Festival tal-Eurovision 2008

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Festival tal-Eurovision 2008
"The Confluence of Sound"
Dati
Data tal-1el semifinali 20 ta' Mejju 2008
Data tal-2ni semifinali 22 ta' Mejju
Data tal-finali 24 ta' Mejju 2008
Ospitu
Sala Belgrade Arena, Belgrad, Serbja[1]
Preżentatur(i) Jovana Janković[2]
Željko Joksimović[2]
Direttur Sven Stojanovic
Att tal-ftuħ Marija Šerifović tkanta Moltiva(remix) (Finali)
Video killed a radio star (SF1)
Serbia for beginners akkumpanjati minn Konstantin Kostjukov (SF2)
Att tal-intervall Goran Bregović (Finali)
Metropole Orkest, Slobodan Trkulja, Balkanopolis (SF 1)
Teatru Nazzjonali f'Belgrad (SF2)
Parteċipanti
Numru ta' parteċipanti 43: 19 f'kull semifinali; 25 fil-finali, 10 minnhom ġew minn kull semifinali.
Pajjiżi li rritornaw ħadd
Pajjiżi li rtiraw  Awstrija[3]
Vote
Kanzunetta rebbieħa Russja Dima Bilan
"Believe"
Festival tal-Eurovision
◄2007 2009►

Il-Festival tal-Eurovision 2008 kien it-53 edizzjoni tal-Festival tal-Eurovision u sar ġewwa Belgrad, il-belt kapitali tas-Serbja. Iż-żewġ semifinali saru ġew organizzati ġewwa il-Belgrade Arena (Београдска Арена) li hija waħda mill-ikbar areni ġewwa l-Ewropa, b'kapaċità ta' 'l fuq minn 20,000 post. Is-Serbja rebħet d-dritt li tospita il-festival wara li Marija Šerifović rebħet il-festival tal-2007 ġewwa Ħelsinki, fil-Finlandja. L-istazzjon nazzjonali tas-Serbja, RTS, kien responsabbli li jorganizza l-produzzjoni.

Svante Stockselius, ikkonferma fit-28 ta' Settembru 2007 li l-EBU approvaw il-pjan li jseħħu żewġ semifinali qabel il-finali tal-2008.[4] Dan ġie deċiż minħabba kummenti kemm mid-delegazzjonijiet, inkluża dik Maltija, u anki mill-ammiraturi li gergru li l-festival qed isir wisq falz bil-pajjiżi tal-Lvant kollha jivvutaw għal xulxin waqt li dawk tal-Punent isibuha bi tqil biex joħorġu mis-semifinali. Iż-żewġ semifinali ixxandru kontemporanjament u l-pajjiżi kellhom l-obbligu li juru s-semifinali li qegħdin jikkompetu fiha f'xandira diretta waqt li l-oħra setgħu jxandruha wara jekk iridu, minkejja li ma kinux obbligati. Pajjiż seta' jivvota biss ġewwa s-semifinali li kien qiegħed jieħu sehem fiha.

Fl-14 ta' Settembru, is-sindku ta' Ħelsinki ta ċ-"Ċwievet tal-Eurovision" lid-deputat ta' Belgrad. Hemm il-ħsieb li din iċ-ċeremonja issir kull sena u li ċ-ċurkett ikollu ċavetta minn kull belt li ospitat il-festival.[5]

Minħabba xi problemi u rvellijiet f'Belgrad, rigward l-indipendenza tal-Kosovo, fit-22 ta' Frar 2008, l-EBU għamlet konferenza biex jiddeċiedu jekk il-festival isirx f'xi belt oħra. L-Ukrajna kienet ikkunsidrata bħala għażla minħabba li kienu spiċċaw it-tieni fl-edizzjoni preċedenti. YLE kienu għażla oħra, hekk kif huma ospitaw l-edizzjoni tal-kompetizzjoni tas-sena ta' qabel f'Ħelsinki, il-Finlandja.[6] ERT offriet ukoll li tospita l-festival f'Ateni, il-Greċja.[7] Wara ġie deċiż li l-edizzjoni tal-2008 se ssir xorta f'Belgrad, bl-EBU tagħti l-appoġġ tagħha. RTS ingħatat garanzija ta' sigutà mill-gvern Serb għall-viżitaturi u l-parteċipanti kollha.[8] Għalhekk, id-delegazzjonijiet tal-Kroazja, tal-Iżrael u tal-Albanija ingħataw sigurtà speċjali.[9] Il-festival kien ospitat minn Jovana Janković u Željko Joksimović.[2] Jelena Tomašević irrapreżentat lis-Serbja b'kanzunetta bil-kompożizzjoni ta' Joksimović; din ġabet dibattitu dwar l-irwol tiegħu fil-festival.[10]

