Aqbeż għall-kontentut

Festival tal-Eurovision 2009

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn ESC 2009)
Festival tal-Eurovision 2009
Dati
Data tal-1el semifinali 12 ta' Mejju 2009
Data tal-2ni semifinali 14 ta' Mejju 2009
Data tal-finali 16 ta' Mejju 2009
Ospitu
Sala Olimpiyski Arena, Moska, Russja
Preżentatur(i) Semifinali:
Natalia Vodianova
Andrey Malahov[1]
Finali:
Alsou
Ivan Urgant
Green Room:
Dmitry Shepelev
Direttur Andrey Boltenko
Att tal-ftuħ Semifinali 1: The Tolmachevy Twins
Semifinali 2: Orkestra folk
Finali: Terem Quartet, Cirque du Soleil, Dima Bilan, Dima Bilan
Att tal-intervall Semifinali 1: Alexandrov Ensemble u l-grupp t.A.T.u b'"Not Gonna Get Us"
Semifinali 2: Igor Moiseyev Ensemble
Finali: Fuerza Bruta
Parteċipanti
Numru ta' parteċipanti 42
Pajjiżi li rritornaw Bandiera tas-Slovakkja Slovakkja
Pajjiżi li rtiraw Bandiera tal-Ġeorġja Ġeorġja
Bandiera ta' San Marino San Marino
Vote
Kanzunetta rebbieħa Norveġja Alexander Rybak
"Fairytale"
Festival tal-Eurovision
◄2008 2010►

Il-Festival tal-Eurovision 2009 kien l-54 edizzjoni tal-Festival tal-Eurovision. Dan il-festival sar bejn it-12 u s-16 ta' Mejju, fl-Olimpiyski Arena ġewwa Moska, il-belt kapitali tar-Russja.

Fil-proċedura tal-votazzjoni seħħew xi tibdiliet fosthom l-involviment mill-ġdid tal-ġurija nazzjonali flimkien mat-televotazzjoni, waqt li l-format tas-semifinali baqa' l-istess. Tnejn u erbgħin pajjiż ikkonfermaw il-parteċipazzjoni tagħhom; l-Islovakkja ħabbret ir-ritorn tagħha f'dan il-festival, waqt li San Marino irtiraw minħabba problemi finanzjarji. Il-Latvja u l-Ġeorġja għall-bidu ħabbru l-intenzjoni li jirtiraw, però l-European Broadcasting Union (EBU) stqarret li ż-żewġ pajjiżi kienu se jieħdu sehem.[2] Madanakollu, il-Ġeorġja ddeċidiet li tirtira għal darb'oħra wara li l-EBU irrifjutat il-kanzunetta magħżula wara li kienet tmur kontra r-regoli tal-Konkors.

Il-festival ġie mirbuħ min-Norveġja bi 387 punt, l-ogħla punteġġ fl-istorja tal-Eurovision. Ir-rebħa tan-Norveġja timmarka wkoll l-ewwel rebħa għal pajjiż mill-Punent tal-Ewropa u li kien diġà rebaħ xi darba oħra l-festival, mill-2001, meta matul dawn is-snin il-festival beda jdur fil-pajjiżi tal-Lvant li ħafna minnhom kienu għadhom iduqu l-ewwel rebħa.

F'dan il-festival ukoll kien hemm riżultat pożittiv għar-Renju Unit li spiċċat bl-aktar punti mill-Ikbar Erbgħa waqt li Spanja bl-inqas. Is-sena ta' qabel offriet riżultat oppost.

Il-festival sar fir-Russja wara r-rebħa fil-festival tal-2008, li sar f'Belgrad fis-Serbja, mill-kantant Dima Bilan bil-kanzunetta "Believe".[3] Minkejja n-nuqqas ta' ħeġġa li s-sindku ta' Moska wera lejn l-idea li l-konkors jiġi ospitat fil-belt,[4] Vladimir Putin, il-Prim Ministru tar-Russja, eventwalment stqarr li l-festival se jsir f'Moska u ġie propost mill-istazzjon, Channel One, li l-festival isir fl-Olympic Indoor Arena f'Moska.[5][6] Din il-proposta ġiet evalwata mill-European Broadcasting Union (EBU) u kkonfermata nhar it-13 ta' Settembru 2008.[5]

Disinn viżwali

[immodifika | immodifika s-sors]

Ix-xandar ospitu ta' dan il-konkors, Channel One, nhar it-30 ta' Jannar 2009 ippreżenta logo u tema għall-edizzjoni tal-2009.[7] Il-logo hu bbażat fuq "Għasfur Fantaxjentifiku", li jista' jiġi wżat b'ħafna kuluri. Bħal fis-snin preċedenti, il-logo li jintgħażel għal dik l-edizzjoni jitpoġġa ħdejn il-logo ġeneriku ta' din il-kompetizzjoni. Din hi l-ewwel darba mill-2001 li ma sar ebda slogan għal dan il-konkors.

