Aqbeż għall-kontentut

Logħob Olimpiku tas-sajf 2008

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Bejġing 2008)
Logħob Olimpiku tas-sajf 2008
Logo uffiċjali tal-Logħob Olimpiku tas-sajf 2008
Mottu One World, One Dream
(同一个世界 同一个梦想)
(MT) Dinja Waħda, Ħolma Waħda
Belt Bejġing
Pajjiżi parteċipanti 204
Atleti parteċipanti 11,028
Avvenimenti 302 fi 28 dixxiplina
Ċerimonja tal-ftuħ 8 ta' Awwissu
Ċerimonja tal-għeluq 24 ta' Awwissu
Uffiċjalment miftuħa minn Hu Jintao
Ġurament tal-atleti Zhang Yining
Ġurament tal-ġurija Huang Liping
Fjamma Olimpika Li Ning
Grawnd Grawnd Nazzjonali ta' Bejġing

Il-Logħob Olimpiku tas-sajf 2008, magħrufin uffiċjalment bħala l-Logħob tad-XXIX Olimpjadi, kienet manifestazzjoni sportiva internazzjonali li saret f'Bejġing, ġewwa ċ-Ċina, mit-8 ta' Awwissu sal-24 ta' Awwissu 2008.[1] Total ta' 10,500 atleta kienu mistennija li jikkompetu fi 302 avvenimenti minn 28 dixxiplina. L-Olimpjadi ta' Bejġing 2008 immarkaw ukoll it-tielet darba li l-Logħob Olimpiku tas-sajf saru fit-territorju Ażjatiku, wara Tokjo 1964 u Seoul 1988. Diversi KON ġodda ġew rikonoxxuti mill-KOI.

Xi kompetizzjonijiet tal-ibburdjar, tal-għawn u t-turnew tal-futbol saru fi bliet oħra Ċiniżi, waqt li l-kompetizzjonijiet kollha tal-ekwitazzjoni saru f'Ħong Kong. Għat-tieni darba fl-istorja, l-Logħob Olimpiku ġew ospitati minn żewġ Kumitati Olimpiċi differenti. Bejġing ingħatat id-dritt li tospita l-edizzjoni tal-Olimpjadi tas-sajf 2008 mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali (KOI) fit-13 ta' Lulju 2001, li ġiet preferita minn bliet oħra bħal Toronto, Pariġi, Istanbul, u Ożaka.

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Għażla għall-belt organizzatriċi tal-Olimpjadi tas-sajf 2008.
Riżultati tal-kandidaturi tal-Olimpjadi ta' Bejġing 2008
Belt KON Rawnd 1 Rawnd 2
BejġingBandiera taċ-Ċina Ċina4456
TorontoBandiera tal-Kanada Kanada2022
PariġiBandiera ta' Franza Franza1518
IstanbulBandiera tat-Turkija Turkija179
OżakaBandiera tal-Ġappun Ġappun6

Bejġing ġiet eletta bħala l-belt għall-Olimpjadi tal-2008 nhar it-13 ta' Lulju 2001, matul il-112-il seduta tal-KOI f'Moska, fejn irnexxielha tegħleb l-isfida ta' Toronto, Pariġi, Istanbul u Ożaka. Qabel is-sessjoni, ħames ibliet oħra (Bangkok, il-Kajr, l-Avana, Kuala Lumpur u Sivilja) issottomettew l-offerta tagħhom, imma naqsu li jagħmlu l-lista l-qasira li saret fis-sena 2000.

Wara l-ewwel rawnd ta' votazzjoni, Bejġing kisbet vantaġġ sinjifikati fuq l-erba' kandidati l-oħra. Ożaka rċiviet biss sitt voti u kienet eliminata. Fit-tieni rawnd, Bejġing kellha s-sosten tal-maġġoranza tal-voti, fejn b'hekk ġew eliminati r-rawnds suċċessivi.[2]

Wara r-rebħa tal-offerta, Li Lanqing, il-viċi-premier taċ-Ċina, iddikjara:

 Ir-rebħ tal-offerta Olimpika hu eżempju tar-rikonoxximent internazzjonali tal-istabbilità soċjali taċ-Ċina, tal-progress ekonomiku u tal-ħajja sana tal-poplu Ċiniż. 

Preċedentament, Bejġing kienet tilfet l-offerta għall-Olimpjadi tas-sajf 2000, li kienet mirbuħa minn Sydney.

