Aqbeż għall-kontentut

Tim nazzjonali tal-futbol ta' Malta

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Malta
Malta
Psewdonimu Knights of St John, Il-Ħomor
Assoċjazzjoni Malta Football Association
Konfederazzjoni UEFA (Ewropa)
Kowċ Devis Mangia
Rekord ta' preżenzi Michael Mifsud (143)
Rekord ta' gowls Michael Mifsud (42)
Stadju prinċipali Grawnd Nazzjonali Ta' Qali
Kodiċi tal-FIFA MLT
L-ewwel kulur
It-tieni kulur
Klassifika tal-FIFA
Pożizzjoni attwali 169 (Awwissu 2022)
L-ogħla 66 (Settembru 1994, Settembru 1995)
L-inqas 191 (Lulju 2017, Settembru 2017)
L-ewwel logħba
Malta Malta 2 – 3 Awstrija 
(Gżira, Malta; 24 ta' Frar 1957)
L-ikbar rebħa
Malta Malta 7 – 1 Liechtenstein 
(Ta' Qali, Malta; 26 ta' Marzu 2008)
L-ikbar telfa
 Spanja 12 – 1 Malta Malta
(Sivilja, Spanja; 21 ta' Diċembru 1983)

It-tim nazzjonali tal-futbol ta' Malta hu t-tim nazzjonali tad-dixxiplina sportiva tal-futbol ta' Malta u hu kkontrollat mill-Malta Football Association. Iffurmat fil-bidu tas-seklu għoxrin, it-tim naqas li javvanza għal xi fażi finali ta' kompetizzjoni internazzjonali. Sa Settembru 2011, in-nazzjonal Malti rnexxielu jikseb biss erba' rebħiet kompetittivi. Minkejja prestazzjonijiet qalbiena kontra timijiet iktar kwotati, speċjalment matul is-snin sebgħin u tmenin, ir-rendiment tat-tim fis-snin riċenti naqas drastikament, b'Malta titlef diversi postijiet fil-klassifika dinjija tal-FIFA.

Is-snin tal-bidu

[immodifika | immodifika s-sors]

L-infiltrazzjoni tal-logħba tal-futbol ġewwa l-Gżejjer Maltin taf il-bidu tagħha matul iż-żmien meta Malta kienet kolonja Brittanika. Jidher li l-ewwel partita ntlagħbet fl-4 ta' Marzu 1882 bejn is-suldati tal-gwarniġjon u l-inġiniera rjali. Aktar ma bdew jintlagħbu logħbiet, flimkien mal-fundazzjoni ta' klabbs ġodda bħall-Floriana u St. George's, dan kollu għen biex il-futbol ikompli jikseb ċerta popolarità. Wara li l-federazzjoni Maltija tal-futbol ġiet stabbilita biex tkun tista' tikkontrolla l-attivitajiet sporitvi li jikkonċernaw il-futbol, din il-federazzjoni tat il-ħajja lit-tazza nazzjonali. Iż-żmien ta' qabel it-Tieni Gwerra Dinjija, jibqa' mfakkar għan-numru ta' klabbs prominenti li żaru l-gżejjer matul iż-żmien tal-Milied għat-turnej li ġew ospitati f'Malta.[1]

Is-snin ħamsin raw id-debutt tat-tim nazzjonali Malti fix-xena internazzjonali, meta Malta lagħbet l-ewwel partita internazzjonali kontra l-Awstrija, nhar il-Ħadd 24 ta' Frar 1957. Il-federazzjoni Maltija ħatret lil Joe Griffiths bħala l-kowċ nazzjonali għal dan l-ewwel konfront,[2] u għamlet stedina lir-referi internazzjonali Taljan Vincenzo Orlandini (li kien irrefja l-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-1954) sabiex jikkontrolla l-logħba.[3] Quddiem attendenza uffiċjali ta' 17,421 persuna[a] ġewwa l-Empire Stadium tal-Gżira, it-tim Malti mar 3–0 minn taħt bi tnax-il minuta mit-tmiem. Rimonta fl-aħħar minuti wassal biex Malta tnaqqas id-distakk għal gowl wieħed biss, b'żewġ gowls fi tliet minuti ta' Tony Cauchi u Sammy Nicholl. Finalment, l-Awstrijaċi irreżistew l-aħħar assalti biex ħarġu rebbieħa 3–2.

