Aqbeż għall-kontentut

Diċembru

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jannar · Frar · Marzu · April · Mejju · Ġunju · Lulju · Awwissu · Settembru · Ottubru · Novembru · Diċembru
Diċembru
Ħad Tne Tli Erb Ħam Ġim Sib
1 2 3 4 5 6 7
8 9 10 11 12 13 14
15 16 17 18 19 20 21
22 23 24 25 26 27 28
29 30 31 1 2 3 4
Għal użi oħra, ara Diċembru (diżambigwazzjoni)

Diċembru hu t-tnax u l-aħħar xahar tas-sena fil-kalendarju Gregorjan, u wieħed minn seba' xhur Gregorjani li għandhom 31 jum.

Diċembru jibda, astroloġikament, meta x-xemx tkun fis-simbolu tas-Saġittarju u jispiċċa fis-simbolu tal-Kaprikornu. Astronomikament, ix-xemx tibda fil-kostellazzjoni ta' Ophiuchus, li hi l-unika kostellazzjoni żodjakali li mhix mgħodda bħala simbolu astroloġiku, u tispiċċa fil-kostellazzjoni tas-Saġittarju.

Bil-Latin, decem tfisser "għaxra". Diċembru kien ukoll l-għaxar xahar tal-kalendarju Ruman sakemm l-istaġun tax-xitwa (li kien staġun li ma kellux xahar ġo fih) kien ġie diviż bejn Jannar u Frar.

Dan ix-xahar hu x-xahar bl-inqas numru ta' sigħat bix-xemx tas-sena fl-emisferu tat-Tramuntana u bl-iktar numru ta' sigħat bix-xemx tas-sena fl-emisferu tan-Nofsinhar.

Diċembru jibda fl-istess ġurnata tal-ġimgħa bħal Settembru.

Diċembru, illustrazzjoni minn Très riches heures du duc de Berry

Avvenimenti f'Diċembru

[immodifika | immodifika s-sors]