Żvilupp u parteċipazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Minn Mejju 2007, beda l-bini tal-31 impjant tal-Logħob Olimpiku ta' Bejġing.[3] Barra minn hekk, il-gvern Ċiniż investa wkoll fir-rinnovazzjoni u l-kostruzzjoni ta' sitt impjanti barra minn Bejġing kif ukoll f'59 ċentru ta' taħriġ. L-aktar biċċiet arkitettoniċi huma l-Grawnd Nazzjonali ta' Bejġing, l-Grawnd Magħluq Nazzjonali ta' Bejġing, iċ-Ċentru Akwatiku Nazzjonali ta' Bejġing, iċ-Ċentru ta' Konvenzjoni Olympic Green, l-Olympic Green u l-Grawnd tal-Baseball ta' Wukesong. Madwar 85% tal-baġit tal-kostruzzjoni għas-sitt impjanti prinċipali huma miksuba minn US$2.1 biljun. L-investimenti huma mistennija mis-soċjetà fi tfittxija għad-drittijiet ta' proprjetà wara l-Olimpjadi 2008. Xi impjanti huma proprjetà u ggvernati mill-iStat tal-Amministrazzjoni ġenerali tal-iSport, li se jużawhom wara l-Olimpjadi bħala faċilitajiet għal kull manifestazzjoni sportiva fil-futur. Il-Logħob Olimpiku ta' Bejġing huma uffiċjalment l-Olimpjadi bl-akbar spiża fl-istorja b'total ta' $40.9 biljun li ntefqu bejn l-2001 u l-2007 fuq l-infastruttura, l-enerġija, it-trasport u proġetti ta' fornimenti tal-ilma.[4]

Xi avvenimenti, però, ma sarux f'Bejġing, bħal per eżempju l-futbol li sar f'Qinhuangdao, Shanghai, Shenyang u Tianjin, u l-ekwitazzjoni f'Ħong Kong.

Grawnd Nazzjonali ta' Bejġing

[immodifika | immodifika s-sors]
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Grawnd Nazzjonali ta' Bejġing.
Il-Grawnd Nazzjonali ta' Bejġing

Il-punt ċentrali tal-Olimpjadi f'Bejġing kien il-Grawnd Nazzjonali ta' Bejġing, imlaqqam bħala "Bird's Nest" (il-Bejta tal-Għasfur) minħabba l-forma tiegħu. Il-kostruzzjoni tal-impjant bdiet fl-24 ta' Diċembru 2003.

Il-grawnd Olimpiku ta' Guangdong, kien ipproġettat, programmat, mibni u tlesta fl-2001 għall-Olimpjadi, imma suċċessivament kien deċiż li jiġi wżat grawnd ġdid għal dan l-avveniment straordinarju. Id-ditta Svizzera, "Herzog & de Meuron" Architekten AG, ikkolaborat mal-kumpanija Ċiniża, "China Architecture Design & Research Group", biex tirbaħ il-konkorrenza.

Mgħammar b'forma ta' grada skeletrika, l-impjant ġabar aktar minn 90,000 persuna matul iċ-ċerimonja tal-ftuħ u matul l-Olimpjadi. L-arkitetti ddiskrevew l-grawnd bħala "bejta ta' għasfur", bis-saqaf li jinfetaħ. Madanakollu, fl-004, l-idea tas-saqaf li jinfetaħ ġiet abbandunata minħabba raġunijiet ekonomiċi u dawk ta' sigurtà. Il-Grawnd Nazzjonali ta' Bejġing kien il-post fejn ospita ċ-ċermonja tal-ftuħ u kien ukoll f'dik tal-għeluq. Il-diżinjatur tal-grawnd, Ai Weiwei, irtira s-sosten tiegħu għall-Olimpjadi fiċ-Ċina, fejn stqarr li "ma jridx ikollu x'jaqsam aktar magħhom".[5]

Fis-16 ta' Lulju 2008, ġie miftuħ il-Villaġġ Olimpiku ta' Bejġing, u sar aċċessibbli għall-pubbliku fis-26 ta' Lulju.

Impjanti tal-kompetizzjonijiet

[immodifika | immodifika s-sors]

Impjanti ġodda

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Grawnd Nazzjonali ta' Bejġing - Futbol, Atletika, Ċerimonja tal-ftuħ, Ċerimonja tal-għeluq u t-tmiem tal-maratona
  • Ċentru Akwatiku Nazzjonali - Għawm, Għadis, Għawm sinkronizzat
  • Grawnd Magħluq Nazzjonali - Ġinnastika artistika, Ġinnastika, Handball
  • Beijing Shooting Range Hall - Sparar
  • Wukesong Indoor Stadium - Baskitbol
  • Laoshan Velodrome - Ċikliżmu
  • Shunyi Olympic Rowing-Canoeing Park - Kannottaġġ, Qdif
  • China Agricultural University Gymnasium - Lotta
  • Peking University Gymnasium - Tennis tal-mejda
  • University of Science and Technology Beijing Gymnasium - Ġudo, Taekwondo
  • Beijing University of Technology Gymnasium - Badminton, Ġinnastika ritmika
  • Olympic Green Tennis Center - Tennis