Il-palk hu ddisinjat mid-disinjatur minn New York, John Casey, u t-tema tal-palk hu ta' avant-garde komteparanja Russa. Casey, li kien ukoll iddisinja l-palk tal-Festival tal-Eurovision tal-1997 ġewwa Dublin, kien ukoll involut fid-disinn tal-edizzjonijiet tal-1994 u l-1995. Hu spjega li "anke qabel [hu] ma ħadem mar-Russi fit-TEFI Awards f'Moska fl-1998, [hu] kien ispirat mill-perjodu Avant Garde Russu."[8] Sezzjonijiet kbar tal-palk jistgħu jitmexxew, fosthom il-parti ċentrali fit-tond ta' skrins tal-LEDS li jistgħu jitmexxew biex joħolqu effett differenti għal kull kanzunetta.

Diskussjoni fuq il-format tal-Festival tal-Eurovision 2009 seħħet f'Ġunju tal-2008, f'Ateni, il-Greċja. Kien hemm proposta li kienet tikkonsisti mill-pajjiżi tal-"Ikbar Erbgħa" li jitilfu l-post awtomatiku fil-finali tal-edizzjoni tal-2009.[9] Madanakollu, ġie ikkonfermat li l-pajjiżi tal-"Ikbar Erbgħa" se jkomplu awtomatikament jikkwalifikaw għall-finali fl-edizzjoni tal-2009.[10]

Il-festival finali sar fis-16 ta' Mejju 2009 fl-Olympic Indoor Arena f'Moska, fir-Russja, biż-żewġ semifinali jippreċedu l-finali fit-12 u l-14 ta' Mejju.[3] Sebgħa u tletin pajjiż ipparteċipaw fiż-żewġ semifinali tal-konkors, bil-pajjiżi li jiffurmaw l-"Ikbar Erbgħa" (Franza, il-Ġermanja, Spanja u r-Renju Unit) u l-ospitu jikkwalifikaw awtomatikament għall-finali, bil-finali tkun tinvolvi dawn il-pajjiżi flimkien ma' għaxar pajjiżi oħra li kkwalifikaw minn kull semifinali, għal total ta' ħamsa u għoxrin parteċipant.

Bħala tweġiba għat-tgergir kontinwu mill-istazzjonijiet fuq il-votazzjoni politika u dik ġiriena, l-EBU evalwat il-proċedura tal-votazzjoni wżata fil-festival, bil-possibilità ta' bidla fis-sistema għall-2009. L-organizzaturi tal-festival bagħtu kwestjonarju lix-xandara parteċipanti fuq is-sistema ta' votazzjoni, u grupp ta' referenza nkorpora r-risposti fis-suġġerimenti għall-format tas-sena li jmiss.[11] Telewizja Polska (TVP), l-istazzjon Pollakk, issuġġerixxa li ġurija internazzjonali simili għal dik użata fil-Festival tal-Eurovision taż-Żfin 2008 tiġi introdotta fil-Festival tal-Eurovision biex tnaqqas l-impatt tal-votazzjoni bejn il-ġirien u tagħti aktar emfasi fuq il-valur artistika tal-kanzunetta.[12] Ġie ikkonfermat li għall-finali tal-festival, il-voti kollha ta' kull pajjiż se jiġu deċiżi b'kombinazzjoni ta' 50% riżultati tat-televotazzjoni u 50% tal-ġurija nazzjonali.[13] Il-metodu li bih jintgħażlu s-semifinalisti biex jikkwalifikaw għall-finali se jibqa' l-istess, però, b'disa' pajjiżi f'kull semifinali li jgħaddu skont ir-riżultati mill-pubbliku, u l-għaxar wieħed mill-ġurija esperta. Il-ġurija nazzjonali ġiet abolita mill-festival fil-bidu tal-2007, bit-televotazzjoni jsir mandatorju għall-kważi kull parteċipant mill-2003.

