Festival tal-Eurovision 2006

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Festival tal-Eurovision 2006
"Feel The Rhythm"
Dati
Data tas-semifinali {{{semi}}}
Data tal-finali 20 ta' Mejju 2006
Ospitu
Sala Olympic Indoor Hall, Atenti, Greċja
Preżentatur(i) Maria Menounos
Sakis Rouvas
Att tal-intervall Elena Paparizou
Foteini Darra
Sakis Rouvas
Żeffiena Griegi
Parteċipanti
Numru ta' parteċipanti 37: 23 fis-semifinali; 24 fil-finali (14 kwalifikati awtomatikament u 10 mis-semifinali)
Pajjiżi debuttanti Bandiera tal-Armenja Armenja
Pajjiżi li rtiraw Bandiera tal-Awstrija Awstrija
Bandiera tas-Serbja u Montenegro Serbja u Montenegro
Bandiera tal-Ungerija Ungerija
Vote
Kanzunetta rebbieħa Finlandja Finlandja
"Hard Rock Hallelujah"
Festival tal-Eurovision
◄2005 2007►

Il-Festival tal-Eurovision 2006 kien il-51 edizzjoni tal-Festival tal-Eurovision u ġie organizzat fl-Olympic Indoor Hall ġewwa Ateni, il-Greċja fit-18 ta’ Mejju (għas-semifinali) u fl-20 ta’ Mejju (il-finali). Ix-xandar nazzjonali tal-festival kien ERT. Il-grupp Finlandiż Lordi rebħu l-festival bil-kanzunetta "Hard Rock Hallelujah" b'rekord ta' 292 punt. "Hard Rock Hallelujah" kienet l-ewwel kanzunetta rock li qatt rebħet il-Eurovision (il-Eurovision hu normalment assoċjat mal-mużika pop). Din kienet ukoll l-ewwel rebħa tal-Finlandja fil-Eurovision wara 40 sena ta' parteċipazzjoni.

Il-logo uffiċjali tal-festival kien l-istess bħal tal-2004 u l-2005 fejn il-bandiera tal-pajjiż ospititant tieħu post l-isfond tal-qalb. It-tema tal-2006 kien "Feel The Rhythm" ("Ħoss ir-Ritmu"). Din it-tema kienet ukoll il-bażi tal-kartolini għall-edizzjoni tal-2006, li enfasizzaw lill-Greċja bħala post storiku u wkoll bħala destinazzjoni turistika moderna.

Il-preżentaturi tal-Festival tal-Eurovision f'Ateni kienu l-kantant popolari Grieg Sakis Rouvas (ir-rappreżentant tal-Griegi fil-Eurovision 2004) u l-preżentatriċi televiżiva u attriċi Griega-Amerikana, Maria Menounos. Fis-semifinali, iż-żewġ preżentaturi tas-serata kantaw kanzunetta rebbieħa tal-Eurovision; "Love Shine A Light" tal-grupp Katrina and the Waves'. Għal wieħed mill-intervalli, Sakis Rouvas kanta verżjoni Ingliża tal-kanzunetta Griega "S' exo Erotefti" ("Jien inħobbok"). Helena Paparizou, li kantat il-kanzunetta rebbieħa fi Kjiv, irritornat fuq il-palk tal-Eurovision f'Ateni. Wara Sertab Erener u Ruslana, Helena Paparizou kompliet it-tradizzoni li tkanta fl-intervall tal-finali. Hi kantat "My Number One" u "Mambo!". Żeffiena Griegi kienu wkoll preżenti fl-atti ta' intervall, kif ukoll elementi oħra Griegi. CD u DVD uffiċjali kienu ppubblikati u kien hemm l-introduzzjoni tal-ktieb tal-ammiraturi li hu ktieb li minn din is-sena beda joħroġ kull sena u fih ikollu informazzjoni dettaljata ta' kull pajjiż parteċipant.

