April

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jannar · Frar · Marzu · April · Mejju · Ġunju · Lulju · Awwissu · Settembru · Ottubru · Novembru · Diċembru
April
Ħad Tne Tli Erb Ħam Ġim Sib
31 1 2 3 4 5 6
7 8 9 10 11 12 13
14 15 16 17 18 19 20
21 22 23 24 25 26 27
28 29 30 1 2 3 4
Għal użi oħra, ara April (diżambigwazzjoni)

April huwa r-raba' xahar tas-sena fil-kalendarju Gregorjan, u wieħed minn erba' xhur bi 30 jum. April kien oriġinarjament it-tieni xahar tal-kalendarju Ruman, qabel ma' Jannar u Frar kienu miżjuda mir-Re Numa Pompilius madwar is-sena 700 QK. Dan sar ir-raba' xahar tas-sena tal-kalendarju (fis-sena meta t-tnax ix-xahar kienu mniżżla wara xulxin) matul iż-żmien tal-decemvirs, madwar 450 QK, u dakinhar kien ingħata 29 ġurnata. Is-sors ta' dan l-isem (LatinAprilis) hu nċert. L-etimoloġija tradizzjonali mil-Latin aperire, "tiftaħ", b'referenza għal April bħala l-bidu tal-istaġun meta s-siġar u l-fjuri jibdew "jiftħu", hija msaħħa mill-użu ta' ἁνοιξις ("ftuħ") għar-rebbiegħa fil-Grieg modern. Minħabba li ħafna mix-xhur Rumani kienu msemmija f'ġieħ id-divinitajiet, u billi April kien ikkonsagrat lil Venere u li festa tagħha, l-Festum Veneris et Fortunae Virilis kienet issir fl-ewwel ġurnata, kien suġġerit li Aprilis kien oriġinarjament ix-xahar tagħha Aphrilis, mill-isem Grieg Afrodite (Aphros), jew mill-Etrusk Apru.

L-Anglo-Sassoni kienu jsejħu lil April Oster-monath jew Eostur-monath, il-perjodu mqaddes ta' Eostre jew Ostara, l-allat pagani Sassoni tar-rebbiegħa, li minn isimhom ġejja l-kelma "Easter" għall-Għid modern. Jum San Ġorġ hu fit-tlieta u għoxrin tax-xahar, u lejlet San Mark, bis-superstizzjoni li l-erwieħ ta' dawk li jkunu ħa jmutu matul dik is-sena jidhru jduru fil-knisja, taqa' fl-erbgħa u għoxrin.

April, illustrazzjoni minn Très riches heures du duc de Berry

Ix-xahar ta' April jibda (astroloġikament) meta x-xemx tkun fis-simbolu ta' Aries u jispiċċa fis-simbolu tal-Barri. Astronomikament, ix-xemx tibda fil-kostellazzjoni tal-Ħut u jispiċċa f'dak ta' Aries. April jibda fl-istess ġurnata tal-ġimgħa bħal Lulju f'kull sena, u Jannar fi snin biżistiti.

Avvenimenti f'April[immodifika | immodifika s-sors]