Impjanti eżistenti

[immodifika | immodifika s-sors]

Impjanti temporanji

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Fencing Hall
  • Olympic Green Hockey Field
  • Olympic Green Archery Field
  • Wukesong Baseball Field
  • Chaoyang Park Beach Volleyball Ground
  • Laoshan Bicycle Moto Cross (BMX) Venue
  • Triathlon Venue
  • Urban Road Cycling Course

Organizzazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Għall-Olimpjadi, il-kumitat organizzativ stqarr il-bżonn ta' madwar 11,000 voluntier. Il-proċess ta' selezzjoni spiċċa f'Mejju 2008 u ġie segwit mid-diversi attivitajiet ta' formazzjoni.

Ġew imposti miżuri ta' sigurtà biex jiġu evitati kwalunkwe tip ta' problema. Ġew appuntati 80 kelb tal-pulizija biex jikkontrollaw is-sistemà tal-ferrovija u jxommu prodotti bis-suspett li jieħdu n-nar. Ċentru speċjali osserva s-sigurezza tal-prodotti tal-ikel, fejn ikkontrolla li jiġu rispettati l-istandard tekniċi.[6]

Waħda mill-problemi prinċipali tal-belt ta' Bejġing hu t-tniġġis: il-livell tas-sustanzi li jniġġsu hu kbir tant li poġġew f'riksju diversi kompetizzjoni fuq distanza twila. Biex jitnaqqsu l-effeti ta' ħsara, il-belt implimentat diversi regoli, fosthom liġijiet aktar stretti fuq il-karozzi għall-bejgħ.

Kważi għal kull pulizija, ta' kwalunkwe grad jew anzjanità, ġew mogħtija lezzjonijiet ta' lingwi barranin u ta' edukazzjoni. Ktejjeb bi frażijiet f'seba' lingwa (Ingliż, Franċiż, Russu, Ġermaniż, Ġappuniż, Korean u Għarbi) ingħata għall-pulizija kollha u għall-voluntiera.

Ġiet organizzata kampanja fir-reġjun ta' Bejġing li nvitat il-popolazzjoni residenti biex juru lilhom infushom ospitanti u kollaborattivi fil-konfronti tal-barranin li jkunu waqt żjara, fejn għandhom jipprovdu informazzjoni u kwalunkwe tip ta' għajnuna oħra lill-viżitaturi li jiltaqgħu ma' xi diffikulta. Barra minn hekk, il-muniċipalità ta' Bejġing, għamlet serje ta' normi li għandhom x'jaqsmu mad-dinjità urbana: fil-belt, per eżempju, ma kienx permess li wieħed jibżoq mal-art.

Il-pulizja għamlet kampanja biex tqaċċat attivitajiet illegali matul l-Olimpjadi, fi Pjazza Tiananmen u matul Chang’an Avenue. Tallaba, bejjiegħa abbużivi u sewwieqa tat-takis abbużivi jiġu identifikati, arrestati jew inkella jkollhom il-fornimenti tagħhom ikkonfiskati meta jiġu individwati mill-pulizija.

Dawn il-logħob kienu l-ewwel li ġew prodotti u mxandra fit-televiżjoni b'definizzjoni għolja mill-istazzjon ospitu. Fl-offerta tagħhom għal-Logħob Olimpiku fl-2001, Bejġing iddikjarat "li mhu se jkun hemm ebda restrizzjoni fuq ir-rapportaġġ tal-medja u l-moviment tal-ġurnalisti li jintervistaw il-parteċipanti",[7] imma skont rapport tan-New York Times, dawn il-wegħdiet ma ġewx rispettati.

Mappa tal-impjanti Olimpiċi ta' Bejġing flimkien mas-sistemà ta' trasport aktar rapidu fil-belt kollha u bejn l-impjanti.

Bi preparazzjoni għall-viżitaturi Olimpiċi, l-infrastruttura tat-trasport f'Bejġing ġiet imkabbra mhux ħażin. L-ajruport ta' Bejġing għadda minn espansjoni kbira, fejn żdied it-Terminal 3, l-ikbar terminal tal-ajruport fid-dinja, iddiżinjat mill-arkitett rinomat Norma Foster.[8] Fl-1 ta' Awwissu, l-Istazzjon tal-Ferrovija tan-nofsinhar ta' Bejġing reġa' nfetaħ wara sentejn ta' kostruzzjoni. Il-Bejġing-Tianjin Intercity Rail, li hi twila 120km, infetħet fl-istess ġurnata u tagħqad lil Bejġing, Tianjin u l-ibliet l-oħra fejn saru l-Olimpjadi. Ġiet programmata biex issir l-aktar veloċi fid-dinja u tasal sa veloċità ta' 350 km fis-siegħa.

