Ażerbajġan fil-Festival tal-Eurovision
Ażerbajġan | |
---|---|
Stazzjon membru | İctimai Televiziya (İTV) |
Selezzjoni nazzjonali | Land of Fire |
Parteċipazzjoni | |
Dehriet | 4 |
L-ewwel dehra | 2008 |
L-aqwa riżultat | 1 (2011) |
L-agħar riżultat | 8 (2008) |
Ħoloq esterni | |
Eurovisionaz.com | |
Paġna fuq Eurovision.tv |
L-Ażerbajġan idebutta fil-Festival tal-Eurovision fl-edizzjonii tal-2008, wara li l-ITV sar membru attiv tal-EBU qabel mal-festival kien ġie mħejji. ITV ilu jxandar il-Eurovision għal dawn l-aħħar snin, fejn xtara mill-EBU id-drittijiet għax-xandir.
L-Ażerbajġan hu l-aħħar pajjiż mill-Kawkasu li pparteċipa: l-Armenja kienet l-ewwel pajjiż, fl-2006, u wara segwiet il-Ġeorġja fl-2007.
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Qabel ma saret l-ewwel dehra, l-AzTV kien imħajjrin li jipparteċipaw fl-2007, imma r-regoli tal-EBU ma ħallewx lil AzTV isir membru tagħhom. AzTV kienu mċaħdin milli jsiru membri tal-EBU minħabba li kienu kkunsidrati li jżommu konnessjoni kbira mal-gvern Ażerbajġan.[1]
Fil-5 ta' Lulju, stazzjon ieħor — l-istazzjon pubbliku tal-ITV — sar membru sħiħ tal-EBU u fil-15 ta' Ottubru ngħataw il-permess mill-EBU li jieħdu sehem.[2]
L-ewwel kanzunetta tal-Ażerbajġan f'dan il-festival kienet minn Elnur u Samir li kklassifikaw fil-finali fit-8 post b'132 punt. Fl-2009 l-Ażerbajġan tejjeb ir-rekord tiegħu meta l-koppja AySel u Arash temmew l-avventura tagħhom fit-tielet post b'207 punti. Fis-sena 2011 wasal l-ikbar suċċess tal-pajjiż. Id-dwett iffurmat minn Ell u Nikki rebħu l-konkors li sar ġewwa l-Ġermanja, b'total ta' 221 punt minn 43 pajjiż.
Mill-introduzzjoni tal-semifinali fl-2004, l-Ażerbajġan irnexxielu dejjem jgħaddi mis-semifinali, u flimkien mal-Greċja dejjem spiċċa fost l-ewwel għaxra mill-bidu tas-sistema tas-semifinali.
Rappreżentanti
[immodifika | immodifika s-sors]Sena | Artist | Kanzunetta | Finali | Punti | Semi | Punti |
---|---|---|---|---|---|---|
2008 | Elnur u Samir | "Day After Day" | 8 | 132 | 6 | 96 |
2009 | AySel u Arash | "Always" | 3 | 207 | 2 | 180 |
2010 | Safura | "Drip Drop" | 5 | 145 | 2 | 113 |
2011 | Ell u Nikki | "Running Scared" | 1 | 221 | 2 | 122 |
Votazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]L-Ażerbajġan ta l-aktar punti lil:
Nru. | Pajjiż | Punti |
---|---|---|
1 | Ukrajna | 42 |
2 | Turkija | 36 |
3 | Ġeorġja | 22 |
4 | Russja | 21 |
5 | Moldova | 20 |
L-Ażerbajġan rċieva l-aktar punti mingħand:
Nru. | Pajjiż | Punti |
---|---|---|
1 | Turkija | 48 |
2 | Ukrajna | 42 |
3 | Russja | 37 |
4 | Moldova | 35 |
5 | Bjelorussja | 30 |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Kuipers, Michael (2007-06-18). "Azerbaijan not joining after all" (bl-Ingliż). ESCToday.com. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-06-20. Miġbur 2007-06-18.
- ^ "It's official AzTV enters the 2008 Eurovision edition" (bl-Ingliż). Oikotimes. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-02-10. Miġbur 2008-01-26.