Jannar

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jannar · Frar · Marzu · April · Mejju · Ġunju · Lulju · Awwissu · Settembru · Ottubru · Novembru · Diċembru
Jannar
Ħad Tne Tli Erb Ħam Ġim Sib
31 1 2 3 4 5 6
7 8 9 10 11 12 13
14 15 16 17 18 19 20
21 22 23 24 25 26 27
28 29 30 31 1 2 3

Jannar huwa l-ewwel xahar tas-sena skond il-kalendarju Gregorjan. Dan ix-xahar għandu 31 jum, u hu wieħed minn seba' xhur ta' 31 jum fil-kalendarju Gregorjan.

Jannar jibda (astroloġikament) bix-xemx fil-Kaprikornu u jispiċċa fl-Akwarju.

L-isem Jannar hu minn alla Ruman Ġanu (Ianuarius), l-alla tal-bibien; l-isem kellu l-bidu tiegħu fil-mitoloġija Rumana, fejn il-kelma Latina għal bieb (ianua) tiġi - Jannar hu l-bieb għas-sena. L-alla Ġanu kien meqjum minn xi 400 qK sa xi 400 wK. Fit-talb kienu jibdew bih, anke qabel il-kbir Ġove, u kien imfittex fil-bidu ta’ ħafna affarijiet, gwerer inklużi. Fl-istatwi huwa skolpit b’żewġ uċuħ opposti, wieħed biex iħares lura u l-ieħor għal quddiem, b’muftieħ f’idu l-leminija u b’bastun fix-xellugija. Il-festi tiegħu kienu jsiru għall-bidu tas-sena. Il-Ħindi ukoll għandhom, fost mijiet ta’ allat, lil alla Vayu, rappreżentat b’żewġ uċuħ biex iħares lura u ’l quddiem u wkoll jitolbuh qabel jibdew l-affarijiet. Ukoll f’Jannar, fil-15, għandhom il-Makara Sakranti, festival kbir tal-ħasil fix-xmajjar speċjalment dik Ganges meqjusa l-iktar qaddisa.

Tradizzjonalment, il-kalendarju Ruman kien jikkonsisti minn 10 xhur, b'total ta' 304 ġurnata, fejn ix-xitwa kienet meqjusa bħala xahar mingħajr ġranet. Madwar 713 QK, ir-Re Numa Pompilius żied ix-xhur ta' Jannar u Frar biex jagħmel in-numru ta' ġranet tas-sena daqs tas-sena solari (355 ġurnata). L-ewwel ġurnata tax-xahar hi magħrufa bħala l-Istrina. Fil-bidu tal-153 QK ħa post Marzu bħala l-ewwel xahar. Marzu qabel kien l-ewwel xahar fil-kalendarju antik Ruman.

Diversi dati tal-festi Nsara kienu użati għall-Ewwel tas-Sena fl-Ewropa, fosthom il-25 ta' Marzu (festa ta' l-Annunzjata) u l-25 ta' Diċembru (il-Milied). Madanakollu, l-kalendarji medjevali kienu mfassla fuq il-mudell Ruman ta' tnax-il kolonna minn Jannar sa Diċembru. Fis-seklu 16, pajjiżi Ewropej bdew uffiċċjalment jagħmlu l-1 ta' Jannar il-bidu ta' sena ġdida.

Jannar, illustrazzjoni minn Très riches heures du duc de Berry

Ismijiet storiċi għal Jannar jinkludu l-isem oriġinali Ruman, Ianuarius, il-kelma tas-Sassonja Wulf-monath ("xahar tal-lupu"), u t-terminu wżat minn Karlu Manju Wintarmanoth ("xitwa/xahar kiesaħ"). Bil-Fillandiż, ix-xahar hu msejjaħ tammikuu, li tfisser ix-xahar tal-balluta, imma t-tifsira oriġinali kienet ix-xahar tal-qalb tax-xitwa, billi "tammi" kienet tfisser qalb. Dan ix-xahar hu msejjaħ bil-lingwa Ċeka leden, li tfisser ix-xahar tas-silġ.

L-ewwel Tnejn ta' Jannar hu magħruf bħala Handsel Monday fl-Iskozja u fit-tramuntana ta' l-Ingilterra. Fl-Ingilterra, is-sena tal-agrikoltura bdiet b'Plough Sunday fil-Ħadd wara l-Epifanija.

Fil-kalendarju Kattoliku hemm festi importanti li jibdew fil-bidunett (twelid Jannar huwa mfakkar minn kull kampnar). Skont ir-riforma tal-1969, l-ewwel ta’ Jannar sar iddedikat lil Marija Omm Alla. Qabel kienet il-festa taċ-ċirkonċiżjoni ta’ Ġesù (li tneħħiet mill-kalendarju fl-1974). L-ewwel Ħadd ta' Jannar (meta mhux l-ewwel tas-sena) imbagħad huwa l-festa tal-Epifanija u t-tieni Ħadd dik tal-Magħmudija ta’ Ġesù.

L-età maġġuri fil-Ġappun hi t-tieni Tnejn ta' Jannar, għal dawk li jkunu jagħlqu l-20 sena fis-sena l-ġdida tal-kalendarju. Din hi vaganza nazzjonali. Il-ġurnata kienet iċċelebrata mill-1948, imma tmexxiet għall-15 ta' Jannar mis-sena 1999, fejn kienet tmexxiet mill-gvern Ġappuniż f'attenat biex ikabbar l-ekonomija.

Fir-rota tas-sena Pagana, Jannar jispiċċa fil-perjodu ta' l-Imbolc fl-emisferu tat-tramuntana u Lughnasadh fl-emisferu ta' nofsinhar.

Tradizzjonijiet Maltin marbuta ma' Jannar[immodifika | immodifika s-sors]

Jannar tista’ tgħid huwa l-eqqel tax-xitwa Maltija bil-ġranet fost l-iqsar u l-iljieli l-itwal, u spiss ikun il-maltemp (f’Jannar stenna xita, ksieħ u nar (beraq)) u ksieħ (il-bard ta’ Jannar iqaxxar ġild ta’ ħmar).

U mhux biss Jannar imma anke x-xahar ta’ warajh (Jannar kiefer u Frar għandu d-dwiefer). Għalhekk aħjar li F’Jannar agħlaq in-nagħaġ fil-għar.

Ix-xita ta’ Jannar hija tajba: Ix-xita ta’ Jannar traxxix il-bżar (demel).

Madanakollu xita żejda hija ta’ ħsara (Meta Jannar huwa lewwiemi, ma tarax bidwi hieni).

Jannar huwa wkoll żmien il-mard, l-iktar dak respiratorju jew virali (Dehxa ta’ Jannar (ħosba) fawra (rash) lewn in-nar) li l-iktar li jolqot huwa lix-xjuħ (f’Jannar ix-xiħ jew fis-sodda jew fl-isptar).

Għall-qtates imma huwa żmien ta’ attività oħra (Jannar ma jħallix qattusa d-dar).

Avvenimenti f'Jannar[immodifika | immodifika s-sors]