Is-sottopassaġ ta' Bejġing esperjenza espansjoni notevoli ta' aktar mid-doppju tal-kapaċità preċedenti. Is-sistemà tal-ferrovija ta' qabel kienet tikkonsisti minn 4 linji u 64 stazzjon. Ġew miżjuda 7 linji u 80 stazzjon, u fost dawn anki ħolqa diretta għall-ajruport tal-belt. Ukoll, flotta ta' eluf ta' karozzi tal-linja, xarabanks żgħar u karozzi uffiċjali wasslu lill-ispettaturi, l-atleti u l-uffiċjali bejn l-impjanti.[9]

Bħala miżura kontra t-tniġġis, 300,000 vettura b'volum qawwi ta' tniġġis ma tħallewx joperaw fil-belt, u d-dħul f'Bejġing bil-vettura kien limitat. Dawn ir-restrizzjonijiet huma nfurzati mill-20 ta' Lulju sal-20 ta' Settembru. Ir-restrizzjonijiet tal-vetturi tal-passiġieri kienu skedati fi ġranet alternati skond in-numru tal-plakka jekk jispiċċax fard jew pari.

It-tema uffiċjali tal-logħob, bit-titlu "Dancing Beijing" (Bejġing Żeffiena), għandha il-karattru kalligrafiku jīng (京, li tfisser kapitali), li tirreferi għall-belt ospitu. L-islogan Olimpiku, "One World, One Dream" (Dinja Waħda, Ħolma Waħda), issejjaħ lid-dinja kollha biex tingħaqad flimkien taħt spirtu Olimpiku.

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Fuwa.

Il-maskots ta' Bejġing 2008 huma ħamsa Fuwa,[10] li huma pupi tal-fortuna Ċiniżi (opra ta' Han Meilin), li kull waħda minnhom tikkaretterizza wieħed mill-ħames kuluri taċ-ċrieki Olimpiċi u kif ukoll bħala simbolu tal-kultura Ċiniża. L-ewwel sillabi tal-ismijiet tagħhom meta jinqraw flimkien jiffurmaw il-frażi Běijīng huānyíng nǐ li biċ-Ċiniż Mandarin ifisser "Bejġing jagħtikom il-merħba".

L-ismijiet ta' dawn il-Fuwa huma, Bèibei (贝贝), Jīngjing (晶晶), Huānhuan (欢欢), Yíngying (迎迎), Nīni (妮妮).

Torċa Olimpika

[immodifika | immodifika s-sors]
It-Torċa Olimpika 2008

Id-disinn tat-Torċa Olimpika hu bbażat fuq voluti tradizzjonali u juża' disinn tradizzjonali Ċiniż magħruf bħala "Sħab Favorevoli" (祥云). It-torċa hi ddiżinjata biex tibqa' mixgħula f'riħ ta' 40 mil fis-siegħa, f'temperaturi ta' inqas minn 40° taħt iż-żero u fix-xita sa 50 mm kull siegħa.

Il-mixja bit-torċa, bit-tema Vjaġġ ta' Armonija, damet 130 jum u ġarret it-torċa 137,000 km — l-ikbar distanza ta' kwalunkwe mixja bit-torċa Olimpika minn meta t-tradizzjoni bdiet fl-edizzjoni ta' Berlin 1936.[11]

Minħabba li ċ-Ċina għandha relazzjonijiet xejn sbieħ ma' diversi pajjiżi, il-mixja bit-torċa rriżultat bħala waħda diffikultuża. Per eżempju, kien hemm diskussjoni kbir fuq il-passaġġ tal-fjakkola fuq il-gżira ta' Tajwan.

Ir-rotta tat-Torċa Olimpika 2008

Argument sħun ieħor kien il-kwistjoni tat-Tibet: l-organizzaturi ipprevedew it-telgħa tal-Everest, imma xtaqu wkoll li jevitaw l-aktar possibli l-manifestazzjoni favur it-Tibet. Għal dan l-iskop iċ-Ċina stabillixxiet regoli aktar stretti għall-aċċess għall-parti Tibetana tal-muntanja l-aktar għolja tad-dinja: kontrolli aktar akkurati rigward ix-xabbata barranin, b'limitazzjoni fuq in-numru ta' xabbata tal-istess nazzjon, kontroll fuq id-dokumenti ta' xahrejn u nofs qabel, u projbizzjoni ta' sostituzzjoni fl-aħħar minuta. Minkejja d-diversi problemi li kien hemm, ix-xabbata Ċiniżi xorta wasslu t-Torċa Olimpika fuq il-quċċata tal-Everest. It-Torċa rritornat lura għaċ-ċerimonja tal-ftuħ.