Edgar Böhm, direttur tas-settur konċernat ma' dawn l-attivitajiet tal-istazzjon Awstrijakk tal-Österreichischer Rundfunk (ORF), stqarr li l-format tal-2008 b'żewġ semifinali "xorta waħda jinkorpora taħlita ta' kanzunetti li politikament se jiġu favoriti fil-proċess ta' votazzjoni," u "li, sakemm issir linja gwida ċara mill-EBU fuq kif is-semifinali jiġu organizzati, l-Awstrija mhux se tkun parti ta' Moska 2009."[14] Minkejja l-introduzzjoni tal-votazzjoni mill-ġurija fil-finali, l-Awstrija mhux se tirritorna fil-festival tal-2009, imma se xxandar xorta waħda l-finali fuq l-ORF bħalma għamlet fl-2008.[15]

Allokazzjoni tas-semifinali

[immodifika | immodifika s-sors]

Nħar il-Ġimgħa 30 ta' Jannar, 2009, saret it-tlugħ tal-poloz biex tiddeċiedi liema pajjiżi se jidhru fl-ewwel jew fit-tieni semifinali. Skont is-sistema adottata s-sena ta' qabel, kull pajjiż kien separat f'sitt urni individwali bbażati fuq il-mudelli ta' votazzjoni fil-festivals preċedenti. Il-poloz saru biex jassiguraw li dawk il-pajjiżi li s-soltu jivvutaw għal xulxin fil-kompetizzjoni ma jipparteċipawx fl-istess semifinali. Barra milli ġie determinat liema pajjiżi se jipparteċipaw fis-semifinali, ġie determinat liema pajjiżi finalisti se jivvutaw f'liema semifinali. Il-Ġermanja, Spanja u r-Renju Unit se jivvutaw fl-ewwel waħda, waqt li Franza u r-Russja se jivvutaw fit-tieni. Il-postijiet fejn se jkantaw il-kantanti u l-mod kif se l-ordni ta' kif se jinqraw il-voti ġie ddeterminat fis-16 ta' Marzu 2009.[2]

Urna 1 Urna 2 Urna 3
Urna 4 Urna 5 Urna 6

Pajjiżi parteċipanti

[immodifika | immodifika s-sors]
     Pajjiżi parteċipanti      Pajjiżi li ma kkwalifikawx għall-finali.      Pajjiżi li ħadu sehem fil-passat però m ħadux sehem f'din is-sena.
     Pajjiżi fl-ewwel semifinali.      Pajjiżi fit-tieni semifinali.      Pajjiżi li se jivvutaw fl-ewwel semifinali.      Pajjiżi li se jivvutaw fit-tieni semifinali.

Wara l-pubblikazzjoni tal-lista finali tal-parteċipanti mill-EBU, tlieta u erbgħin pajjiż ikkonfermaw il-parteċipazzjoni tagħhom fil-festival tal-2009, fosth ir-ritorn wara assenza ta' ħdax-il sena tal-Islovakkja.[16][2]

Il-Ġeorġja, minkejja li għall-bidu ħabbret li kienet se tirtira mill-konkors bħala protesta għall-poloz esterni tar-Russja fil-konfront tal-gwerra tal-2008 tal-Ossezja t'Isfel,[17][18] però reġgħet lura mid-deċiżjoni u uffiċjalizzat ir-ritorn tagħha, b'din l-għażla tkun ispirata mir-rebħa li għamlu fil-Festival tal-Eurovision tat-Tfal 2008 u għat-tnax-il punt li r-Russja tathom fl-istess festival.[19] Svante Stockselius, l-iskrutatur tal-EBU għall-Eurovision, qal li n-numru ta' parteċipanti f'Moska jista' jkun wieħed rekord, li jfisser li 44 jew aktar pajjiżi sejrin jikkompetu, però dan ma tantx jidher possibbli.[20]

