Olivia Lewis

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
Olivia Lewis f'Ħelsinki (2007)

Olivia Lewis (Ħal Qormi, 18 ta' Ottubru 1978) hi kantanta Maltija.

Lewis bdiet tkanta ta' tifla żgħira u kienet tinvolvi ruħha f'diversi festival mużikali. Hi tkanta diversi stili mużikali, minn pop għal jazz, imma tippreferi aktar l-mużika soul.

Fix-xena mużikali lokali, hi hi l-aktar popolari miħabba n-numru ta' parteċipazzjonijiet li għamlet fil-festival tal-Kanzunetta Maltija għall-Ewropa, li tagħżel il-kanzunetta Maltija li se tikkompeti fil-Festival tal-Eurovision. Fil-ħdax-il attentat tagħha, hi finalment rebħet il-festival tal-2007, li sar fit-3 ta' Frar 2007, bil-kanzunetta "Vertigo". Hi rrapreżentat lil Malta fis-semifinali tal-Eurovision 2007 f'Ħelsinki, fil-Finlandja, nhar l-10 ta' Mejju 2007. Hi kantat fl-20 post wara l-kantanta Norveġiża Guri Shanke bil-kanzunetta "Ven a bailar conmigo" u qabel il-grupp Anonymous mill-Andorra bil-kanzunetta "Salvem El Món". Madanakollu hi ma rnexxilhiex taqta' passaġġ għall-finali, fejn ikklassifikat fil-25 post minn 28 pajjiż b'total minimu ta' 15-il punt.

Parteċipazzjoni fil-Malta Song For Europe[immodifika | immodifika s-sors]

Sena Poż. Kanzunetta Noti
1997 7 "Falling (for your love)" flimkien ma' Marvic Lewis
1998 15 "You're the one"
1999 7 "Autumn of my love"
2000 5 "Only for you"
9 "I wanna love you"
2001 7 "Love will see me through"
10 "Hold me now"
2002 11 "Give me wings"
2003 6 "Starting over" flimkien ma' IQ's Verse-One
2004 2 "Take a look" miktuba minn Paul Giordimaina u Fleur Balzan
2005 2 "Deja Vu" miktuba minn Philip Vella u Gerard James Borg
2006 2 "Spare a moment" miktuba minn Ray Agius u Godwin Sant
2007 1 "Vertigo" miktuba minn Philip Vella u Gerard James Borg
Predeċessur
Fabrizio Faniello
Malta fil-Festival tal-Eurovision
2007

Suċċessur
Morena