Ċerimonja tal-ftuħ

[immodifika | immodifika s-sors]

Iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Olimpjadi tas-sajf 2008 saret fil-Grawnd Nazzjonali ta' Bejġing u bdiet fit-8 ta' filgħaxija (Żona tal-ħin taċ-Ċina) tat-8 ta' Awwissu 2008.[12] In-numru 8 hu assoċjat mal-prosperità u l-kunfidenza skont il-kultura Ċiniża, u f'dan il-każ kien tmienja triplu għad-data u wieħed aktar għall-ħin (qrib it-08:08:08 pm).[13] Iċ-ċerimonja kienet diretta mir-reġista Ċiniż Zhang Yimou u l-koreografu Ċiniż Zhang Jigang. Din is-serata kienet tikkonsisti minn 15,000 esebitur, u suċċessivament ġiet imsejjħa bħala "l-aqwa ċerimonja tal-ftuħ tal-Olimpjadi li qatt ġiet prodotta".

Iċ-ċerimonja bdiet bl-istennija tal-mument tal-ftuħ permezz tat-tħabbit ta' tnabar "Fou" li kienu mdawwlin hekk kif is-sekondi bdew jonqsu. Suċċessivament, roll ta' karta kbir, li grazzi għall-effetti speċjali fuq il-wiċċ tiegħu kien qed jipproduċi pajsaġġi tipiċi taċ-Ċina. Il-kanzunetta uffiċjali tal-Olimpjadi 2008 ġiet kantata mill-Ingliża Sarah Brightman u ċ-Ċiniża Liu Huan, u kienet intitulata "You and Me". L-eks-ġinnasta Ċiniża, Li Ning, xegħel il-fjamma Olimpika.

Id-daħla tal-atleti parteċipanti kienet differenti mill-edizzjoni preċedenti tal-Olimpjadi. L-iskwadri ma daħlux fl-ordni tal-alfabett Latin, imma skont l-alfabett Ċiniż; fil-fatt l-Awstralja, li s-soltu tkun waħda mill-ewwel gruppi li jidħlu, daħlet kważi lejn l-aħħar, minħabba li fiċ-Ċiniż (澳大利亚) l-inizzjali tal-Awstralja huma waħda mill-aħħar ittri.

Ċerimonja tal-għeluq

[immodifika | immodifika s-sors]

Iċ-ċerimonja tal-għeluq seħħet fl-24 ta' Awwissu 2008. Bdiet fit-8:00pm (Żona tal-ħin taċ-Ċina), u saret fil-Grawnd Olimpiku ta' Bejġing. Kien hemm id-dħul tal-atleti fil-grawnd, li ma daħlux skont l-ordni alfabetiku. Fiċ-ċerimonja ġie assistit il-messaġġ tal-President tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina Hu Jintao u l-President tal-KOI Jacques Rogge. Wara, saret il-premjazzjoni tal-kompetizzjoni tal-maratona, li ġie mirbuħa mill-Kenjan Samuel Kamaru Wanjiru (l-ewwel midalja tad-deheb għall-Kenja fil-maratona fl-Olimpjadi), li ġiet segwita minn spettaklu b'direzzjoni tar-reġista Ċiniż Zhang Yimou. Kien hemm imbagħad il-passaġġ simboliku tal-bandiera Olimpika bejn Bejġing u Londra, li se tkun l-organizzatriċi tal-edizzjoni li jmiss tal-Olimpjadi tas-sajf; dan il-passaġġ seħħ bejn is-sindku ta' Bejġing, Guo Jinlong u dak ta' Londra, Boris Johnson. Wara kien hemm esebizzjoni spettakulari esegwita mill-Kumitat Organizzattiv ta' Londra għal-Logħob Olimpiku (LOCOG), bil-parteċipazzjoni tal-futboler ta' Los Angeles Galaxy David Beckham u tad-dwett mużikali bejn Leona Lewis u mill-kitarrist tal-Led Zeppelin, Jimmy Page, fejn kantaw il-kanzunetta Whole Lotta Of Love. Suċċessivament ġiet mitfija l-Fjamma Olimpika li mhux se tinxtegħel qabel il-Logħob Olimpiku ta' Londra fl-2012.

Pajjiżi parteċipanti

[immodifika | immodifika s-sors]
Pajjiżi parteċipanti

Il-205 Kumitat Olimpiku Nazzjonali kollha, barra l-Brunej, ipparteċipaw f'din l-edizzjoni. Iċ-Ċina u l-Istati Uniti kellhom l-ikbar timijiet, b'639 u 596 kompetitur rispettivament.[14] Diversi pajjiżi ġew rappreżentati minn atleta wieħed.

Kien hemm tliet pajjiżi debuttanti, li kienu l-Gżejjer Marshall, il-Montenegro u t-Tuvalu.