Diversi għajdut qam dwar il-parteċipazzjoni u r-ritorn ta' San Marino u Monako. Télé Monte Carlo (TMC), l-istazzjon Monegask, ikkonferma li kien hemm xi taħdidiet bejnhom u bejn l-EBU fuq il-possibilità li jerġgħu jirritornaw għall-edizzjoni tal-2009.[21] Fl-istess żmien, xniegħat ħarġu li x-xandar uffiċjali ta' San Marino, Radiotelevisione della Repubblica di San Marino (SMRTV), kien se jirtira uffiċjalment mill-konkors minħabba pożizzjoni xejn sodisfaċenti fl-2008, is-sena debuttanti tagħhom.[22] Minkejja li suċċessivament kienu tal-idea li jieħdu sehem f'Moska, SMRTV kienu sfurzati li jirtiraw minn dan l-avveniment minħabba problemi finanzjarji li waqqfu ċ-ċans għat-tieni parteċipazzjoni.[23]

L-istazzjon tal-Latvja, Latvijas Televīzija (LTV), kien ġie rappuratat li kien mistenni li jirtira mill-konkors, u dan sar tliet ijiem wara l-aħħar ġurnata ta' sottoskrizzjoni. Dan sar minħabba fit-tnaqqis tal-baġit ta' aktar minn 2 miljun Lats mill-baġit tal-LTV, fejn b'hekk ma setgħux iħallsu biex jipparteċipaw.[24] L-LTV ħabbru li nfurmaw lill-EBU fuq il-ħsieb tagħhom li jirtiraw minħabba sempliċiment problemi finanzjarji. L-istazzjon Litwen kien f'diskussjoni mal-EBU biex isib soluzzjoni li jkun jista' jżomm il-pajjiż fil-Euroviison.[25] Fl-20 ta' Diċembru 2008, l-LTV ħabbru li kienu se jirtiraw mill-festival, u li kemm l-EBU u Channel One qablu li ma kienux se jinfurzaw penalizzazzjoni finanzjarja minħabba l-irtirar tard li għamlu mill-festival tal-2009. L-LTV ħabbru fuq il-ħsieb li kellhom fil-parteċipazzjoni għall-edizzjoni tal-2010.[26] Minkejja dan kollu, nhar it-12 ta' Jannar 2009, il-Latvja ikkonfermat li kienet se tieħu sehem.[2]

Tmienja u tletin pajjiż ġew ikkonfermati bħala parteċipanti f'waħda miż-żewġ semifinali tal-konkors.[2] It-tlugħ tal-poloz għas-semifinali saru fit-30 ta' Jannar 2009.[27]