Biex is-serata finali ddum inqas ħin, il-ħin tal-votazzjoni dam għaxar minuti u l-proċedura tal-votazzjoni ġie mibdula: il-punti minn 1 sa 7 jidhru mal-ewwel fuq l-iskrin. Il-kelliema li jippreżentaw il-punti għal kull pajjiż jaqraw biss it-8, l-10 u t-12-il punt. Minkejja li dan kien mistenni li jgħaġġel il-finali, kien hemm xorta problemi fil-voti fejn xi klassifiki damu biex jitilgħu fuq l-iskrins. Il-kelliem tal-Olanda, Paul de Leeuw, ġab xi problemi fejn ta n-numru tal-mobajl lill-preżentatur Rouvas matul ir-riżultati Olandiżi, u b'hekk damu biex jitħabbru l-voti. Constantinos Christoforu, li kien qed jaqra l-voti għaċ-Ċiprijotti, x'ħin sellem u kien se jibda' jaqra' l-voti qal "Minn Nikosija, l-aħħar kapitali diviża fl-Ewropa".[1] Matul il-qari tal-voti ta' Ċipru, l-iskrin kien qed juri dawk tal-iŻvizzera bi żball. Il-proċess tal-voti kien ikkritikat minħabba li naqqas l-atmosfera meta nqraw biss tliet voti minn għaxra, bħal ma kien jiġri qabel.

Il-festival tal-2006 ra l-1,000 kanzunetta tal-fesitval, meta "Every Song Is A Cry For Love" kienet kantanta minn Brian Kennedy għall-Irlanda fl-ewwel post tas-semifinali. L-Armenja għamlet id-debutt fil-Eurovision. Dawk li għandhom għal qalbhom il-Eurovision, urew ix-xokk tagħhom meta l-kanzunetta mil-Litwanja kkwalifikat waqt li dik Belġjana falliet.

Pajjiżi parteċipanti[immodifika | immodifika s-sors]

Semifinali[immodifika | immodifika s-sors]

Is-semifinali saret fit-18 ta' Mejju 2006.

Il-kanzunetti li kkwalifikaw huma kkuluriti u b'tipa grassa.

# Pajjiż Artist/a/i Kanzunetta Traduzzjoni għall-Malti Pożizzjoni Punti
1 Armenja Armenja André Without Your Love Mingħajr Imħabbtek 6 150
2 Bulgarija Bulgarija Mariana Popova Let Me Cry Ħallini Nibki 17 36
3 Slovenja Slovenja Anžej Dežan Mr Nobody Sur Ħadd 16 49
4 Andorra Andorra Jenny Sense Tu Mingħajrek 23 8
5 Bjelorussja Belarussja Polina Smolova Mum Ommi 22 10
6 Albanija Albanija Luiz Ejlli Zjarr e ftohtë Nar u Ksieħ 14 58
7 Belġju Belġju Kate Ryan Je t'adore Nadurak 12 69
8 Repubblika tal-Irlanda Irlanda Brian Kennedy Every Song Is A Cry For Love Kull Kanzunetta Hija Bikja għall-Imħabba 9 79
9 Ċipru Ċipru Annet Artani Why Angels Cry Għaliex l-Anġli Jibku? 15 57
10 Monako Monaco Séverine Ferrer La coco-dance Iż-Żifna tal-Kokonut 21 14
11 Maċedonja ta' Fuq Maċedonja ta’ Fuq Elena Risteska Ninanajna Ninanajna 10 76
12 Polonja Polonja Ich Troje u Real McCoy Follow My Heart Insegwi 'l Qalbi 11 70
13 Russja Russja Dima Bilan Never Let You Go Ma Nitilqek Qatt 3 217
14 Turkija Turkija Sibel Tüzün Süper star Stilla 8 91
15 Ukrajna Ukrajna Tina Karol Show Me Your Love Urini Imħabbtek 7 146
16 Finlandja Finlandja Lordi Hard Rock Hallelujah Hard Rock Alleluja 1 292
17 Netherlands Netherlands Treble Amambanda Amambanda 20 22
18 Litwanja Litwanja LT United We Are The Winners Aħna r-Rebbieħa 5 163
19 Portugall Portugall Nonstop Coisas de nada Affarijiet Bla Tifsira 19 26
20 Żvezja Żvezja Carola Invincible Invinċibbli 4 214
21 Estonja Estonja Sandra Through My Window Minn Ġewwa t-Tieqa Tiegħi 18 28
22 Bosnia u Ħerżegovina Bosnia-Ħerżegovina Hari Mata Hari Lejla Lejla 2 267
23 Iżlanda Iżlanda Silvia Night Congratulations Awguri 13 62

