Ċipru fil-Festival tal-Eurovision
Ċipru | |
---|---|
Stazzjon membru | CyBC |
Parteċipazzjoni | |
Dehriet | {{{dehriet}}} |
L-ewwel dehra | 1981 |
L-aqwa riżultat | 5 (1982, 1987, 2004) |
L-agħar riżultat | l-aħħar (1986) |
Ħoloq esterni | |
[{{{paġna_EBU}}} Paġna fuq Eurovision.tv] |
Ċipru għamel id-debutt fil-Festival tal-Eurovision fl-1981. L-aqwa riżultat ta' Ċipru jibqa' l-ħames post miksub fi tliet okkażżjonijiet: fl-1982 minn Anna Vissi, fl-1997 minn Hara u Andreas Constantinou, u fl-2004 minn Lisa Andreas.
Minn mindu għamlet l-ewwel dehra f'din il-kompetizzjoni, Ċipru ipparteċipa kull sena minbarra fl-1988 u fl-2001. Fl-1988, Ċipru irtira wara li l-istazzjoni CyBC iddeċieda li l-kanzunetta magħżula kienet ineleġibbli; il-kanzunetta ddaħlet (imma ma ġietx magħżula) fil-proċess tas-selezzjoni nazzjonali tal-1984, li kien imur kontra r-regoli Ċipru fuq l-għażla tal-kanzunetta. Fl-2001, il-pajjiż ma kkwalifikax għall-konkors minħabba li l-medja ta' riżultati fil-festivals preċedenti ma kinitx biżżejjed biex tassigurahom post f'dik l-edizzjoni, skont ir-regoli li kienu qed jitħaddnu f'dak iż-żmien.
Ħafna mill-kanzunetti magħżula għal Ċipru huma kantati bil-Grieg jew bl-Ingliż, b'eċċezzjoni għall-kanzunetta tas-sena 2000 fejn is-silta "Nomiza" kienet tinkludi l-Grieg u t-Taljan, u l-kanzunetta tal-2007 minn Evridiki, "Comme Ci, Comme Ça", kantata bil-Franċiż. Minkejja li l-lingwa Torka hi waħda mil-lingwi uffiċjali tal-pajjiż, l-ebda lirika bit-Tork qatt ma nkitbet għal parteċipazzjoni Ċiprijotta.
Rappreżentanti
[immodifika | immodifika s-sors]Votazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Ċipru ta l-aktar punti lil (finali biss):
Nu. | Pajjiż | Punti |
---|---|---|
1 | Greċja | 244 |
2 | Spanja | 106 |
3 | Irlanda | 90 |
4 | Renju Unit | 75 |
5 | Franza | 62 |
Ċipru rċieva l-aktar punti minn (finali biss):
Nu. | Pajjiż | Punti |
---|---|---|
1 | Greċja | 181 |
2 | Renju Unit | 71 |
3 | Malta | 61 |
4 | Finlandja | 55 |
5 | Danimarka | 54 |