  • L-ewwel semifinali saret f'Moska nhar it-12 ta' Mejju.
  • Id-disa' pajjiżi li rċevew l-aktar voti mill-votazzjoni tal-pubbliku kkwalifikaw għall-finali tas-16 ta' Mejju.
  • Il-ġurija ddeċidiet liema pajjiż se jkun l-għaxar finalist.
  • Ir-Renju Unit u l-Ġermanja ivvutaw f'din is-semifinali.
  • Kulur il-ħawħa jindika liema għaddew għall-finali.
  • Pajjiżi b'kulur il-ħawħa jindika liema għaddew għall-finali.
  • Il-pajjiż b'kulur flax jindika d-daħla li ġiet magħżula mill-ġurija biex tgħaddi għall-finali.
# Pajjiż Artist Kanzunetta Traduzzjoni Pożizzjoni Punti
1 Bandiera tal-Montenegro Montenegro Andrea Demirović "Just Get Out of My Life" Oħroġ Barra Minn Ħajti 11 44
2 Bandiera tar-Repubblika Ċeka Repubblika Ċeka Gipsy.cz "Aven Romale" Ejjew Żingari 18 0
3 Bandiera tal-Belġju Belġju Patrick Ouchène "Copycat" Imitatur 17 1
4 Bandiera tal-Bjelorussja Bjelorussja Petr Elfimov "Eyes That Never Lie" Għajnejn Li Qatt Ma Jigdbu 13 25
5 Bandiera tal-Iżvezja Żvezja Malena Ernman "La Voix" Il-Vuċi 4 105
6 Bandiera tal-Armenja Armenja Inga u Anush "Jan Jan" Għażiż Tiegħi 5 99
7 Bandiera tal-Andorra Andorra Susanne Georgi "La teva decisió" Id-deċiżjoni tiegħek 15 8
8 Bandiera tal-Iżvizzera Żvizzera Lovebugs "The Highest Heights" L-Ogħla Għoljiet 14 5
9 Bandiera tat-Turkija Turkija Hadise "Düm Tek Tek" (ħoss tat-tanbur) 2 172
10 Bandiera tal-Iżrael Iżrael Noa u Mira Awad "There Must Be Another Way" Irid Ikun Hemm Mod Ieħor 7 75
11 Bandiera tal-Bulgarija Bulgarija Krassimir Avramov "Illusion" Illużjoni 16 7
12 Bandiera tal-Iżlanda Iżlanda Jóhanna Guðrún Jónsdóttir "Is It True?" Huwa Minnu? 1 174
13 Bandiera tal-Maċedonja ta' Fuq Maċedonja Next Time "Nešto što kje ostane" Xi ħaġa li tibqa' 10 45
14 Bandiera tar-Rumanija Rumanija Elena Gheorghe "The Balkan Girls" It-Tfajliet Balkaniċi 9 67
15 Bandiera tal-Finlandja Finlandja Waldo's People "Lose Control" Telf Ta' Kontroll 12 42
16 Bandiera tal-Portugall Portugall Flor-de-Lis "Todas as ruas do amor" It-triqat kollha tal-imħabba 8 70
17 Bandiera ta' Malta Malta Chiara "What If We" Li Kieku Aħna 6 86
18 Bandiera tal-Bosnja-Ħerzegovina Bosnja-Ħerzegovina Regina "Bistra voda" Ilma ċar 3 125
  • It-tieni semifinali saret f'Moska nhar l-14 ta' Mejju.
  • Id-disa' pajjiżi li rċevew l-aktar voti mill-votazzjoni tal-pubbliku kkwalifikaw għall-finali tas-16 ta' Mejju.
  • Il-ġurija ddeċidiet liema pajjiż se jkun l-għaxar finalist.
  • Franza u r-Russja ivvutaw f'din is-semifinali. Spanja ġew magħżula biex jivvutaw f'din is-semifinali, però minħabba intoppi fl-iskeda ta' TVE, is-semifinali ġiet imxandra tard u t-telespettaturi Spanjoli ma setgħux jivvutaw.
  • Il-pajjiżi b'kulur il-ħawħa jindika liema għaddew għall-finali.
  • Il-pajjiż b'kulur flax jindika d-daħla li ġiet magħżula mill-ġurija biex tgħaddi għall-finali.
# Pajjiż Artist Kanzunetta Traduzzjoni Pożizzjoni Punti
1 Bandiera tal-Kroazja Kroazja Igor Cukrov "Lijepa Tena" Tena Sabiħa 13 33
2 Bandiera tar-Repubblika tal-Irlanda Irlanda Sinéad Mulvey u Black Daisy "Et Cetera" Eċċetra 11 52
3 Bandiera tal-Latvja Latvja Intars Busulis "Probka" Konġestjoni tat-traffiku 19 7
4 Bandiera tas-Serbja Serbja Marko Kon u Milan Nikolić "Cipela" Żarbuna 10 60
5 Bandiera tal-Polonja Polonja Lidia Kopania "I Don't Wanna Leave" Jien Ma Rridx Nitlaq 12 43
6 Bandiera tan-Norveġja Norveġja Alexander Rybak "Fairytale" Ħrafa 1 201
7 Bandiera ta' Ċipru Ċipru Christina Metaxa "Firefly" Musbieħ il-Lejl 14 32
8 Bandiera tas-Slovakkja Slovakkja Kamil Mikulčík u Nela Pocisková "Leť tmou" Tir qalb id-dalma 18 8