Finali[immodifika | immodifika s-sors]

Il-pajjiżi fil-finali kienu:

  • l-erba' pajjiżi li jikkwalifikaw awtomatikament kull sena li huma Franza, il-Ġermanja, Spanja u r-Renju Unit;
  • l-ewwel għaxra mill-finali tal-2005;
  • l-ewwel għaxra mis-semifinali.

Il-finali saret nhar l-20 ta' Mejju 2006.

Pajjiżi skurati juru li kkwalifikaw għall-finali tal-Festival tal-Eurovision 2007, waqt li r-rebbieħ hu kkulurit.

# Pajjiż Artist/a/i Kanzunetta Traduzzjoni għall-Malti Pożizzjoni Punti
1 Żvizzera Żvizzera Six4One If We All Give a Little Jekk Kulħadd Jagħti Ftit 17 30
2 Moldova Moldova Arsenium u Natalia Gordienko Loca Miġnuna 20 22
3 Iżrael Iżrael Eddie Butler Together We Are One Flimkien Aħna Ħaġa Waħda 23 4
4 Latvja Latvja Cosmos I Hear Your Heart Jien Nisma' lil Qalbek 16 30
5 Norveġja Norveġja Christine Guldbrandsen Alvedansen Iż-Żifna tan-Nani 14 36
6 Spanja Spanja Las Ketchup Un Bloddy Mary Bloody Mary 21 18
7 Malta Malta Fabrizio Faniello I Do Irrid 24 1
8 Ġermanja Ġermanja Texas Lightning No No Never Le Le Qatt 15 36
9 Danimarka Danimarka Sidsel Ben Semmane Twist Of Love Iż-Żifna tal-Imħabba 18 26
10 Russja Russja Dima Bilan Never Let You Go Ma Nitilqek Qatt 2 248
11 Maċedonja ta' Fuq Maċedonja ta’ Fuq Elena Risteska Ninanajna Ninanajna 12 56
12 Rumanija Rumanija Mihai Trăistariu Tornerò Se Nirritorna 4 172
13 Bosnia u Ħerżegovina Bosnia- Ħerżegovina Hari Mata Hari Lejla Lejla 3 229
14 Litwanja Litwanja LT United We Are The Winners Aħna r-Rebbieħa 6 162
15 Renju Unit Renju Unit Daz Simpson Teenage Life Ħajja Żagħżugħa 19 25
16 Greċja Greċja Anna Vissi Everything Kollox 9 128
17 Finlandja Finlandja Lordi Hard Rock Hallelujah Hard Rock Alleluja 1 292
18 Ukrajna Ukrajna Tina Karol Show Me Your Love Urini Imħabbtek 7 145
19 Franza Franza Virginie Pouchain Il était temps Iż-żmien wasal 22 5
20 Kroazja Kroazja Severina Moja štikla It-Takkuna Tiegħi 13 56
21 Repubblika tal-Irlanda Irlanda Brian Kennedy Every Song Is A Cry For Love Kull Kanzunetta Hija Bikja Għall-imħabba 10 93
22 Żvezja Żvezja Carola Invincible Invinċibbli 5 170
23 Turkija Turkija Sibel Tüzün Süper Star Stilla 11 91
24 Armenja Armenja André Without Your Love Mingħajr Imħabbtek 8 129

Xandara internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Mappa[immodifika | immodifika s-sors]

Parteċipazzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

     Pajjiżi parteċipanti      Pajjiżi li ħadu sehem fis-semifinali imma ma kkwalifikawx għall-finali      Pajjiżi li pparteċipaw fil-passat imma mhux f'din is-sena

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Kliem tradotti minn: "From Nicosia, the last divided capital in Europe".

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]