Armenja fil-Festival tal-Eurovision

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Armenja
Armenja
Stazzjon membru ARMTV
Parteċipazzjoni
Dehriet 9
L-ewwel dehra 2006
L-aqwa riżultat 4 (2008, 2014)
L-agħar riżultat 18 (2013)
Ħoloq esterni
Paġna fuq Eurovision.tv

L-Armenja għamlet id-debutt fil-Festival tal-Eurovision fl-2006 bil-kanzunetta mingħand André bl-isem ta' "Without Your Love". Billi kienet ġdida fil-kompetizzjoni, l-Armenja kellha tikkompeti fis-semifinali u André kien l-ewwel li kanta f'dik is-serata, fejn irnexxielu jikkwalifika għall-finali ta' dik l-edizzjoni tal-20 ta' Mejju. Finalment, l-Armenja kisbet riżultat prestiġjuż; dak tat-tmien post.

Minħabba li kienet spiċċat mal-ewwel għaxra, l-Armenja kkwalifikat direttament għall-finali tal-2007 u kisbet għat-tieni sena konsekuttiva t-tmien post. Fatt simpatiku hu kif l-Armenja, fl-2006, spiċċat b'punt vantaġġ fuq il-Greċja, waqt li fis-sena ta' wara, hi spiċċat b'punt taħt il-Greċja.

Fis-sena suċċessiva l-aħwa Inga u Anush Arshakyans reġgħu rrepetew is-suċċess għall-Armenja, u b'hekk saru wieħed minn tliet pajjiżi li dejjem spiċċaw fost l-aqwa għaxra mill-introduzzjoni tas-semifinali fl-2004. Il-pajjiżi l-oħra huma l-Greċja u l-Ażerbajġan.

Rappreżentanti[immodifika | immodifika s-sors]

Sena Artist Kanzunetta Finali Punti Semi Punti
2006 André Without Your Love 8 129 6 150
2007 Hayko Anytime You Need 8 138 X X
2008 Sirusho Qele Qele 4 199 2 139
2009 Inga u Anush Jan Jan 10 92 5 99
2010 Eva Rivas Apricot Stone 7 141 6 83
2011 Emmy Boom Boom X X 12 54
2013 Dorians Lonely Planet 18 41 7 69
2014 Aram Mp3 Not Alone 4 174 4 121
2015 Genealogy Face The Shadow 16 34 7 77
2016 Iveta Mukuchyan

Votazzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Hayko f'Ħelsinki (2007)
Sirusho f'Belgrad (2008)

L-Armenja tat l-aktar punti lil (finali biss):

Nru. Pajjiż Punti
1 Bandiera tar-Russja Russja 58
2 Bandiera tal-Greċja Greċja 37
3 Bandiera tal-Ukrajna Ukrajna 32
4 Bandiera tal-Ġeorġja Ġeorġja 27
5 Bandiera ta' Franza Franza 20
= Bandiera tan-Norveġja Norveġja 20

L-Armenja rċiviet l-aktar punti minn (finali biss):

Nru. Pajjiż Punti
1 Bandiera tar-Russja Russja 51
2 Bandiera tan-Netherlands Netherlands 49
3 Bandiera tal-Belġju Belġju 48
= Bandiera tat-Turkija Turkija 44
= Bandiera ta' Franza Franza 44
5 Bandiera tal-Bulgarija Bulgarija 38

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]