24 ta' Frar 1957
Malta  2 – 3  Awstrija Empire Stadium, Gżira
Attendenza: 17,421[4][5]
Referi: Italja Vincenzo Orlandini
Cauchi Gowl 86'
Nicholl Gowl 89'
Gowl 16' (awt.) Bonnici
Gowl 72' Wagner
Gowl 78' Haummer
 
Victor Scerri
Ġużi Bonnici
Lolly Borg
Ninu Calleja Sostituzzjoni (barra) 75'
Salvinu Schembri
Tony Cauchi
Joe Cilia
Joe Cini
Lolly Debattista
Pullu Demanuele
Sammy Nicholl
Għad-dispożizzjoni:
George Jones Sostituzzjoni (ġewwa) 75'
Formazzjonijiet
Bruno Engelmeier
Ignaz Pusnik
Leopold Barschand
Ernest Kozlicek
Karl Stotz
Karl Koller
Paul Halla
Sostituzzjoni (barra) 60' Erich Hof
Theodor Wagner
Paul Kozlicek
Walter Haummer
Għad-dispożizzjoni:
Sostituzzjoni (ġewwa) 60' Hans Buzek
 

Wara serje ta' partiti ta' ħbiberija li fost oħrajn kienu jinkludu l-pari prestiġjużi ta' 0–0 u 1–1 mat-tim nazzjonali Tuneżin u dak Norveġiż rispettivament, flimkien mar-rebħa ta' 1–0 kontra l-istess Tuneżija, il-federazzjoni Maltija ssieħbet mal-assoċjazzjoni internazzjonali tal-FIFA (1959) u mal-UEFA (1960). Dawn is-sħubiji taw stampa ġdida lill-futbol Malti.

Kampjonati Ewropej 1964

[immodifika | immodifika s-sors]

Malta applikat biex tieħu sehem fil-Kampjonati Ewropej u d-debutt f'kompetizzjoni internazzjonali wasal il-Ħamis 28 ta' Ġunju 1962 meta lagħbet kontra d-Danimarka. Bis-sistema wżata dakinhar kienet dik ta' żewġ partiti (barra u ġewwa darek) bir-rebbieħ jgħaddi għar-rawnd suċċessiv, Malta sofriet f'Kopenħagen, telfa ta' 6–1, waqt li ġewwa l-Gżira, Malta tilfet bl-iskor minimu ta' 3–1. Id-Danimarka għaddiet għar-rawnd tal-aħħar sittax bi skor aggregat ta' 9–2.

Kampjonati Ewropej 1972

[immodifika | immodifika s-sors]

It-tim nazzjonali Malti kellu jistenna tmien snin oħra biex jidher għal darb'oħra fix-xena internazzjonali. Dan wasal dejjem fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 1972. Din kienet l-ewwel darba li Malta ħadet sehem f'fażi tal-gruppi, li kienet ġiet adottata mill-UEFA għall-ewwel darba fil-kwalifiki għall-edizzjoni tal-1968. Malta spiċċat fi grupp tqil li kien jinvolvi lill-qawwa tal-Ingilterra, li kienet għadha kemm ġejja minn eliminazzjoni fil-kwarti tal-finali fit-Tazza tad-Dinja 1970, il-Greċja, li bħal Malta kienet qatt ma dehret f'ebda fażi finali, u l-Iżvizzera, li minkejja li fil-kwalifiki tat-Tazza tad-Dinja kienet dejjem tkun fost dawk kwalifikati, f'dik Ewropea dejjem ħassitha diffiċli. L-ewwel sett ta' tliet partiti taw riżultati prestiġjużi, fejn minkejja li kisbet biss punt wieħed, laqtet biss erba' gowls u skorjat tnejn. Però l-folja nbidlet mal-bidu tat-tieni rawnd, hekk kif Malta sofriet tliet telfiet u laqtet tnax-il gowl mingħajr ma tagħti ebda risposta. Malta spiċċat l-aħħar b'punt wieħed biss miksub fl-ewwel partita kontra l-Griegi.

Poż. Tim Pti L R P T GF GK
1  Ingilterra 11 6 5 1 0 15 3
2  Żvizzera 9 6 4 1 1 12 5
3  Greċja 3 6 1 1 4 3 8
4  Malta 1 6 0 1 5 2 16

Tazza tad-Dinja 1974

[immodifika | immodifika s-sors]

Din kienet l-ewwel parteċipazzjoni ta' Malta f'fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja, bil-fażi finali kienet se tiġi ospitata fil-Ġermanja. Malta ittellgħet fi Grupp A flimkien mal-Awstrija, l-Iżvezja u l-Ungerija. Din il-kampanja ma tantx kienet ta' suċċess hekk kif Malta ma ġabet ebda punt u skurjat gowl wieħed fl-aħħar logħba.