Format[immodifika | immodifika s-sors]

Din l-edizzjoni ġiet maqsuma fi tliet serati, fejn għall-ewwel darba ġiet introdotta s-sistemà taż-żewġ semifinali. Kull xandar kien obbligat li jxandar is-semifinali li jkun qed jieħu sehem fiha, bix-xandira tas-semifinali l-oħra tkun waħda oppzjonali. Il-poloz tal-allokazzjoni tas-semifinali saru fil-Belgrade City Hall nhar it-Tnejn 28 ta' Jannar 2008 fis-siegħa ta' wara nofsinhar (ħin ta' Malta), u kienet kondotta minn żeffiena tan-"National Dance Ensemble KOLO". L-ewwel, żewġ enveloppi bl-'Ewwel Semi-Finali' u bit-'Tieni Semi-Finali' ġew mtellgħin. Wara, tliet pajjiżi minn kull urna ġew magħżula bix-xorti biex jieħdu sehem fl-ewwel semifinali, waqt li tlieta oħra fit-tieni waħda. Il-pajjiż li kien għad baqa' fil-ħames urna ħa sehem fis-semifinali tal-ewwel envelop li tela', waqt li l-pajjiż li kien għad baqa' fis-sitt urna ħa sehem fit-tieni wieħed.[11]

Belgrade Arena, is-sala tal-festival

Il-finalisti awtomatiċi setgħu jagħżlu jekk ixandrux iż-żewġ semifinali jew waħda biss, imma t-telespettaturi setgħu jivvutaw f'waħda biss. Mill-poloz ġie deċiż liema mill-ħames finalisti se jxandar u jista' jivvota miż-żewġ semifinali. Is-semifinali ixxandru diretti fuq is-sit elettroniku tal-Eurovision, eurovision.tv. L-aqwa disa' kanzunetti mill-votazzjoni tal-pajjiżi ikkwalifikaw għall-finali, waqt li l-għaxar waħda kienet determinata mill-ġurija. Ħamsa u għoxrin kanzunetta se jikkompetu fil-finali.

Allokazzjoni tas-semifinali[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-24 ta' Jannar 2008, it-38 pajjiż fis-semifinali ġew separati f'urni bbażat skond l-istorja tal-votazzjoni u l-lokazzjoni ġeografika:

Urna 1 Urna 2 Urna 3 Urna 4 Urna 5 Urna 6

Pajjiżi parteċipanti[immodifika | immodifika s-sors]

Dima Bilan ikanta "Believe" għar-Russja

Fil-21 ta' Diċembru 2007, l-EBU ikkonfermat li 43 pajjiż kienu se jieħdu sehem fl-edizzjoni ta' Belgrad.[12] San Marino, flimkien mal-membri ġodda tal-EBU, l-Ażerbajġan, għamlu d-debutt fil-konkors tal-2008. L-Awstrija ma ħaditx sehem; l-istazzjon tagħha ORF stqarrew li skont dak li raw fl-2007 ma kinitx il-kwalita tal-kanzunetta, imma l-pajjiż oriġini kien dak li jiddetermina kollox.[3] L-Italja, ma għamiltx ir-ritorn tagħha wara nuqqas mill-1997 mill-kompetizzjoni, waqt li l-Islovakkja kienet assenti minħabba problemi ta' baġit.

Dawn il-pajjiżi kkompetew f'żewġ semifinali li xxandru dirett nhar it-Tlieta 20 ta' Mejju u l-Ħamis 22 ta' Mejju 2008. Aktar minn hekk, il-finalisti awtomatiċi tal-Ġermanja u Spanja eżeerċitaw id-dritt tal-votazzjoni fl-ewwel semifinali. Franza, ir-Renju Unit u s-Serbja ivvutaw fit-tieni waħda. Spanja u Franza xandru biss is-semifinali fejn kienu se jivvutaw; il-Ġermanja, is-Serbja u r-Renju Unit xandru t-tnejn.