9 Bandiera tad-Danimarka Danimarka Niels Brinck "Believe Again" Erġa' Emmen 8 69
10 Bandiera tas-Slovenja Slovenja Quartissimo u Martina Majerle "Love Symphony" Sinfonija tal-Imħabba 16 14
11 Bandiera tal-Ungerija Ungerija Zoli Ádok "Dance With Me" Iżfen Miegħi 15 16
12 Bandiera tal-Ażerbajġan Ażerbajġan AySel u Arash "Always" Dejjem 2 180
13 Bandiera tal-Greċja Greċja Sakis Rouvas "This Is Our Night" Din Hi l-Lejla Tagħna 4 110
14 Bandiera tal-Litwanja Litwanja Sasha Son "Love" Imħabba 9 66
15 Bandiera tal-Moldova Moldova Nelly Ciobanu "Hora din Moldova" Żifna mill-Moldova 5 106
16 Bandiera tal-Albanija Albanija Kejsi Tola "Carry Me in Your Dreams" Ħudni Qalb il-Ħolm Tiegħek 7 73
17 Bandiera tal-Ukrajna Ukrajna Svetlana Loboda "Be My Valentine! (Anti-Crisis Girl)" Kun il-Valentinu Tiegħi! (Tfajla Anti-Kriżi) 6 80
18 Bandiera tal-Estonja Estonja Urban Symphony "Rändajad" Vjaġġatur 3 115
19 Bandiera tan-Netherlands Netherlands De Toppers "Shine" Ibrilla 17 11
  • Il-finali saret f'Moska nhar is-16 ta' Mejju.
  • Il-finalisti kienu:
    • "L-Ikbar Erbgħa" (Franza, Ġermanja, Spanja u r-Renju Unit).
    • Il-pajjiż ospitu, ir-Russja.
    • Id-disa' pajjiżi, minn kull semifinali, li kisbu l-aktar numru ta' voti mill-votazzjoni tal-pubbliku.
    • L-għażliet tal-ġurija minn kull semifinali.
  • Il-pajjiż li rebaħ il-festival hu kkulurit.
# Pajjiż Artist Kanzunetta Traduzzjoni Pożizzjoni Punti
1 Bandiera tal-Litwanja Litwanja Sasha Son "Love" Imħabba 23 23
2 Bandiera tal-Iżrael Iżrael Noa u Mira Awad "There Must Be Another Way" Irid Ikun Hemm Mod Ieħor 16 53
3 Bandiera ta' Franza Franza Patricia Kaas "Et s'il fallait le faire" U li kieku kellu jsir 8 107
4 Bandiera tal-Iżvezja Żvezja Malena Ernman "La Voix" Il-Vuċi 21 33
5 Bandiera tal-Kroazja Kroazja Igor Cukrov "Lijepa Tena" Tena Sabiħa 18 45
6 Bandiera tal-Portugall Portugall Flor-de-Lis "Todas as ruas do amor" It-triqat kollha tal-imħabba 15 57
7 Bandiera tal-Iżlanda Iżlanda Jóhanna Guðrún Jónsdóttir "Is It True?" Huwa Minnu? 2 218
8 Bandiera tal-Greċja Greċja Sakis Rouvas "This Is Our Night" Din Hi l-Lejla Tagħna 7 120
9 Bandiera tal-Armenja Armenja Inga u Anush "Jan Jan" Għażiż Tiegħi 10 92
10 Bandiera tar-Russja Russja Anastasiya Prykhodko "Mamo" Ma 11 91
11 Bandiera tal-Ażerbajġan Ażerbajġan AySel u Arash "Always" Dejjem 3 207
12 Bandiera tal-Bosnja-Ħerzegovina Bosnja-Ħerzegovina Regina "Bistra voda" Ilma ċar 9 106
13 Bandiera tal-Moldova Moldova Nelly Ciobanu "Hora din Moldova" Żifna mill-Moldova 14 69
14 Bandiera ta' Malta Malta Chiara "What If We" Li Kieku Aħna 22 31
15 Bandiera tal-Estonja Estonja Urban Symphony "Rändajad" Vjaġġatur 6 129
16 Bandiera tad-Danimarka Danimarka Niels Brinck "Believe Again" Erġa' Emmen 13 74
17 Bandiera tal-Ġermanja Ġermanja Alex Swings, Oscar Sings "Miss Kiss Kiss Bang" 20 35
18 Bandiera tat-Turkija Turkija Hadise "Düm Tek Tek" (ħoss tat-tanbur) 4 177
19 Bandiera tal-Albanija Albanija Kejsi Tola "Carry Me in Your Dreams" Ħudni Qalb il-Ħolm Tiegħek 17 48
20 Bandiera tan-Norveġja Norveġja Alexander Rybak "Fairytale" Ħrafa 1 387
21 Bandiera tal-Ukrajna Ukrajna Svetlana Loboda "Be My Valentine! (Anti-Crisis Girl)" Kun il-Valentinu Tiegħi! (Tfajla Anti-Kriżi) 12 76
22 Bandiera tar-Rumanija Rumanija Elena Gheorghe "The Balkan Girls" It-Tfajliet Balkaniċi 19 40
23 Bandiera tar-Renju Unit Renju Unit Jade Ewen "My Time" Il-Ħin Tiegħi 5 173
24 Bandiera tal-Finlandja Finlandja Waldo's People "Lose Control" Telf Ta' Kontroll 25 22
25 Bandiera ta' Spanja Spanja Soraya Arnelas "La noche es para mí" Il-lejl hi għalija" 23 23