Poż. Tim Pti L R P T GF GK DG
1=  Awstrija 8 6 3 2 1 14 7 7
1=  Żvezja[b] 8 6 3 2 1 15 8 7
3  Ungerija 8 6 2 4 0 12 7 5
4  Malta 0 6 0 0 6 1 20 −19

Kampjonati Ewropej 1976

[immodifika | immodifika s-sors]

It-tielet parteċipazzjoni ta' Malta fil-fażi preliminarja tal-Kampjonati Ewropej waslet għall-edizzjoni tal-1976. Il-Grupp 8 ta' Malta kien jinvolvi lill-Ġermanja tal-Punent, li kienet għadha kemm ġejja mit-trijonf fit-Tazza tad-Dinja tal-1974 u aktar qabel ir-rebħ tal-Kampjonati Ewropej tal-1972, u kif ukoll għat-tieni darba konsekuttiva f'din il-kompetizzjoni mal-Greċja u l-Bulgarija. Din il-fażi tibqa' memorabbli għal Malta fejn minbarra prestazzjonijiet tajbin ġewwa darhom, huma rnexxielhom jiksbu l-ewwel rebħa kompettiva fl-istorja, u din waslet nhar it-23 ta' Frar 1975 kontra l-Griegi. Kienet f'din il-fażi wkoll li Malta sofriet telfa umiljanti kontra l-Ġermanja tal-Punent, li sa dakinhar kienet l-ikbar telfa sofferta.

Poż. Tim Pti L R P T GF GK
1  Ġermanja tal-Punent 9 6 3 3 0 14 4
2  Greċja 7 6 2 3 1 12 9
3  Bulgarija 6 6 2 2 2 12 7
4  Malta 2 6 1 0 5 2 20

Tazza tad-Dinja 1978

[immodifika | immodifika s-sors]

Minkejja serje ta' telfiet f'dawn il-fażijiet preliminarji, Malta ġewwa darha wriet li kienet taf iżżomm l-avversarju tagħha. Għal darb'oħra fil-grupp ta' kwalifika għat-Tazza tad-Dinja 1978 Malta spiċċat fil-grupp flimkien mal-Awstrija, u anki mal-Ġermanja tal-Lvant u t-Turkija. It-tim nazzjonali Malti ma rnexxielux itejjeb ir-rekord deludenti li kellu f'din il-kompetizzjoni, fejn baqa' jsofri u ma jirrispondix lura – jispikkaw l-iktar iż-żewġ telfiet indentiċi ta' 9–0 sofferti kontra l-Ġermanja tal-Lvant u l-Awstrija.

Poż. Tim Pti L R P T GF GK DG
1  Awstrija 10 6 4 2 0 14 2 12
2  Ġermanja tal-Lvant 9 6 3 3 0 15 4 11
3  Turkija 5 6 2 1 3 9 5 4
4  Malta 0 6 0 0 6 0 27 −27

Kampjonati Ewropej 1980

[immodifika | immodifika s-sors]

Malta spiċċat fi Grupp 7 tal-fażi ta' kwalifika fejn għat-tieni darba konsekuttiva kellhom jaffaċċjaw lill-Ġermanja tal-Punent u lit-Turkija, u għall-ewwel darba ma' Wales. Ġewwa darhom, il-Maltin irnexxielhom iżommu riżultati rispettabbli però sofrew bil-kbir barra minn darhom. Fost dawn kien hemm it-telfiet deludenti ta' 7–0 fl-ewwel partita kontra Wales, u telfa oħra kbira kontra l-Ġermanja tal-Punent din id-darba 8–0, wara li fil-Gżira, Malta kienet irnexxielha tikseb pari prestiġjuż kontra dan tal-aħħar.