Finali[immodifika | immodifika s-sors]

Il-finalisti huma:

  • l-erba' pajjiżi li jikkwalifikaw awtomatikament kull sena li huma Franza, il-Ġermanja, Spanja u r-Renju Unit;
  • il-pajjiż ospitu tas-Serbja;
  • l-ewwel disa' pajjiżi mill-ewwel semifinali flimkien ma' post riservat magħżul mill-ġurija
  • l-ewwel disa' pajjiżi mit-tieni semifinali flimkien ma' post riservat magħżul mill-ġurija

Il-finali saret fl-24 ta' Mejju 2008 u ġiet mirbuħa mir-Russja.

# Pajjiż Artist Kanzunetta Traduzzjoni Pożizzjoni Punti
1 Bandiera tar-Rumanija Rumanija Nico u Vlad "Pe-o Margine de Lume" Fuq ix-Xifer tad-Dinja 20 45
2 Bandiera tar-Renju Unit Renju Unit Andy Abraham "Even If" Anke Kieku 25* 14
3 Bandiera tal-Albanija Albanija Olta Boka "Zemrën e lamë peng" Qlub Mitlufa fiż-Żmien 17 55
4 Bandiera tal-Ġermanja Ġermanja No Angels "Disappear" Sparixxi 23* 14
5 Bandiera tal-Armenja Armenja Sirusho "Qélé, Qélé" Ejja, Ejja 4 199
6 Bandiera tal-Bosnja-Ħerzegovina Bosnja-Ħerzegovina Laka "Pokušaj" Esperimenta 10 110
7 Bandiera tal-Iżrael Iżrael Boaz "The Fire In Your Eyes" In-Nar f'Għajnejk 9 124
8 Bandiera tal-Finlandja Finlandja Teräsbetoni "Missä miehet ratsastaa" Fejn Jirkbu l-Irġiel 22 35
9 Bandiera tal-Kroazja Kroazja Kraljevi Ulice u 75 cents "Romanca" Rumanz 21 44
10 Bandiera tal-Polonja Polonja Isis Gee "For Life" Għall-Ħajja 24* 14
11 Bandiera tal-Iżlanda Iżlanda Euroband "This is My Life" Din Hi Ħajti 14 64
12 Bandiera tat-Turkija Turkija Mor ve Ötesi "Deli" Miġnun 7 138
13 Bandiera tal-Portugall Portugall Vânia Fernandes "Senhora do mar (Negras águas)" Il-Mara tal-Baħar 13 69
14 Bandiera tal-Latvja Latvja Pirates of the Sea "Wolves of the Sea" Lpup tal-Baħar 12 83
15 Bandiera tal-Iżvezja Żvezja Charlotte Perrelli "Hero" Eroj 18 47
16 Bandiera tad-Danimarka Danimarka Simon Matthew "All Night Long" Il-Lejl Sħiħ 15 60
17 Bandiera tal-Ġeorġja Ġeorġja Diana Gurtskaya "Peace Will Come" Il-Paċi Għad Tasal 11 83
18 Bandiera tal-Ukrajna Ukrajna Ani Lorak "Shady Lady" Mara Suspettuża 2 230
19 Bandiera ta' Franza Franza Sébastien Tellier "Divine" Divin 19 47
20 Bandiera tal-Ażerbajġan Ażerbajġan Elnur u Samir "Day After Day" Jum Wara Ieħor 8 132
21 Bandiera tal-Greċja Greċja Kalomoira "Secret Combination" Kombinazzjoni Sigrieta 3 218
22 Bandiera ta' Spanja Spanja Rodolfo Chikilicuatre "Baila el Chiki-chiki" Iżfen iċ-Chiki-chiki 16 55
23 Bandiera tas-Serbja Serbja Jelena Tomašević "Oro" (Żifna tradizzjonali) 6 160
24 Bandiera tar-Russja Russja Dima Bilan "Believe" Emmen 1 272
25 Bandiera tan-Norveġja Norveġja Maria Haukaas Storeng "Hold On Be Strong" Żomm Sod, Kun b'Saħħtek 5 182

Il-Polonja, ir-Renju Unit u l-Ġermanja rċevew ilkoll 14-il punt. Waqt li r-regoli tal-festival jiddeskrivu mekkaniżmu dettaljat kif jiġi deċiż l-ewwel post jekk ikun hemm aktar minn pajjiż wieħed f'din l-istess pożizzjoni, hu ambigwu l-fatt jekk din il-proċedura tiġix applikata għall-pożizzjonijiet l-oħra. Jekk japplikaw, il-Ġermanja tikklassifika fit-23 post wara li rċiviet l-aktar 12-il punt. Il-Polonja ssegwi wara li kisbet aktar 10 punti mir-Renju Unit, u b'hekk dan tal-aħħar jispiċċa fil-25 post. Sorsi oħra jistgħu jelenkaw dawn it-tliet pajjiżi lkoll fit-23 post.

