. Dawn huma 15:
b, f, ġ, g, għ, ħ, h, j, k, l, m, p, q, v, w
- Rotob jew dawk li jitlissnu bil-ħlewwa. Dawn huma 8:
ċ, f, h, k, p, s, t, x
- Qawwija jew dawk li jitlissnu bil-qawwa. Dawn huma 8:
b, d, ġ, g, għ, v, ż
- Likwidi jew dawk li xi drabi jieħdu l-vokali ewfonika. Dawn huma 5:
l, m, n, r, għ.
Assimilazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]L-Assimilazzjoni isseħħ meta konsononati jinstemgħu mod differenti milli kif jinkitbu. L-assimilazzjoni tal konsonanti tinqasam fi tnejn : Sħiha ; meta l-assimilazzjoni tkun tidher, ezempju : ix-xemx mhux il-xemx għax 'x' hija konsonanta xemxija Parzjali ; Meta il-bidla tkun tinstema' biss u ma tinkitibx Din tinqasam fi tnejn : Rigressiva ; meta l-ittra ta' wara tinfluwenza lil dik ta' quddiema u għalhekk tinstema' mod ieħor eż : dħul tinstema tħul Progressiva ; meta l-ittra ta' quddiem tinfluwenza lil dik ta warajha u tbiddel il-ħoss ez : ġkieket tinstema' ġgieget
Il-punteġġatura
[immodifika | immodifika s-sors]? - Punt interrogattiv
! - Punt Esklemattiv
. - Punt
, - Virgola
: - Żewġ punti
; - Punt u Virgola
() - Parenteżi
- - Sing
"" - Virgoletti
Morfoloġija
[immodifika | immodifika s-sors]Tipoloġija tal-verb
[immodifika | immodifika s-sors]Il-modi tal-verb
[immodifika | immodifika s-sors]It-tempijiet tal-verb
[immodifika | immodifika s-sors]semplici
[immodifika | immodifika s-sors]komposti
[immodifika | immodifika s-sors]Il-forom
[immodifika | immodifika s-sors]- 1. Kiser, Rikeb, Feraħ, Ħarab, Xorob.
- 2. Kisser, Xemmex, Kerrah (NB h mhux ħ)
- 3. Bieraħ, Qarar, Bierek, Fiehem, Qiegħed
- 4. M'hemmx iktar
- 5. Tkisser, ixxemmex
- 6. Tbierek, tqârar, tqiegħed
- 7. Nkiser, ntrabat, nxtamm
- 8. Ltaqa'
- 9. Sfar, Sbieħ, Twal, Qsar, Qriegħ, Ħdar, Ċkien
- 10. staħba, stħarreġ, stkerrah (NB h mhux ħ)
Kif tiftakarhom?
- 1. kollha verbi ewlenien
- 2. it-tieni konsonanti tal verb ewlieni mtennija (mtwala) [tieni - zewġ ittri]
- 3. l-ewwel vokali tal-verb ewlieni mtawla f’ ie jew a [tielet - bierah]
- 4. M'hemmx iktar
- 5. Inzidu ‘t’ fil-bidu tat-tieni forma.
Jekk il-verb jibda b’dawn il-konsonanti : ċ, d, ġ, s, x, z, ż bit tikka, it-t tinbidel u ssir bħalhom - 6. Inzidu ‘t’ fil-bidu tat-tielet forma.
Jekk il-verb jibda bil-konsonanti 'ċ, d, ġ, s, x, z, ż, [sitt - t] it-t tinbidel u ssir bħalhom - 7. Inzidu ‘n’ jew ‘nt’ ma’ l-ewlieni.
Il-konsonanti ‘n’ u ‘t’ jinfirdu meta l-ewwel konsonanti tkun ‘s’ jew [seven - n] - 8. Inzidu ‘t’ wara l-ewwel konsonanti tal-għerq.
Tgħallem għazel bejn ftiehem tas-sitt forma u ftehem tat-tmien forma. - 9. Titnissel minn aġġettivi biss u jkollha sillaba waħda b’vokali twila.
- 10. Inzidu ‘st’ ma’ l-ewlieni jew it-tieni forma. Xi wħud huma mnissla minn nomi.