Poż. Tim Pti L R P T GF GK
1  Ġermanja tal-Punent 10 6 4 2 0 17 1
2  Turkija 7 6 3 1 2 5 5
3  Wales 6 6 3 0 3 11 8
4  Malta 2 6 0 1 5 2 21

Tazza tad-Dinja 1982

[immodifika | immodifika s-sors]

Fi grupp magħmul minn tliet timijiet, Malta reġgħet impressjonat ġewwa darha, imma sofriet barra minn darha. Fl-ewwel partita li ntlagħbet fil-Belt Valletta kontra l-Polonja, din kellha tiġi abbandunata wara problemi ta' ġlied fil-grawnd, u dan il-konfront ġie abbandunat bil-Polonja 2−0 fil-vantaġġ. Il-forma barra minn darhom dehret fiż-żewġ konfronti li kellha kontra l-Ġermanja tal-Lvant u l-Polonja, Malta sofriet ħdax-il gowl u skurjat biss gowl wieħed.

Poż. Tim Pti L R P T GF GK DG
1  Polonja 8 4 4 0 0 12 2 10
2  Ġermanja tal-Lvant 4 4 2 0 2 9 6 3
3  Malta 0 4 0 0 4 2 15 −13

Kampjonati Ewropej 1984

[immodifika | immodifika s-sors]

Għat-tieni darba infila Malta spiċċat fi Grupp 7 tal-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-1984 li kienu se jsiru fi Franza. Barra Malta, kien hemm Spanja, friska mill-ospitazzjoni tal-aħħar edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja 1982, l-Olanda, li minkejja li kienet naqset li tikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja li saret fi Spanja, kienet għadha bit-togħma tal-finali mitlufa tat-Tazza tad-Dinja 1978 u tat-tielet post fil-Kampjonati Ewropej 1976. L-Irlanda u l-Iżlanda, iż-żewġ timijiet l-oħra li kienu jkomplu l-grupp, kienu għadhom ma waslux sal-fażi finali ta' ebda kompetizzjoni internazzjonali.

Malta bdiet din il-kampanja bl-aqwa tal-modi, b'rebħa ta' 2–1 fuq l-Iżlanda, partita li ntlagħbet ġewwa Messina, b'din ir-rebħa tkun it-tieni waħda kompetittiva fl-istorja. Fil-partita ta' wara, sitt xhur wara din ir-rebħa storika, Malta ngħatat lezzjoni mit-tim Olandiż li ġewwa Aachen (fil-Ġermanja), ħareġ rebbieħ 6–0. Il-prestazzjonijiet tat-tim nazzjonali Malti ġewwa daru bdew kull ma jmorru jitjiebu, u kellu jkun gowl fid-89 minuta ta' Francis Stapleton li xellef il-konfront f'favur l-Irlandiżi, ġewwa Ta' Qali. Wirja oħra ta' kuraġġ intweriet ġewwa Ta' Qali, fejn il-viżitaturi Spanja ħarġu trijunfanti b'rebħa ta' 3–2, fejn sas-60 minuta Malta kienet qed tiggwida l-partita 2–1 b'doppjetta tal-leġġendarju Carmel Busuttil. Però, wara l-pari, gowl fl-84 minuta ta' Rafael Gordillo ta t-tliet punti u r-raba' rebħa minn erba' partiti lit-tim Spanjol. Il-partita ta' ritorn kontra l-Iżlanda, rat lill-Iżlandiżi jieħdu t-tielet punt[d] f'din il-fażi b'rebħa ta' 1–0. L-aħħar tliet partiti raw waqgħa fil-forma tat-tim Malti, fejn barra minn daru safa' ddominat u umiljat. Wara t-telfa ta' 8–0 kontra l-Irlandiżi ġewwa Dublin, ġewwa Rotterdam Malta sofriet telfa oħra ta' 5–0 kontra l-Olanda. Però, nhar il-21 ta' Diċembru 1983, it-tim nazzjonali Malti kellu jsofri l-ikbar telfa ta' kull żmien. Spanja kellha bżonn li tirbaħ bi ħdax-il gowl biex jegħlbu d-differenza tal-gowls u l-medja tal-gowls tal-Olanda biex jassiguraw kwalifikazzjoni. Ġewwa Sivilja, wara l-ftuħ tal-iskor minn Santillana u l-gowl tal-pari tal-Maltin minn Michael Degiorgio, Spanja rat il-ħolma li jilħqu t-Tazza tad-Dinja issir aktar reali, b'Santillana u Hipólito Rincón jiskorjaw erba' gowls kull wieħed, bil-partita tintemm f'telfa ta' 12–1.