Votazzjoni matul il-finali

[immodifika | immodifika s-sors]

Matul il-finali, il-pajjiżi se jħabbru l-voti tagħhom f'din l-ordni:[28]

Numru Pajjiż Numru Pajjiż
1 Bandiera ta' Spanja Spanja 22 Bandiera tas-Slovakkja Slovakkja
2 Bandiera tal-Belġju Belġju 23 Bandiera tal-Greċja Greċja
3 Bandiera tal-Bjelorussja Bjelorussja 24 Bandiera tal-Bosnja-Ħerzegovina Bosnja-Ħerzegovina
4 Bandiera ta' Malta Malta 25 Bandiera tal-Ukrajna Ukrajna
5 Bandiera tal-Ġermanja Ġermanja 26 Bandiera tat-Turkija Turkija
6 Bandiera tar-Repubblika Ċeka Repubblika Ċeka 27 Bandiera tal-Albanija Albanija
7 Bandiera tal-Iżvezja Żvezja 28 Bandiera tas-Serbja Serbja
8 Bandiera tal-Iżlanda Iżlanda 29 Bandiera ta' Ċipru Ċipru
9 Bandiera ta' Franza Franza 30 Bandiera tal-Polonja Polonja
10 Bandiera tal-Iżrael Iżrael 31 Bandiera tan-Netherlands Netherlands
11 Bandiera tar-Russja Russja 32 Bandiera tal-Estonja Estonja
12 Bandiera tal-Latvja Latvja 33 Bandiera tal-Kroazja Kroazja
13 Bandiera tal-Montenegro Montenegro 34 Bandiera tal-Portugall Portugall
14 Bandiera tal-Andorra Andorra 35 Bandiera tar-Rumanija Rumanija
15 Bandiera tal-Finlandja Finlandja 36 Bandiera tar-Repubblika tal-Irlanda Irlanda
16 Bandiera tal-Iżvizzera Żvizzera 37 Bandiera tad-Danimarka Danimarka
17 Bandiera tan-Norveġja Norveġja 38 Bandiera tal-Moldova Moldova
18 Bandiera tal-Bulgarija Bulgarija 39 Bandiera tas-Slovenja Slovenja
19 Bandiera tal-Litwanja Litwanja 40 Bandiera tal-Armenja Armenja
20 Bandiera tar-Renju Unit Renju Unit 41 Bandiera tal-Ungerija Ungerija
21 Bandiera tal-Maċedonja ta' Fuq Maċedonja 42 Bandiera tal-Ażerbajġan Ażerbajġan

Hawn taħt hawn taqsira tat-tnax-il punt li ngħataw fil-finali:

