Ira Losco

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
Ira Losco
Iraband.jpg
Informazzjoni ġenerali
Twieled 31 ta' Lulju 1981 (1981-07-31) (38 sena)
Tas-Sliema, Malta
Ġeneru Pop rock, rock, alternattiva
Snin ta' attività 1998–preżent
Sit uffiċjali www.iralosco.com

Ira Losco (Tas-Sliema, 31 ta' Lulju 1981) hija kantanta u liriċista Maltija. B'diversi kanzunetti u albums fl-ewwel post tal-klassifika, Ira Losco hi waħda fost l-aktar artisti li biegħet diski f'Malta.

Bijografija[immodifika | immodifika s-sors]

Tiara[immodifika | immodifika s-sors]

Ira bdiet il-karriera tagħha fl-1997 mal-grupp Tiara. Ħarġu d-diska "Teleport Me" għall-Green Label Collection CD u album bl-isem ta' "Hi-Infidelity" fl-2001, li kien jinkludi d-diska li tathom l-akbar suċċess; "Basketball".

Tard fl-2001, Ira ħarġet ukoll album bl-isem; Butterfly, b'diski bħal "Summerbreeze" mad-DJ Malti J.Joy u "Butterfly" mal-kantant tar-rap Malti IQ, li hi verżjoni oħra tal-kanzunetta kantanta minn Claudette Pace fil-festival Malta Song For Europe tal-1996.

Festival tal-Eurovision 2002[immodifika | immodifika s-sors]

Tiara infirdu ftit xhur wara li Ira Losco irrapreżentat lil Malta fl-Festival tal-Eurovision 2002 li saret f'Tallinn. Hi ġiet it-tieni post bid-diska 7th Wonder. Fl-2003, intgħażlet biex tkanta d-diska "Reaching Higher", li kienet id-diska uffiċjali għall-għaxar edizzjoni ta' l-2003 tal-Logħob tal-pajjiżi ż-żgħar li saru Malta.

Albums[immodifika | immodifika s-sors]

Someone Else[immodifika | immodifika s-sors]

Bid-19 ta' April 2004, Ira ħarġet l-album "Someone Else" li kien aktar fuq l-istil tagħha ta' pop-rock u rock alternattiv li kellha ma' Tiara. Fit-28 ta' Ġunju 2004, Ira ħarġet it-tieni vidjo mużikali tagħha (wara "7th Wonder") għad-diska "I'm in Love Again".

Fit-28 ta' Jannar 2005 ħareġ ir-remix album ta' "Someone Else", bl-isem "Blends & Remixes of Someone Else". Fih jinsabu remixes minn DJs kbar Maltin bħal DJ Ruby, Miss Roberta u Joseph Armani.

Accident Prone[immodifika | immodifika s-sors]

Wara li rebħet bosta rikonoxximenti, dehret fuq it-telvixin, magazini u għamlet xi esebizzjonijiet ma' kantanti kbar bħal Elton John, Katie Melua u Melanie C, ħarġet il-kanzunetta "Get Out" fil-Ġermanja u anke "Everyday" fuq ir-radju f'Malta.

It-tielet album tagħha, "Accident Prone" ħareġ fis-16 ta' Novembru 2005. Fih jinsabu disa' diski ġodda, "Get Out", "Everyday" u verżjoni oħra tal-kanzunett ta' Lisa Miskovsky, "Driving One Of Your Cars". L-album mar tajjeb ħafna u d-diski "Everyday", "Get Out", "Don't Wanna Talk About It", "Driving One Of Your Cars", "Accident Prone", "Uh-Oh" u "Waking Up To The Light" ħarġu bħala kanzunetti uffiċjali. Kollha kellhom suċċess kbir u ndaqqu ħafnaminn stazzjonijiet lokali, speċjalment "Accident Prone" u "Uh-Oh".

Unmasked[immodifika | immodifika s-sors]

L-album ta' wara kien verżjoni unplugged ta' wħud mid-diski tagħha, żewġ diski ġodda, verżjoni oħra ta' "Time After Time" ta' Cyndi Lauper, waħda ta' Softcell, "Bedsitter" u oħra ta' The Cure, "Love Song". L-interpretazzjonijiet huma kollha verżjonijiet ta' acoustic rock.

Fortune Teller[immodifika | immodifika s-sors]

F'Lulju 2007, Ira Losco ħarġet il-kanzunetta "Something To Talk About" li se tkun inkluża fl-album li jmiss "Fortune Teller", li hu ppjanat li joħroġ f'Mejju 2008. Wara kien imiss it-tieni silta mużikali minn Fortune Teller, "Don't Look Down". Fl-10 ta' Diċembru 2007, "Living It..." kien maħruġ fiċ-ċinema lokali u fuq DVD. Dan kien jinkludi s-serati memorabbli, kollaborazzjonijiet internazzjonali, vidjos, servizz minn wara l-kwinit, intervista personali u kanzunetti ġodda esklussivi għall-album li jmiss. F'Jannar, il-vidjo mużikali "Don't Look Down" kien maħruġ.

Diskografija[immodifika | immodifika s-sors]

Albums[immodifika | immodifika s-sors]

Unuri u Nominazzjonijiet[immodifika | immodifika s-sors]

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]

Predeċessur
Fabrizio Faniello
Malta fil-Festival tal-Eurovision
2002

Suċċessur
Lynn Chircop