Semifinali[immodifika | immodifika s-sors]

Semifinali 1[immodifika | immodifika s-sors]

L-ewwel semifinali saret fl-20 ta' Mejju 2008

# Pajjiż Artist Kanzunetta Traduzzjoni Pożizzjoni Punti
1 Bandiera tal-Montenegro Montenegro Stefan Filipović "Zauvijek volim te" Inħobbok Għal Dejjem 14 23
2 Bandiera tal-Iżrael Iżrael Boaz "The Fire In Your Eyes" In-Nar f'Għajnejk 5 104
3 Bandiera tal-Estonja Estonja Kreisiraadio "Leto svet" Dawl Sajfi 18 8
4 Bandiera tal-Moldova Moldova Geta Burlacu A century of love Mitt sena t' imħabba 12 36
5 Bandiera ta' San Marino San Marino Miodio "Complice" Kompliċi 19 5
6 Bandiera tal-Belġju Belġju Ishtar "O Julissi" (kliem immaġinarju) 17 16
7 Bandiera tal-Ażerbajġan Ażerbajġan Elnur u Samir "Day After Day" Jum Wara Ieħor 6 96
8 Bandiera tas-Slovenja Slovenja Rebeka Dremelj "Vrag naj vzame" Għax-xjaten! 11 36
9 Bandiera tan-Norveġja Norveġja Maria Haukaas Storeng "Hold On Be Strong" Żomm Sod, Kun b'Saħħtek 4 106
10 Bandiera tal-Polonja Polonja Isis Gee "For Life" Għall-ħajja 10 42
11 Bandiera tar-Repubblika tal-Irlanda Irlanda Dustin the Turkey "Irelande Douze Pointe" Irlanda, Tnax-il Punt 15 22
12 Bandiera tal-Andorra Andorra Gisela "Casanova" Kasanova 16 22
13 Bandiera tal-Bosnja-Ħerzegovina Bosnja-Ħerzegovina Laka "Pokušaj" Esperimenta 9 72
14 Bandiera tal-Armenja Armenja Sirusho "Qélé, Qélé" Ejja, Ejja 2 139
15 Bandiera tan-Netherlands Netherlands Hind "Your Heart Belongs to Me" Qalbek hi tiegħi 13 27
16 Bandiera tal-Finlandja Finlandja Teräsbetoni "Missä miehet ratsastaa" Fejn jirkbu l-irġiel 8 79
17 Bandiera tar-Rumanija Rumanija Nico u Vlad Miriţă "Pe-o Margine de Lume" Fuq ix-Xifer tad-Dinja 7 94
18 Bandiera tar-Russja Russja Dima Bilan "Believe" Emmen 3 135
19 Bandiera tal-Greċja Greċja Kalomoira "Secret Combination" Kombinazzjoni Sigrieta 1 156

Semifinali 2[immodifika | immodifika s-sors]

It-tieni semifinali saret fit-22 ta' Mejju 2008.