N. Pajjiż riċevitur Pajjiż votant
16 Bandiera tan-Norveġja Norveġja Belarus, Danimarka, Estonja, Ġermanja, Iżlanda, Iżrael, Latvja, Litwanja, Olanda, Polonja, Russja, Slovenja, Spanja, Ukrajna, Ungerija, Żvezja
6 Bandiera tat-Turkija Turkija Ażerbajġan, Belġju, Franza, Maċedonja, Renju Unit, Żvizzera
3 Bandiera tal-Bosnja-Ħerzegovina Bosnja-Ħerzegovina Kroazja, Montenegro, Serbja
Bandiera tal-Greċja Greċja Albanija, Bulgarija, Ċipru
Bandiera tal-Iżlanda Iżlanda Irlanda, Malta, Norveġja
2 Bandiera tal-Estonja Estonja Finlandja, Slovakkja
Bandiera tal-Moldova Moldova Portugall, Rumanija
1 Bandiera tal-Armenja Armenja Repubblika Ċeka
Bandiera tal-Ażerbajġan Ażerbajġan Turkija
Bandiera tal-Kroazja Kroazja Bożnija u Ħerżegovina
Bandiera tar-Rumanija Rumanija Moldova
Bandiera tar-Russja Russja Armenja
Bandiera ta' Spanja Spanja Andorra
Bandiera tar-Renju Unit Renju Unit Greċja
  1. ^ Stella Floras (19-03-2009). ESCToday (ed.). "Russia: Alsou and Andrey Malahov to host Eurovision semi finals" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  2. ^ a b ċ d e ESCToday, ed. (12-01-2009). "Eurovision 2009: 43 countries for Moscow" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  3. ^ a b Yahoo! News, ed. (25-05-2008). "Russia hails Eurovision success as 'another triumph'" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  4. ^ The Daily Mail, ed. (25-01-2009). "We wrote the Eurovision song in two hours, says Lloyd Webber" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  5. ^ a b Sietse Bakker (13-09-2008). EBU (ed.). "Moscow accepted as 2009 Host City!" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  6. ^ Víctor Hondal (21-07-2008). ESCToda' (ed.). "Prime Minister clears doubts up, Putin: "Eurovision will be held in Moscow"" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  7. ^ ESCToday, ed. (30-01-2009). "ESC 2009 Theme & Tickets information announced" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-ewwel= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-aħħar= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  8. ^ Oikotimes, ed. (27-02-2009). "Look out to the stage for Moscow" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-02-28. Miġbur 2009-05-13. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-aħħar= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  9. ^ Murray, Gavin (28-05-2008). ESCToday (ed.). "Big 4 (France; Germany; Spain; United Kingdom): May lose automatic place in Eurovision final" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  10. ^ ESCToday, ed. (14-09-2008). "Eurovision 'Big Four' final spots confirmed" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-ewwel= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-aħħar= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  11. ^ Klier, Marcus. ESCToday (ed.). "Exclusive: A new voting procedure for Eurovision?" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-05-19. Miġbur 2008-12-20. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  12. ^ Floras, Stella. ESCToday (ed.). "Poland: TVP proposes international jury for Eurovision" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-09-13. Miġbur 2008-12-20. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  13. ^ Viniker, Barry (12-08-2008). ESCToday (ed.). "EBU confirms 50/50 vote for Eurovision Song Contest" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-12-11. Miġbur 2008-12-20. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  14. ^ Oikotimes (ed.). "Austria to not be in Moscow 2009?" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-07-29. Miġbur 2009-02-06. Parametru mhux magħruf |last= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |first= injorat (għajnuna)
  15. ^ ESCToday, ed. (18-09-2008). "Austria: No return to Eurovision in 2009" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |last= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |first= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  16. ^ ESCToday, ed. (24-09-2008). "Slovakia to return in 2009" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-09-25. Miġbur 2009-02-09. Parametru mhux magħruf |last= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |first= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  17. ^ ESCKaz, ed. (28-08-2008). "Georgian broadcaster confirms Eurovision boycott" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  18. ^ ESCToday, ed. (28-08-2008). "Georgia will not participate in Moscow Eurovision" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |last= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |first= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  19. ^ Oikotimes, ed. (19-12-2008). "Georgia: GPB proudly changes decision and enters Eurovision 2009" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-12-21. Miġbur 2009-02-09. Parametru mhux magħruf |last= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |first= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  20. ^ Oikotimes, ed. (10-12-2008). "Record of participating countries, promises EBU" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-12-12. Miġbur 2009-02-09. Parametru mhux magħruf |last= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |first= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  21. ^ ESCToday, ed. (19-11-2008). "Monaco back in Moscow?" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |last= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |first= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  22. ^ Oikotimes, ed. (2008-11-27). "San Marino & Monaco out?" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-12-01. Miġbur 2009-02-09. Parametru mhux magħruf |last= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |first= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  23. ^ ESCToday, ed. (18-12-2008). "San Marino leaves Eurovision Song Contest" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |last= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |first= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  24. ^ Oikotimes, ed. (17-12-2008). "Latvia: LTV withdrew or just cancelled the national selection?" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-12-23. Miġbur 2009-02-09. Parametru mhux magħruf |last= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |first= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  25. ^ ESCToday, ed. (18-12-2008). "Latvia confirms withdrawal request" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |last= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |first= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  26. ^ Oikotimes, ed. (20-12-2008). "Latvia: LTV officially out and confirmed" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-12-21. Miġbur 2009-02-09. Parametru mhux magħruf |last= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |first= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  27. ^ EBU, ed. (30-01-2009). "LIVE: The Semi-Final Allocation Draw" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |last= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |first= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  28. ^ ESCToday, ed. (02-04-2009). "Live: Draw of the running order" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |last= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |first= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]