Festival tal-Eurovision 1956

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Festival tal-Eurovision 1956
Dati
Data tal-finali 24 ta' Mejju 1956
Ospitu
Sala Teatro Kursaal, Lugano, Żvizzera
Preżentatur(i) Lohengrin Filipello
Konduttur Fernando Paggi
Att tal-intervall Les Joyeux Rossignols u Les Trois Ménestrels
Parteċipanti
Numru ta' parteċipanti 14
Vote
Kanzunetta rebbieħa Żvizzera Żvizzera
"Refrain"
Festival tal-Eurovision
[[ |►]]

Il-Festival tal-Eurovision 1956 kien l-ewwel edizzjoni tal-Festival tal-Eurovision, u dan sar f'Lugano, l-Iżvizzera. Din l-ewwel edizzjoni kienet aktar programm tar-radju, minkejja li kien hemm xorta waħda kameras fl-istudjo għall-benefiċċju tal-ftit Ewropej li kellhom televiżjoni. Id-differenza li din l-edizzjoni kellha mill-kompetizzjonijiet l-aktar riċenti, hi li kull pajjiż seta' jibgħat żewġ kanzunetti minflok waħda.

Kien ġie rakkomandat bil-qawwi li kull pajjiż parteċipant ikollu festival nazzjonali preliminarju. L-Awstrija, id-Danimarka u r-Renju Unit ġew skwalifikati mis-serata finali, minħabba li kollha rreġistraw wara l-aħħar data ta' sottomissjoni.

Kull pajjiż parteċipant bagħat żewġ ġuriji f'Lugano, minbarra l-Lussemburgu li ħallew lill-ġurija Żvizzera biex jivvutaw għal posthom.

L-ebda rikording tal-vidjo tal-avveniment kollu mhu magħruf li salva, minkejja li rikording akustiku jeżisti (minkejja li għoxrin minuta huma neqsin mit-tmiem tal-ewwel parti tal-att tal-intervall sal-bidu tat-tħabbira tar-rebbieħ). Jidher li l-uniku vidjo minn dan il-konkors li baqa' intatt juri l-esebizzjoni tal-kanzunetta "Refrain" mingħand Assia wara r-rebħ tal-ewwel edizzjoni.

Regola waħda ta' dan il-konkors hu li kull pajjiż kellu jkollu finali nazzjonali; din ir-regola ġiet imwaqqa' fis-snin ta' wara u xi pajjiżi għażlu li jagħżlu l-kanzunetta internament.

Kontroversja tal-votazzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Is-sistema tal-votazzjoni f'dan il-festival kien iħalli lill-ġurija jivvutaw lil kull kanzunetta, inklużi wkoll dawk tal-istess pajjiż. Din hija sistema li reġgħetx ġiet użata, u hu emmnut minn xi nies li din kienet ir-raġuni wara r-rebħa ta' Assia.

Aktar minn hekk, il-ġurija Żvizzera kellha l-piż tal-voti tad-delegazzjoni tal-Lussemburgu, li din kienet xi ħaġa li għal darb'oħra ma ġietx ripetuta fl-istorja tal-Festival. Din ukoll wasslet għal xi allegazzjonijiet li dawn il-voti setgħu xaqilbu r-riżultat f'favur Assia.

Ir-riżultati ta' dan il-festival qatt ma ġew muriha lill-pubbliku, li ġab ukoll għajdut fuq il-pożizzjonijiet l-oħra. Il-kanzunetta l-oħra ta' Assia qatt ma ħarġet kummerċjalment, li wkoll ġab ħjiel li l-kanzunetta ma tantx marret tajjeb. Ħjiel oħra jinkludu wkoll il-possibilità tat-tieni post tal-Ġermanja permezz ta' Walter Andreas Schwarz (jew Freddy Quinn, f'xi verżjonijiet tal-għajdt), u b'hekk jiġi ġġustifikat il-fatt li l-Ġermanja ospitat l-edizzjoni tas-sena ta' wara, u l-possibilità tat-tielet post minn waħda mill-kanzunetti Belġjani.

L-att ta' l-interval, it-tisfir minn Joyeux Rossignols, kellu jiġi estiż minħabba dewmien fil-proċedura tal-voti.

Riżultati[immodifika | immodifika s-sors]

# Pajjiż Artist Kanzunetta Traduzzjoni Pożizzjoni Punti
1 Bandiera tan-Netherlands Netherlands Jetty Paerl De vogels van Holland L-Għasafar tal-Olanda
2 Bandiera tal-Iżvizzera Żvizzera Lys Assia Das alte Karussell Il-Karrozzella l-Antika
3 Bandiera tal-Belġju Belġju Fud Leclerc Messieurs les noyés de la Seine Is-Sinjur Mgħarraq tas-Senna
4 Bandiera tal-Ġermanja Ġermanja Walter Andreas Schwarz Im Wartesaal zum großen Glück Il-Kamra tal-Istennija tal-Awguri
5 Bandiera ta' Franza Franza Mathé Altéry Le temps perdu Il-Ħin Mitluf
6 Bandiera tal-Lussemburgu Lussemburgu Michèle Arnaud Ne crois pas Temminx
7 Bandiera tal-Italja Italja Franca Raimondi Aprite le finestre Iftaħ it-Twieqi
8 Bandiera tan-Netherlands Netherlands Corry Brokken Voorgoed voorbij Għadda għal Kollox
9 Bandiera tal-Iżvizzera Żvizzera Lys Assia Refrain Trażżin 1
10 Bandiera tal-Belġju Belġju Mony Marc Le plus beau jour de ma vie L-Isbaħ Ġurnata ta' Ħajti
11 Bandiera tal-Ġermanja Ġermanja Freddy Quinn So geht das jede Nacht Hekk Inhu Kull Lejl
12 Bandiera ta' Franza Franza Dany Dauberson Il est là Hu qiegħed Hawn
13 Bandiera tal-Lussemburgu Lussemburgu Michèle Arnaud Les amants de minuit In-Namrati ta' Nofs il-Lejl
14 Bandiera tal-Italja Italja Tonina Torrielli Amami se vuoi Ħobbni Jekk Trid

Mappa[immodifika | immodifika s-sors]

     Pajjiżi parteċipanti

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]