Albanija fil-Festival tal-Eurovision
| Albanija | |
|---|---|
|
| |
| Stazzjon membru | RTSH |
| Selezzjoni nazzjonali | Festivali I Këngës |
| Parteċipazzjoni | |
| Dehriet | 8 |
| L-ewwel dehra | 2004 |
| L-aqwa riżultat | 7 (2004) |
| L-agħar riżultat | 17 SF (2007) |
| Ħoloq esterni | |
| Paġna fuq Eurovision.tv | |
L-Albanija ipparteċipat fil-Festival tal-Eurovision seba' darbiet, fejn iddebuttat fl-2004. L-aqwa pożizzjoni ġiet fis-sena debuttanti, fejn Anjeza Shahini kisbet is-seba' post bil-kanzunetta "The Image Of You". Minħabba li spiċċat mal-ewwel għaxra, l-Albanija kellha post garantit fil-finali fejn Ledina Çelo interpretat "Tomorrow I Go". Ledina ma tantx kisbet riżultat tajjeb, fejn spiċċat fis-sittax-il post u b'hekk kellha tikkompeti fis-semi-finali.
La Luiz Ejlli u lanqas Frederik Ndoci ma rnexxielhomx jikkwalifikaw mis-semifinali. Olta Boka, ir-rappreżentatriċi tal-Albanija fl-2008, irnexxielha takkwista l-ewwel finali wara assenza ta' sentejn.
Għall-Festival tal-Eurovision 2009, l-Albanija kienet l-ewwel pajjiż li għażlet kemm l-artist kif ukoll il-kanzunetta għal dan il-konkors. Ir-rebbieħ ġie magħżul mill-festival nazzjonali, Festivali I Këngës. Ir-rebbieħa kienet Kejsi Tola bil-kanzunetta "Më merr në ëndërr" (Ħudni fil-ħolm tiegħek), li ġiet komposta minn Edmond Zhulali u Agim Doçi, li t-tnejn li huma kkomponu l-kanzunetta tal-ewwel parteċipazzjoni tal-Albanija.[1] Il-kanzunetta tkantat bl-Ingliż bħala "Carry Me in Your Dreams". Għat-tieni sena konsekuttiva, l-Albanija ikkwalifikaw għall-finali wara s-seba' post miksub fis-semifinali. Finalment, Kejsi Tola waslet sas-sbatax-il post b'48 punt.
Rappreżentanti
[immodifika | immodifika s-sors]| Sena | Artist | Kanzunetta | Finali | Punti | Semi | Punti |
|---|---|---|---|---|---|---|
| 2004 | Anjeza Shahini | "The Image Of You" | 7 | 106 | 4 | 167 |
| 2005 | Ledina Çelo | "Tomorrow I Go" | 16 | 53 | X | X |
| 2006 | Luiz Ejlli | "Zjarr E Ftohtë" | X | X | 14 | 58 |
| 2007 | Aida u Frederik Ndoci | "Hear my Plea" | X | X | 17 | 49 |
| 2008 | Olta Boka | "Zemrën lamë peng" | 16 | 55 | 9 | 67 |
| 2009 | Kejsi Tola | "Carry Me in Your Dreams" | 17 | 48 | 7 | 73 |
| 2010 | Juliana Pasha | "It's All About You" | 16 | 62 | 6 | 76 |
| 2011 | Aurela Gaçe | "Feel the Passion" | X | X | 13 | 47 |
| 2012 | Rona Nishliu | "Suus" | 5 | 146 | 2 | 146 |
| 2013 | Adrian Lulgjuraj & Bledar Sejko | "Identitet" |
Votazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]

L-Albanija tat l-aktar punti lil:
| Nru. | Pajjiż | Punti |
|---|---|---|
| 1 | 85 | |
| 2 | 61 | |
| 3 | 48 | |
| 4 | 29 | |
| 5 | 26 |
L-Albanija irċiviet l-aktar punti minn:
| Nru. | Pajjiż | Punti |
|---|---|---|
| 1 | 55 | |
| 2 | 47 | |
| 3 | 39 | |
| 4 | 26 | |
| 4 | 26 |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑ Klier, Marcus (2008-12-21). "Albania decided: Kejsi Tola to Eurovision!" (bl-Ingliż). ESCToday. Miġbur 2008-12-24.