Poż. Tim Pti L R P T GF GK
1  Spanja 13 8 6 1 1 24 8
2  Netherlands 13 8 6 1 1 22 6
3  Irlanda 9 8 4 1 3 20 10
4  Iżlanda 3 8 1 1 6 3 13
5  Malta 2 8 1 0 7 5 37


Il-logħob interni tat-tim nazzjonali Malti jintlagħbu ġewwa l-Grawnd Nazzjonali ta' Ta' Qali. Preċedentament kien jiġi wżat l-Empire Stadium, impjant ġewwa l-Gżira li kien jesa' madwar 30,000 spettatur. Fih ospita numru ta' logħbiet importanti fosthom l-ewwel logħba uffiċjali tan-nazzjonal kontra l-Awstrija tal-24 ta' Frar 1957. L-art ramlija ta' dan il-grawnd hija sinonimu mal-era inizzjali tat-tim nazzjonali. Aktar tard, bil-bini tal-Grawnd Nazzjonali, l-Empire Stadium ospita l-aħħar logħba fih fl-1981.

Skwadra attwali

[immodifika | immodifika s-sors]

It-22 plejers li ġejjin kienu msemmija għall-logħba ta' kwalifika tat-Tazza tad-Dinja kontra d-Danimarka fis-6 ta' Settembru 2013.[6] Preżenzi u gowls huma korretti sal-14 ta' Awwissu 2013.

Nru. Poż. Plejer Data tat-twelid (età) Preżenzi Gowls Klabb
1G Henry Bonello 13 ta' Ottubru 1988 (1988-10-13) (36 sena) 1 0 Malta Sliema Wanderers
1G Justin Haber 9 ta' Ġunju 1981 (1981-06-09) (43 sena) 47 0 Malta Birkirkara
1G Andrew Hogg 2 ta' Marzu 1988 (1988-03-02) (36 sena) 31 0 Ċipru Kalloni

2D Andrei Agius 12 ta' Awwissu 1986 (1986-08-12) (38 sena) 35 1 Italja Sassari Torres
2D Jacob Borg 2 ta' Mejju 1991 (1991-05-02) (33 sena) 1 0 Malta Sliema Wanderers
2D Ryan Camilleri 22 ta' Mejju 1988 (1988-05-22) (36 sena) 7 0 Malta Hibernians
2D Jonathan Caruana 24 ta' Lulju 1986 (1986-07-24) (38 sena) 27 1 Malta Valletta
2D Clayton Failla 8 ta' Jannar 1986 (1986-01-08) (38 sena) 27 0 Malta Hibernians
2D Clifford Gatt Baldacchino 9 ta' Frar 1988 (1988-02-09) (36 sena) 1 0 Malta Sliema Wanderers
2D Justin Grioli 20 ta' Settembru 1987 (1987-09-20) (37 sena) 0 0 Malta Tarxien

3M Roderick Briffa 24 ta' Awwissu 1981 (1981-08-24) (43 sena) 72 1 Malta Valletta
3M Paul Fenech 20 ta' Diċembru 1986 (1986-12-20) (37 sena) 17 0 Malta Birkirkara
3M Ryan Fenech 20 ta' April 1986 (1986-04-20) (38 sena) 31 0 Malta Valletta
3M Edward Herrera 14 ta' Novembru 1986 (1986-11-14) (38 sena) 12 0 Malta Birkirkara
3M John Mintoff 23 ta' Awwissu 1988 (1988-08-23) (36 sena) 2 0 Malta Sliema Wanderers
3M Rowen Muscat 15 ta' Ġunju 1991 (1991-06-15) (33 sena) 4 0 Malta Birkirkara
3M Gareth Sciberras 29 ta' Marzu 1983 (1983-03-29) (41 sena) 37 0 Malta Birkirkara

4A Andrew Cohen 13 ta' Mejju 1981 (1981-05-13) (43 sena) 54 1 Malta Hibernians
4A André Schembri 27 ta' Mejju 1986 (1986-05-27) (38 sena) 51 3 Ċipru Omonia Nicosia
4A Michael Mifsud 17 ta' April 1981 (1981-04-17) (43 sena) 97 37 mingħajr klabb
4A Terence Vella 20 ta' April 1990 (1990-04-20) (34 sena) 4 0 Malta Birkirkara

Sejħiet riċenti

[immodifika | immodifika s-sors]

Dawn il-plejers ġew imsejħa fl-iskwadra Maltija fl-aħħar 12-il xahar.