L-għawwiema mill-Afrika t'Isfel, Natalie du Toit, li rebħet ħames midalji tad-deheb fil-Logħob Paralimpiku tas-sajf 2004, ikkwalifikat għal-logħob ta' Bejġing, biex saret l-ewwel atleta fl-istorja, b'saqjaha maqtugħa mill-irkoppa, li kkwalifikat għal-Logħob Olimpiku wara Olivér Halassy fl-1936.[15] Natalia Partyka, li twieldet mingħajr il-parti t'isfel tal-id leminija (mill-minkeb sal-polz tal-id) ikkompetiet għall-Polonja fit-tennis tal-mejda.[16]

TPE

Bħal-logħob preċedenti mill-1984, atleti mir-Repubblika taċ-Ċina (Tajwan) ħadu sehem fl-Olimpjadi bħala t-Tajpej Ċiniżi (TPE) taħt il-bandiera Olimpika tat-Tajpej Ċiniżi. Il-parteċipazzjoni tat-Tajwan kienet f'dubju minħabba li ma kienx hemm qbil fuq l-isem tat-tim fil-lingwa Ċiniża, u rigward jekk it-Tajwan kellux jimxi qrib ir-Reġjun Amministrattiv Speċjali Ċiniż ta' Ħong Kong fiċ-ċerimonja tal-ftuħ.

Id-dixxiplini ta' Bejġing 2008 kienu kważi l-istess bħal dawk ta' Ateni 2004. L-Olimpjadi tal-2008 ra r-ritorn ta' 28 sport (xi ftit minn dawn, bħall-atletika, l-isport akwatiċi, il-ġinnastika u ċ-ċikliżmu, kienu maqsumin f'iktar dixxiplini) li saru fi 302 avvenimenti (165 avvenimenti tal-irġiel, 127 tan-nisa, u 10 mħalltin), avveniment aktar minn dawk ta' Ateni.

B'kollox, kien hemm 9 avvenimenti ġodda, li kienu jinkludu 2 mid-dixxiplina ċiklistika l-ġdida tal-BMX. In-nisa kkompetew fil-ġirja tal-ostakli fuq distanza ta' 3000 metru. Barra minn hekk, l-avvenimenti tal-maratona ta' għawm għall-irġiel u n-nisa, b'distanza ta' 10 kilometri, ġew miżjuda mad-dixxiplina tal-għawm. Sentejn u ġurnata qabel il-bidu tal-Logħob Olimpiku, il-Kumitat Olimpiku ta' Bejġing ħareġ il-pittogrammi ta' 35 dixxiplina (kemm għad-dixxiplini tal-atletika u anki għal dawk taċ-ċiikliżmu kellhom pittogramma unika) b'mod li kull nazzjon ikun jista' jagħrafhom.[17]

DixxiplinaMaskiliFemminiliImħalltinTotal
Atletika242347
Badminton2215
Baseball11
Futbol112
Kannottaġġ
Kannottaġġ (f'ilmijiet liberi)
Kannottaġġ (slalom)
12
9
3
4
3
1
16
12
4
Qdif8614
Ċikliżmu
Ċikliżmu fit-triq
Ċikliżmu fuq il-korsa
Ċikliżmu tal-muntanja
BMX
11
2
7
1
1
7
2
3
1
1
18
4
10
2
2
Ekwitazzjoni
• Qbiż bl-ostakli
• Dressage
• Konkors komplut
6
2
2
2
6
2
2
2
Ġinnastika
Ġinnastika artistika
Ġinnastika ritmika
Trampolin elastiku
9
8

1
9
6
2
1
18
14
2
2
Ħokì112
Ġudo7714
Lotta
Lotta stil liberu
Lotta Greko-Rumana
14
7
7
4
4

18
11
7
DixxiplinaMaskiliFemminiliImħalltinTotal
Għawm u sport akwatiku
Għawm
Għadis
Għawm sinkronizzat
Waterpolo
22
17
4

1
24
17
4
2
1
46
34
8
2
2
Baskitbol112
Ħendbol112
Volibol
Beach volley
Volibol
2
1
1
2
1
1
4
2
2
Pentatlon modern112
Boksing1111
Skerma5510
Softbol11
Rfigħ tal-piżijiet8715
Tekwondo448
Tennis224
Tennis tal-mejda224
Sparar
• Azzarin
• Pistola
• Sparar għall-plattini
9
3
3
3
6
2
2
2
15
5
5
5
Sparar bil-qaws224
Trijatlon112
Ibburdjar44311
Total (28 sport)16512710302

