Fabrizio Faniello

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
Fabrizio Faniello
Isem sħiħ Fabrizio Faniello
Twieled 27 ta' April 1981 (1981-04-27) (38 sena)
Ġeneru Pop
Sit uffiċjali www.fabriziofaniello.de

Fabrizio Faniello (Furjana, 27 ta' April 1981) huwa kantant Malti. Hu rrapreżenta lil Malta fil-Festival tal-Eurovision darbtejn, fl-2001 u fl-2006. Minkejja s-suq żgħir tal-mużika f'Malta, hu rnexxielu jagħmel ismu barra minn pajjiżu, fejn esebixxa flimkien ma' diversi kantanti prominenti bħal Jim O'Rourke, Fennesz, Ryuichi Sakamoto, Richard D. James u Masami Akita.

Għandu wkoll oħtu, Claudia Faniello, li hi wkoll kantanta.

Bijografija[immodifika | immodifika s-sors]

Faniello skopra il-mużika f'età tenera. L-għalliema tiegħu tatu parir biex jattendi f'lezzjonijiet vokali. Madankollu, Faniello kellu interess ukoll fil-futbol. Fl-1997 hu lagħab għal sena f'Turin.

Meta kellu sittax-il sena, għażel li jagħmel il-mużika l-professjoni tiegħu u rritorna Malta. F'dawk is-snin ħareġ 3 albums ta' suċċess kbir u diversi kanzunetti. Minkejja li l-aktar suċċess sar fil-gżejjer Maltin, il-kanzunetti tiegħu ħarġu wkoll f'pajjiżi Ewropej. Hu rnexxielu jażel fl-Aqwa 10 b'"The Whistel Hit" fl-Iżvezja, flimkien ukoll ma' "Bye Baby Bye Bye" fl-istess pajjiż fl-2005.

Ipparteċipa fil-Festival tal-Eurovision fl-2001 u wasal sad-disa' post. Hu pparteċipa diversi drabi fis-selezzjoni għall-Eurovision. Fl-2006, hu reġa' kiseb id-dritt li jirrapreżenta lil Malta fil-Eurovision, imma din id-darba ma tantx kienet avventura ta' suċċess għaliex Malta spiċċat l-aħħar b'punt wieħed biss.

Ix-xogħol fuq il-kanzunetti tiegħu isir il-biċċa l-kbira fil-Ġermanja u ħafna mill-kanzunetti kienu miktuba minn liriċisti Ġermaniżi.

Diskografija[immodifika | immodifika s-sors]

Albums[immodifika | immodifika s-sors]

  • 2001: While I'm Dreaming
  • 2004: When We Danced
  • 2005: Believe
  • 2007: Hits & Clips

Kanzunetti[immodifika | immodifika s-sors]

  • 2001: "Another Summer Night"
  • 2001: "My Girl"
  • 2002: "Show Me Now"
  • 2002: "Let Me Be Your Lover"
  • 2002: "Just 4 Christmas"
  • 2004: "When We Danced"
  • 2004: "I'm In Love (The Whistle Song)"
  • 2005: "Love On The Radio"
  • 2006: "I Do"
  • 2006: "Believe"
  • 2007: "Love Me Or Leave Me"
  • 2007: "I Need To Know"

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]

Predeċessur
Claudette Pace
Malta fil-Festival tal-Eurovision
2001

Suċċessur
Ira Losco

Predeċessur
Chiara Siracusa
Malta fil-Festival tal-Eurovision
2006

Suċċessur
Olivia Lewis