Poż. Plejer Data tat-twelid (età) Preż. Gowls Klabb L-aħħar sejħa
G Mario Muscat 18 ta' Awwissu 1976 (1976-08-18) (48 sena) 64 0 Malta Hibernians v.  Ażerbajġan, 14 ta' Awwissu 2013
G Glenn Zammit 5 ta' Awwissu 1987 (1987-08-05) (37 sena) 0 0 Malta Sliema Wanderers v.  Ażerbajġan, 14 ta' Awwissu 2013

D Joseph Zerafa 31 ta' Mejju 1988 (1988-05-31) (36 sena) 2 0 Malta Birkirkara v.  Irlanda ta' Fuq, 6 ta' Frar 2013
D Alex Cini 28 ta' Ottubru 1991 (1991-10-28) (33 sena) 0 0 Malta Mosta v.  Liechtenstein, 14 ta' Novembru 2012
D Luke Dimech 11 ta' Jannar 1977 (1977-01-11) (47 sena) 76 1 Malta Valletta v.  Ażerbajġan, 14 ta' Awwissu 2013
D Alex Muscat 14 ta' Diċembru 1984 (1984-12-14) (39 sena) 19 0 Malta Sliema Wanderers v.  Ażerbajġan, 14 ta' Awwissu 2013
D Steve Borg 15 ta' Mejju 1988 (1988-05-15) (36 sena) 8 0 Malta Valletta v.  Repubblika Ċeka, 10 ta' Ottubru 2012

M Shaun Bajada 19 ta' Awwissu 1983 (1983-08-19) (41 sena) 33 0 Malta Sliema Wanderers v.  Irlanda ta' Fuq, 6 ta' Frar 2013
M Ayrton Azzopardi 12 ta' Settembru 1993 (1993-09-12) (31 sena) 1 0 Malta Hibernians v.  Repubblika Ċeka, 10 ta' Ottubru 2012
M Shaun Bajada 19 ta' Awwissu 1983 (1983-08-19) (41 sena) 33 0 Malta Sliema Wanderers v.  Ażerbajġan, 14 ta' Awwissu 2013
M Edmond Agius 23 ta' Frar 1987 (1987-02-23) (37 sena) 2 0 Malta Valletta v.  Italja, 11 ta' Settembru 2012

A Daniel Bogdanović 26 ta' Marzu 1980 (1980-03-26) (44 sena) 40 1 Malta Valletta v.  Bulgarija, 22 ta' Marzu 2012
A Julian Galea 2 ta' Settembru 1989 (1989-09-02) (35 sena) 0 0 Malta Melita v.  Liechtenstein, 14 ta' Novembru 2012
A Etienne Barbara 10 ta' Ġunju 1982 (1982-06-10) (42 sena) 31 3 Stati Uniti Minnesota Stars v.  Italja, 11 ta' Settembru 2012(2012-09-11)
A Jean Pierre Mifsud Triganza 20 ta' Novembru 1981 (1981-11-20) (43 sena) 1 0 Malta Valletta v.  Ażerbajġan, 14 ta' Awwissu 2013

Plejers miktubin b'tipa ħoxna juri li għandhom attivi.

L-aktar preżenzi

[immodifika | immodifika s-sors]

Plejers bl-istess numru ta' preżenzi huma klassifikati skont min għamel l-ewwel dehra.

# Isem Karriera Preżenzi Gowls
1 David Carabott 1987–2005 122 13
2 Gilbert Agius 1993–2010 119 8
3 Carmel Busuttil 1982–2001 113 23
4 Joseph Brincat 1988–2004 103 5
5 John Buttigieg 1984–2000 97 1
6 Brian Said 1996–2009 91 5
Michael Mifsud 2000– 91 36
8 Silvio Vella 1988–2000 90 1
9 Michael Degiorgio 1981–1992 77 3
10 Hubert Suda 1988–2003 70 8
11 David Cluett 1987–1996 69 0
Jeffrey Chetcuti 1994–2005 69 0
13 Mario Muscat 1997–2009 68 0
Luke Dimech 1999– 68 1
15 Kristian Laferla 1986–1998 65 6
George Mallia 1997– 65 5