Fil-kalendarju segwenti tal-Olimpjadi 2008, kull kaxxa bluna tirrapreżenta avveniment ta' dixxiplina, bħal rawnd ta' kwalifikazzjoni, f'dik il-ġurnata. Il-kaxxa s-safra tirrapreżenta ġranet fejn saru l-finali għall-midalji. In-numri fil-kaxxa jfissru n-numru ta' finali li ġew kontestati f'dik il-ġurnata.[18]

  Ċerimonja tal-ftuħ   Kompetizzjonijiet   Finali   Ċerimonja tal-għeluq
Awwissu 2008 06 07 08 09 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 Midalji
tad-deheb
Sparar bil-qaws   1 1     1 1 4
Atletika 2 4 6 6 5 3 6 7 7 1 47
Badminton             1 2 2 5
Baseball                 1 1
Baskitbol                             1 1 2
Boksing                           5 6 11
Kannottaġġ 2 2 6 6 16
Ċikliżmu 1 1 2 1 3 1 2 3   2 2 18
Għadis 1 1 1 1     1   1   1   1 8
Ekwitazzjoni 2 1 1 1 1 6
Skerma 1 1 1 1 2 1 1 1 1 10
Ħokì                         1 1 2
Futbol                     1   1 2
Ġinnastika 1 1 1 1 4 4 4 1 1 18
Ħendbol                             1 1 2
Ġudo 2 2 2 2 2 2 2 14
Pentatlon modern 1 1 2
Qdif             7 7 14
Ibburdjar               3 2 2 2 2 11
Sparar 2 2 2 2 1 2 1 2 1 15
Softbol                 1 1
Għawm   4 4 4 4 4 4 4 4 1 1 34
Għawm sinkronizzat 1 1 2
Tennis tal-mejda         1 1       1 1 4
Tekwondo 2 2 2 2 8
Tennis             1 3 4
Trijatlon 1 1 2
Volibol                         1 1 1 1 4
Waterpolo                       1   1 2
Rfigħ tal-piżijiet 1 2 2 2 2 2 1 1 1 1 15
Lotta 2 2 3 2 2 2 2 3 18
Total ta' midalji tad-deheb7141319171518273718201121213212302
Total kumulattiv72134537085103130167185205216237258290302
Ċerimonji
Awwissu 2008 06 07 08 09 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 Midalji
tad-deheb
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Tabella tal-midalji tal-Logħob Olimpiku tas-sajf 2008.

Dawn huma l-ewwel għaxar pożizzjonijiet tal-midalji mid-29 edizzjoni tal-Olimpjadi. Iċ-Ċina spiċċat l-ewwel bl-akbar numru ta' midalji tad-deheb, 51. L-Istati Uniti, min-naħa l-oħra, kisbu t-tieni post bl-akbar numru ta' midalji, kemm bħala total u anki tal-fidda u tal-bronż.

Poż. Pajjiż Deheb Fidda Bronż Total
1Bandiera taċ-Ċina Ċina512128100
2Bandiera tal-Istati Uniti Stati Uniti363836110
3Bandiera tar-Russja Russja23212872
4Bandiera tar-Renju Unit Gran Brittanja19131547
5Bandiera tal-Ġermanja Ġermanja16101541
6Bandiera tal-Awstralja Awstralja14151746
7Bandiera tal-Korea t'Isfel Korea t'Isfel1310831
8Bandiera tal-Ġappun Ġappun961025
9Bandiera tal-Italja Italja8101028
10Bandiera ta' Franza Franza7161740

Kontroversji u polemika

[immodifika | immodifika s-sors]
Persuni jipprotestaw fejn tispikka f'din l-istampa l-frażi: "L-Abbuż tad-Drittjiet Umani Ma Jistgħux Jeżistu Flimkien mal-Olimpjadi ta' Bejġing"

Diversi entitajiet esprimew il-preokkupazzjoni tagħhom fuq il-Logħob, jew l-ospitazzjoni taċ-Ċina ta' dawn il-Logħob; dawn jinkludu allegazzjonijiet li ċ-Ċina vvjolat il-wegħda li kienet għamlet li tħalli l-aċċess lill-istampa, allegat vjolazzjoni tad-drittijiet umani, tniġġis tal-arja kemm fil-belt ta' Bejġing u anki fil-madwar, bojkots proposti, twissija tal-possibilità li l-Olimpjadi ta' Bejġing ikunu fil-mira ta' gruppi terroristiċi, disturb vjolenti ta' protestanti favur it-Tibet, persekuzzjonijiet reliġjużi, il-projbizzjoni ta' Tibetani etniċi mill-jaħdmu f'Bejġing matul il-Logħob, kritika fuq politiki li jordnaw is-sorveljanza elettronika tal-lukandi li huma pposeduti internazzjonalment, l-ispostament tar-residenti, diffikulta fil-biljetti, trattament ħażin ma' ġurnalisti barranin, żoni ta' protesti dubbjużi, kif ukoll kien allegat molestja, arresti fid-djar, għebien infurzat, priġunerija, u torturi ta' dissidenti u protestanti.