Il-konjugazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Il-verbi irregolari
[immodifika | immodifika s-sors]Il-verbi irregolari huma dawk li ma jimxux għal kollox mal-konjugazzjoni tal-verbi l-oħra sħabhom. Dawn huma: ġie, kiel, ra, ħa, idda, emmen, mar, iżża, ta, qal, jaf, kellu, waqaf, jisem. [1]
(1) ta
Imperfett: nagħti, tagħti, jagħti, tagħti, nagħtu, tagħtu, jagħtu.
Perfett: tajt, tajt, ta, tat, tajna, tajtu, taw.
Imperattiv: agħti, agħtu.
Partiċipju Passat: mogħti, mogħtija, mogħtijin.
Is-7 forma:
Imperfett: ningħata, tingħata, jingħata, tingħata, ningħataw, tingħataw, jingħataw
Perfett: ingħatajt, ingħatajt, ingħata, ingħatat, ingħatajna, ingħatajtu, ingħataw.
(2) ħa
Imperfett: nieħu, tieħu, jieħu, tieħu, nieħdu, tieħdu, jieħdu.
Perfett: ħadt, ħadt, ħa, ħadet, ħadna, ħadtu, ħadu.
Imperattiv: ħu, ħudu.
Partiċipju Passat: meħud, meħuda, meħudin
(3) ra
Imperfett: nara, tara, jara, tara, jaraw, taraw, jaraw.
Perfett: rajt, rajt, ra, rat, rajna, rajtu, raw.
Imperattiv: ara, araw.
Partiċipju Passat: (perifrastiku) milmuħ, milmuħa, milmuħin p.p. ta' lemaħ
(4) qal
Imperfett: ngħid, tgħid, jgħid, tgħid, ngħidu, tgħidu, jgħidu.
Perfett: għedt, għedt, qal, qalet, għedna, għedtu, qalu.
Imperattiv: għid, għidu.
Partiċipju Passat: ????
(5) ġie
Imperfett: niġi, tiġi, jiġi, tiġi, jiġu, tiġu, jiġu.
Perfett: ġejt, ġejt, ġie, ġiet. ġejna, ġejtu, ġew.
Imperattiv: ejja, ejjew.
Partiċipju Passat:
Partiċipju Attiv: ġej, ġejja, ġejjin
(6) mar
Imperfett: immur, tmur, jmur, tmur, immorru, tmorru, immoru.
Perfett: mort, mort, mar, marret, morna, mortu, marru.
Imperattiv: mur, morru.
Partiċipju Passat:
(7) idda
Imperfett: niddi, tiddi, jiddi, tiddi, niddu, tiddu, jiddu.
Perfett: iddejt, iddejt, idda, iddiet, iddejna, iddejtu, iddew.
Imperattiv: iddi, iddu.
Partiċipju Passat:
(8) iżża
Imperfett: niżżi, tiżżi, jiżżi, tiżżi, niżżu, tiżżu, jiżżu.
Perfett: iżżejt, iżżejt, iżża, iżżiet, iżżejn, iżżejtu, iżżew.
Imperattiv: iżżi, iżżu.
Partiċipju Passat: miżżi, miżżija, miżżijin ????
(9) emmen
Imperfett: nemmen, temmen, jemmen, temmen, nemmnu, temmnu, jemmnu.
Perfett: emmint, emmint, emmen, emmnet, emminna, emmintu, emmnu.
Imperattiv: emmen, emmnu.
Partiċipju Passat: emmnut, emmnuta, emmnuti
(10) kellu
Imperfett: ikolli, ikollok, ikollu, ikollha, ikollna, ikollkom, ikollhom.
Perfett: kelli, kellek, kellu, kellha, kellna, kellkom, kellhom.
Imperattiv:
Partiċipju Passat:
(11) waqaf
Imperfett: nieqaf, tieqaf, jieqaf, tieqaf, nieqfu, tieqfu, jieqfu.
Perfett: waqaft, waqaft, waqaf, waqfet, waqafna, waqaftu, waqfu.
Imperattiv: ieqaf, ieqfu.