L-aqwa skorers

[immodifika | immodifika s-sors]
# Isem Karriera Gowls Preżenzi Medja/partita
1 Michael Mifsud 2000– 36 91 0.396
2 Carmel Busuttil 1982–2001 23 113 0.204
3 David Carabott 1987–2005 13 122 0.107
4 Gilbert Agius 1993–2010 8 119 0.067
Hubert Suda 1988–2003 8 70 0.114
6 Kristian Laferla 1986–1998 6 65 0.092
7 Joseph Brincat 1988–2004 5 103 0.049
George Mallia 1999– 5 65 0.077
Brian Said 1996–2009 5 91 0.055
Raymond Xuereb 1971–1985 5 44 0.14
Kowċ Perjodu Logħob Rebħiet Pari Telfiet % Rebħiet
Malta Joe A. Griffiths 1957–1961 6 2 2 2 33.3
Malta Carm Borg 1961–1964 9 0 2 7 0
Ungerija Janos Bedl 1966 2 2 0 0 100
Malta Tony Formosa[e] 1966 10 1 1 8 10
Malta Joe Attard 1969 1 0 0 1 0
Malta Saviour Cuschieri 1970 1 0 1 0 0
Malta Victor Scerri 1973 2 1 0 1 50
Italja Terenzio Polverini 1974–1976 9 1 2 6 11.1
Malta John Calleja 1976–1978 11 2 1 8 18.2
Malta Victor Scerri 1978–1983 26 3 3 20 11.5
Bulgarija Guentcho Dobrev 1984–1987 21 1 4 16 4.8
Ġermanja Horst Heese 1988–1991 36 3 8 25 8.3
Malta Pippo Psaila 1991–1993 17 5 4 8 29.4
Italja Pietro Ghedin 1993–1995 24 4 5 15 16.7
Malta Robert Gatt 1996 3 0 1 2 0
Repubblika Federali tal-Jugożlavja Milorad Kosanović 1996–1997 15 0 2 13 0
Repubblika Federali tal-Jugożlavja Josif Ilić 1997–2001 41 5 4 32 12.2
Ġermanja Sigfried Held 2001–2003 21 4 5 12 19
Ġermanja Horst Heese 2003–2005 15 1 2 12 6.7
Ġermanja Horst Heese 2005 4 0 3 1 0
Repubblika Ċeka Dušan Fitzel 2006–2009 26 3 3 20 11.5
Malta John Buttigieg 2009–2011 21 2 3 16 9.5
Malta Robert Gatt[f] 2012 1 1 0 0 100
Italja Pietro Ghedin 2012–2017 48 7 6 35 14.6
Belġju Tom Saintfiet 2017– 1 0 0 1 0
  1. ^ Iċ-ċifra uffiċjali hi dik ta' 17,421 ruħ, però ċertament ġiet segwita minn aktar nies li segwewha minn kull rokna possibbli tal-istadju.
  2. ^ Wara li kienu spiċċaw l-istess kemm fil-punti u anki fid-differenza tal-gowls, fil-partita ta' spareġġ kienu l-Iżvediżi li ħarġu rebbieħa 2–1 fuq l-Awstrijaċi.
  3. ^ Partita abbandunata b'dan ir-riżultat.
  4. ^ Sa dak iż-żmien kienet għadha ma ġietx adottata s-sistema ta' punti moderna (jiġifieri, 3 punti għal rebħa, punt għal pari, u xejn għal telfa), imma s-sistema kienet ta' 2 punti għal rebħa, punt għal pari u xejn għal telfa.
  5. ^ Partita minnhom kienet flimkien ma' Janos Bedl.
  6. ^ Robert Gatt ħa l-kariga bħala kowċ temporanju sakemm jintgħażel kowċ ġdid.[7]
  1. ^ "History of the Malta Football Association" (bl-Ingliż). Malta Football Association. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-09-27.
  2. ^ "Joe Griffiths... Malta's first national coach" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2007-02-06.
  3. ^ Baldacchino, Carmel (2007-02-06). "Malta's late rally thrills home crowd on debut" (bl-Ingliż). Times of Malta.
  4. ^ Malta - Austria* 2:3, eu-football.info
  5. ^ MALTA - ÖSTERREICH 2:3 (0:1), .austriasoccer.at
  6. ^ "Ghedin names Squad to face Denmark" (bl-Ingliż). Malta Football Association. 2013-09-04. Miġbur 2013-09-04.
  7. ^ "Robert Gatt names squad ahead of Liechtenstein friendly" (bl-Ingliż). MaltaFootball.com. 2012-01-06.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]