Walter Andreas Schwarz
Walter Andreas Schwarz | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Aschersleben (en) , 2 Ġunju 1913 |
Nazzjonalità | Ġermanja |
Mewt | Heidelberg, 1 April 1992 |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Ġermaniż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
kantant cabaret performer (en) traduttur kittieb kompożitur |
Parteċipant | |
Moviment artistiku | chanson |
Strument/i tal-mużika | vuċi |
Tikketta tar-reġistrazzjoni | Ariola (en) |
Walter Andreas Schwarz (twieled fit-2 ta' Ġunju 1913 – miet fl-1 ta' April 1992) kien kantant, kittieb mużikali, rumanzier, kabarettist, awtur tar-radjudrammi u traduttur Ġermaniż.
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Schwarz twieled f'Aschersleben. Fl-1956, hu kkompeta bil-kompożizzjoni tiegħu stess "Im Wartesaal zum großen Glück" fil-finali nazzjonali Ġermaniża għall-Festival tal-Eurovision u rebaħ. Flimkien ma' Freddy Quinn, b'hekk sar l-ewwel parteċipant għall-Ġermanja f'din il-kompetizzjoni. Il-pożizzjoni finali tiegħu fis-serata internazzjonali mhix magħrufha, minkejja li xi għajdut isostnu li kien spiċċa fit-tieni post.[1] Il-kanzunetta ġiet pubblikata bħala singlu imma kummerċjalment, ma tantx kienet ta' suċċess. Rekords oħra popolari ma ġwx ippublikati. Hu imbagħad sar awtur tan-novelli ta' suċċess u speċjalment fir-radjudrammi. Fl-1985, hu deher — flimkien ma' rappreżentati veterani oħra Ġermaniżi — fl-att tal-intervall tal-finali nazzjonali Ġermaniża, fejn kantaw siltiet mill-parteċipazzjonijiet kollha tal-Ġermanja fil-Eurovision sa dik is-sena. Għal diversi snin hu għex f'Londra qabel ma mar lura lejn il-Ġermanja. Hu miet f'April 1992 f'Heidelberg.
Xogħlijiet
[immodifika | immodifika s-sors]Novelli
[immodifika | immodifika s-sors]- Die Frucht der Ungesetzlichkeit (1982)
- Der Bürger Karl Marx aus Trier (1983)
Radjudrammi
[immodifika | immodifika s-sors]- Der Untertan (1965)
- Anna Karenina (1967)
- Don Quijote (1964)
- Jud Süß (1986)
- The Hitchhiker's Guide to the Galaxy (1990-1991)