Serbja fil-Festival tal-Eurovision

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
Serbja
Serbja
Stazzjon membru RTS
Selezzjoni nazzjonali Beovizija
Parteċipazzjoni
Dehriet 5
L-ewwel dehra 2007
L-aqwa riżultat 1 (2007)
L-agħar riżultat 11 SF (2013)
Ħoloq esterni
Paġna ta' RTS
Paġna fuq Eurovision.tv

Is-Serbja daħlet fil-Eurovision għall-ewwel darba bħala pajjiż indipendenti fl-edizzjoni tal-2007. Fil-passat ħadet sehem taħt il-Jugożlavja (mill-1961 sal-1991), ir-Repubblika Federali tal-Jugożlavja (fl-1992) u s-Serbja u Montenegro (mill-2004 sal-2006).

Id-debutt tas-Serbja kienet kanzunetta kantanta minn Marija Šerifović bl-isem ta' "Molitva", li rebħet il-Eurovision b'total ta' 268 punt, fejn irċevew id-dritt li jospitaw l-edizzjoni tal-2008 f'Belgrad. It-tieni daħla waslet minn Jelena Tomašević bil-kanzunetta "Oro", komposta mill-parteċipant preċedenti f'isem is-Serbja u Montenegro u kif ukoll il-preżentatur tas-serata finali Željko Joksimović. Is-Serbja temmew fis-sitt post b'160 punt.

Fl-2009, is-Serbja għażlu lil Marko Kon u Milaan biex jirrapreżentawhom fit-tieni semifinali tal-14 ta' Mejju. Id-dwett naqsu li jaqtgħu passaġġ għall-finali għall-ewwel darba fl-istorja tas-Serbja fil-konkors.

Sal-2011, is-Serbja hija waħda mill-ftit pajjiżi li l-kantanti kollha tagħhom kantaw il-kanzunetti tagħhom bil-lingwa uffiċjali.

Rappreżentanti[immodifika | immodifika s-sors]

Sena Artist Kanzunetta Finali Punti Semi Punti
2007 Marija Šerifović "Molitva" (Молитва) 1 268 X X
2008 Jelena Tomašević "Oro" (Оро) 6 160 X X
2009 Marko Kon u Milaan "Cipela" (Ципела) X X 10 60
2010 Milan Stanković "Ovo je Balkan" (Oво je Балкан) 13 72 5 79
2011 Nina "Čaroban" (Чаробан) 14 85 8 67

Votazzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Is-Serbja tat l-aktar punti lil:

Poż. Pajjiż Punti
1 Bandiera tal-Bosnja-Ħerzegovina Bosnja-Ħerzegovina 56
2 Bandiera tal-Greċja Greċja 31
3 Bandiera tal-Ukrajna Ukrajna 22
4 Bandiera tar-Russja Russja 21

Is-Serbja irċiviet l-aktar punti mingħand:

Poż. Pajjiż Punti
1 Bandiera tal-Bosnja-Ħerzegovina Bosnja-Ħerzegovina 46
2 Bandiera tas-Slovenja Slovenja 42
3 Bandiera tal-Iżvizzera Żvizzera 40
4 Bandiera tal-Kroazja Kroazja 38
5 Bandiera tar-Repubblika tal-Maċedonja Maċedonja 37

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]