Partiċipju Passat: imwaqqaf, imwaqqfa, imwaqqfin.
(12) jisem
(13) kiel
Imperfett: niekol, tiekol, jiekol, tiekol, jieklu, tieklu, jieklu.
Perfett: kilt, kilt, kiel, kielet. kilna, kiltu, kiltu.
Imperattiv: kul, kulu.
Partiċipju Passat: mikul, mikula, mikulin
In-Nom
[immodifika | immodifika s-sors]In-Nom jinqasam f'żewġ kategoriji maġġuri: dawk komuni u dawk propji. Nom komuni huwa l-isem ordinarju ta' xi ħadd jew xi ħaġa. Eżempju: sptar, karozza, raġel, tifla, belt. Nom propju huwa l-isem eżatt ta' xi ħaġa jew xi ħadd. Eżempju: Malta, Ferrari, Ċensa.
In-Nom imbagħad jinqasam f'kategoriji oħra:
- In-Nomi Mimmati - Dawn huma n-nomi kollha li jibdew bl-ittra 'm' u jiġu mill-Verb jew minn xi Nom ieħor. Dawn juru post, għodda, jew kwalita'.
- In-Nom Diminuttiv - Dawn huma nomi li juru ċokon, sempliċita' u delikatezza.
- In-Nom Akrexxitiv - Dawn huma nomi u juru kobor/eżaġerazzjoni.
- In-Nom Astratt - Dawn jirreferu għal dawk il-kwalitajiet / virtujiet li ma tistax taqbadhom b'idejk iżda tarahom f'persuni u f'oġġetti. Dawn jitnisslu jew minn aġġettivi jew inkella min-nomi oħra.
- In-Nom tal-Aġent - Dan huwa nom li juri persuna skont l-irwol tagħha jew ix-xogħol li tagħmel.
- In-Nom tal-Pazjent - Dan huwa nom li juri lil dak li qed jirċievi azzjoni.
- In-Nom Verbali - Dawn huma nomi li jitnissel minn Verb.
In-Nom jista' jkun ukoll Ewlieni jew Imnissel. Meta nom jkun Ewlieni, dak huwa nom li mhux ġej minn erbda kelma oħra. Meta nom jkun imnissel, dak huwa nom li jkun ġej jew minn Verb, minn Nom ieħor jew minn Aġġettiv.
Il-pronom
[immodifika | immodifika s-sors]Pronomi Pronomi Magħżulin huma dawn - Jiena, inti, hija, huwa, ahna, intom, huma. pronomi Mehmużin
L-aġġettiv
[immodifika | immodifika s-sors]Noti
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑ ġie, kiel, ra, ħa, idda u emmen tilfu l-alif.
Biblijografija
[immodifika | immodifika s-sors]- Borg, Albert u Marie Azzopardi-Alexander (1997) Maltese, Descriptive Grammars
- Cachia, Lawrenz (1994) Grammatika ġdida tal-Malti: Veritas Press.
- Cassola, Albert (1979) Maltese in easy stages: grammar for beginners; with exercises and their keys, a glossary and vocabulary Valetta: Progress Press.
- Cini, Lewis (1964) Gramatiċi Maltin, University of Malta B.A. thesis.
- Cremona, Ninu u Ġanni Vassalo (1924) Tagħrif fuq il-Kitba Maltija
- Cremona, Ninu (1929) A Manual of Maltese Orthography and Grammar, Valletta: Empire Press
- F. Sutcliffe, Edmund (1936) A grammar of the Maltese language with chrestomathy and vocabulary, London: Oxford University Press.
- Grech, Henry (1960/1967) Grammatika tal-Malti, Malta: De La Salle Brothers Publications
- Panzavecchia, Fortunato (1845) Grammatica della lingua Maltese. Spiegata secondo i principj delle lingale orientali e della lingua italiana, Malta: Weiss.
- Vassalli, Mikiel Anton (1791) Mylsen Phoenico-Punicum, sive, Grammatica Melitensis, Selbstverl.
- Vassalli, Mikiel Anton (1827) Grammatica della lingua Maltese
- Vella, Francis (1831) Maltese grammar for the use of the English, Leghorn: stampat minn Glaucus Masi.