# Pajjiż Artist Kanzunetta Traduzzjoni Pożizzjoni Punti
1 Bandiera tal-Iżlanda Iżlanda Euroband "This is My Life" Din Hi Ħajti 8 68
2 Bandiera tal-Iżvezja Żvezja Charlotte Perrelli "Hero" Eroj 12 54
3 Bandiera tat-Turkija Turkija Mor ve Ötesi "Deli" Miġnun 7 85
4 Bandiera tal-Ukrajna Ukrajna Ani Lorak "Shady Lady" Mara Suspettuża 1 152
5 Bandiera tal-Litwanja Litwanja Jeronimas Milius "Nomads in the Night" Nomadi fil-Lejl 16 30
6 Bandiera tal-Albanija Albanija Olta Boka "Zemrën e lamë peng" Lagħbna l-qalb 9 67
7 Bandiera tal-Iżvizzera Żvizzera Paolo Meneguzzi "Era Stupendo" Kien Stupend 13 47
8 Bandiera tar-Repubblika Ċeka Repubblika Ċeka Tereza Kerndlová "Have Some Fun" Ħu Ftit Pjaċir 18 9
9 Bandiera tal-Bjelorussja Bjelorussja Ruslan Alenkhno "Hasta La Vista" Narak aktar tard 17 27
10 Bandiera tal-Latvja Latvja Pirates of the Sea "Wolves of the Sea" Lpup tal-Baħar 6 86
11 Bandiera tal-Kroazja Kroazja Kraljevi Ulice u 75 cents "Romanca" Rumanz 4 112
12 Bandiera tal-Bulgarija Bulgarija Deep Zone u Balthazar "DJ Take Me Away" Ħudni l' hemm DJ 11 56
13 Bandiera tad-Danimarka Danimarka Simon Matthew "All Night Long" Il-Lejl Sħiħ 3 112
14 Bandiera tal-Ġeorġja Ġeorġja Diana Gurtskaya "Peace Will Come" Il-Paċi Għad Tasal 5 107
15 Bandiera tal-Ungerija Ungerija Csézy "Candlelight" Dawl ta' xemgħa 19 6
16 Bandiera ta' Malta Malta Morena "Vodka" Vodka 14 38
17 Bandiera ta' Ċipru Ċipru Evdokia Kadi "Femme Fatale" Mara Fatali 15 36
18 Bandiera tal-Maċedonja ta' Fuq Maċedonja Tamara, Vrčak u Adrijan "Let Me Love You" Ħallini Inħobbok 10 64
19 Bandiera tal-Portugall Portugall Vânia Fernandes "Senhora do mar (Negras águas)" Il-Mara tal-Baħar 2 120

Mappa[immodifika | immodifika s-sors]

     1      2     3      4     5      6     7      8     9      10     11      12     13      14     15      16     17      18     19      20     21      22     23      24     25
Ħarsa lejn il-parteċipazzjoni:
     Finalisti awtomatiċi      Semifinalisti      Pajjiżi debuttanti (semifinalisti)      Pajjiżi li rtiraw
Ħarsa lejn il-parteċipazzjoni:      Pajjiżi fil-finali     Pajjiżi eliminati fis-semifinali

Gallerija[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Welcome to Belgrade Arena" (bl-Ingliż). Eurovision.tv. 2007-05-13. Miġbur 2007-05-14.
  2. ^ a b ċ "Jovana Janković & Željko Joksimović the hosts" (bl-Ingliż). Oikotimes.com. 2008-03-04. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-05-19. Miġbur 2008-03-04.
  3. ^ a b "Austria will not go to Belgrade" (bl-Ingliż). ESCToday.com. 2007-11-20. Miġbur 2007-11-20.
  4. ^ "Two semi finals in 2008" (bl-Ingliż). ESCToday.com. 2007-07-31. Miġbur 2007-05-14.
  5. ^ "Belgrade received Helsinki city keys" (bl-Ingliż). Eurovision.tv. 2007-09-14. Miġbur 2007-09-19.
  6. ^ "Helsinki could host Eurovision again" (bl-Ingliż). ESCToday.com. 2008-02-22. Miġbur 2008-02-22.
  7. ^ "EBU holds phone conference to decide host city" (bl-Ingliż). Oikotimes.com. 2008-02-02]. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-02-12. Miġbur 2008-02-22. Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  8. ^ "Eurovision 2008: Set to stay in Belgrade" (bl-Ingliż). esctoday.com. 2008-02-22. Miġbur 2008-02-22.
  9. ^ "ЕВРОВИЗИЈА ПОД СИЛНО ОБЕЗБЕДУВАЊЕ: Во Белград ќе се пее со страв" (bir-Russu). vreme.com.mk. 2008-02-22. Miġbur 2008-02-22.
  10. ^ "Serbia: Zeljiko's double role in question" (bl-Ingliż). ESCtoday.com. 2008-03-13. Miġbur 2008-03-13.
  11. ^ Eurovision.tv (ed.). "All you need to know for Monday's draw!" (bl-Ingliż). Miġbur 2008-01-24.
  12. ^ "43 Countries for Eurovision 2008" (bl-Ingliż). ESCToday.com. Miġbur 2007-12-23.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]