Fit-13 ta' Frar 2008, ir-reġista Amerikan Steven Spielberg abbanduna l-inkarigu ta' konsulent artistiku għall-ftuħ u l-għeluq tal-Logħob Olimpiku. Ir-raġuni wara din l-għażla kienet minħabba l-irwol li ċ-Ċina kienet qed iżżomm fil-Gwerra ta' Dargur u r-rapport li ċ-Ċina kellha mal-gvern ta' Khartum. Bejġing hi l-akbar investitriċi fis-Sudan fl-industrija taż-żejt u tiġi akkużata li tivvjola d-drittjiet umani billi tbigħ armi lill-kontinent Afrikan, u b'hekk qed tkun responsabbli għal aktar tixrid ta' demm.

Il-problema kbira tal-ammont kbir ta' tniġġis tal-arja, wassal biex ċerti kompetizzjoni fuq distani kbar, bħall-maratoni, it-triathlon u ċ-ċikliżmu, saru x'imkien ieħor. Haile Gebrselassie, il-primastija dinji tal-maratona, irrifjuta li jipparteċipa f'din il-kompetizzjoni għall-biża tat-tniġġis.

Lejn Ġunju u Lulju tal-2008, il-klima partikularment sħuna li laqtet lil Bejġing u lir-reġjun ta' madwar ħolqot aktar preokkupazzjoni fuq l-iżvoliġment ta' xi kompetizzjonijiet. Partikularment kien hemm il-biża' tal-possibilità tal-formazzjoni ta' tempesti tar-ramel li jaslu biex jolqtu l-kapitali u għall-invażjoni ta' ġurati li f'Lulju 2008 laqtet il-kampanja, 300 km fil-Majjistral ta' Bejġing. Infestazzjoni ta' alga laqtet f'Lulju il-baċini li kienu mistennija għall-kompetizzjonijiet tal-kannottaġġ, u b'hekk il-ħaddiema kellhom bżonn inaddfu qabel il-bidu tal-kompetizzjonijiet.

  1. "Kalendarju fuq is-sit uffiċjali". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-08-08. Miġbur 2008-08-24.
  2. "Beijing 2008: Election" (bl-Ingliż). Kumitat Olimpiku Internazzjonali. Miġbur 2008-08-24.
  3. "All Beijing-based Olympic venues under construction" (bl-Ingliż). BOCOG. 2007-05-11. Miġbur 2008-08-24.
  4. "The Most Expensive Games In History" (bl-Ingliż). 2008beijingolimpics.com. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-08-22. Miġbur 2008-08-24.
  5. "Chinese architect slams Olympic 'pretend smile'" (bl-Ingliż). Reuters. Miġbur 2008-08-25.
  6. "Beijing 2008 Prepares For Summer Olympics" (bl-Ingliż). GamesBids. 2008-01-02. Miġbur 2008-08-25.
  7. Rapport tal-Kummissjoni Evalwattiva tal-KOI għal-Logħob tad-XXIX Olimpjadi fl-2008, pġ.73
  8. Baker, Jo. "Beijing Terminal 3 by Foster" (bl-Ingliż). ArchitectureWeek.com. Miġbur 2008-08-25.
  9. "38 public transit routes to the Olympic venues" (bl-Ingliż). BOCOG. 2007-01-22. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-05-12. Miġbur 2008-08-25.
  10. "Fuwa Fact Sheet" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-07-06. Miġbur 2008-08-24.
  11. "Beijing 2008: BOCOG Announces Olympic Torch Relay Route" (bl-Ingliż). Kumitat Olimpiku Internazzjonali. 2007-04-26. Miġbur 2008-08-25.
  12. "Opening Ceremony plan released" (bl-Ingliż). beijing2008.cn. 2008-08-06. Miġbur 2008-08-25.
  13. "The Number Eight And The Chinese" (bl-Ingliż). Miġbur 2008-08-25.
  14. "Asian Americans Going for the Gold in…" (bl-Ingliż). AsianWeek. Miġbur 2008-08-26.
  15. ""Dreams carry Natalie Du Toit to Beijing"" (bl-Ingliż). The Telegraph. Miġbur 2008-08-26.
  16. "Natalia: Paralympic AND Olympic athlete" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-09-06. Miġbur 2008-08-26.
  17. "Pictograms of the Beijing 2008 Olympic Games unveiled" (bl-Ingliż). BOCOG. 2006-08-07. Miġbur 2008-08-22.
  18. "Olympic Games Competition Schedule" (bl-Ingliż). BOCOG. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-06-18. Miġbur 2008-08-26.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]