Festival tal-Eurovision 2012
| Festival tal-Eurovision 2012 "Light Your Fire!" | |
|---|---|
| Dati | |
| Data tal-1el semifinali | 22 ta' Mejju 2012 |
| Data tal-2ni semifinali | 24 ta' Mejju 2012 |
| Data tal-finali | 26 ta' Mejju 2012 |
| Ospitu | |
| Sala | Baku Crystal Hall, Baku, Ażerbajġan |
| Preżentatur(i) | Leyla Aliyeva Eldar Gasimov Nargiz Birk-Petersen |
| Att tal-ftuħ | Ell & Nikki, "Running Scared" |
| Parteċipanti | |
| Numru ta' parteċipanti | 42 |
| Pajjiżi debuttanti | Ħadd |
| Pajjiżi li rritornaw | |
| Pajjiżi li rtiraw | Ħadd |
| Vote | |
| Kanzunetta rebbieħa | "Euphoria" |
| Festival tal-Eurovision | |
| ◄2011 | |
Il-Festival tal-Eurovision tal-2012 kien is-57 edizzjoni ta' dan il-konkors u sar fil-belt ta' Baku fl-Ażerbajġan, wara r-rebħa ta' Ell u Nikki fl-edizzjoni tal-2011 bil-kanzunetta Running Scared. Il-konkors sar fil-Crystal Hall ta' Baku, li giet mibnija apposta, u l-preżentaturi kienu Eldar Gasimov, ir-rebbieh tal-Eurovision tal-2011, Nargiz Birk-Peterson u Leyla Aliyeva. Is-semi finali saru fit-22 u fl-24 ta' Mejju tal-2012, u l-finali fis-26 ta' Mejju. Il-Polonja u l-Armenja ddeċidew li jirtiraw mill-konkors filwaqt li l-Montenegro irritornaw wara waqfa ta' tliet snin.
Format
[immodifika | immodifika s-sors]Minħabba r-ritorn tal-Italja fl-edizzjoni tal-2011, il-pajjiżi fis-serata tal-finali kienu 26, għall-ewwel darba wara l-2003. Flimkien mal-Ażerbajġan, il-pajjiżi tal-Big Five ikkwalifikaw awtomatikament għall-finali, filwaqt li minn kull semifinali, ikkwalifikaw għaxar pajjiżi.
Parteċipanti
[immodifika | immodifika s-sors]Minħabba r-ritorn tal-Montenegro, u l-irtira tal-Armenja u l-Polonja, in-numru ta' pajjiżi jieħdu sehem niżel għal 42. Dan ġie kkonfermat fis-17 ta' Jannar tal-2012, meta l-EBU approvat il-lista ta' parteċipanti. Fil-25 ta' Jannar tal-2012, is-36 semifinalisti ġew allokati fiż-żewġ semifinali.
Semifinali 1
[immodifika | immodifika s-sors]| # | Pajjiż | Artist | Kanzunetta | Lingwa | Traduzzjoni | Pożizzjoni | Punti |
|---|---|---|---|---|---|---|---|
| 01 | Rambo Amadeus | Euro Neuro | Ingliż | - | 15 | 20 | |
| 02 | Greta Salome u Jonsi | Never Forget | Ingliż | Tinsa qatt | 8 | 75 | |
| 03 | Eleftheria Eleftheriou | Aphrodisiac | Ingliż | Afrodiżijaku | 4 | 116 | |
| 04 | Anmary | Beautiful Song | Ingliż | Kanzunetta Sabiħa | 16 | 17 | |
| 05 | Rona Nishliu | Suus | Albaniż | Personali | 2 | 146 | |
| 06 | Mandinga | Zaleilah | Spanjol, Ingliż | - | 3 | 120 | |
| 07 | Sinplus | Unbreakable | Ingliż | Ma tinkisirx | 11 | 45 | |
| 08 | Iris | Would You? | Ingliż | Inti x'tagħmel kieku? | 17 | 16 | |
| 09 | Pernilla | Nar jag blundar | Svediż | Meta nagħlaq għajnejja | 12 | 41 | |
| 10 | Izabo | Time | Ingliż, Ebrajk | Ħin | 13 | 33 | |
| 11 | Valentina Monetta | The Social Network Song | Ingliż | Il-Kanzunetta tan-Netwerk Soċjali | 14 | 31 | |
| 12 | Ivi Adamou | La La Love | Ingliż | La La l-Imħabba | 7 | 91 | |
| 13 | Soluna Samay | Should've Known Better | Ingliż | Missni kont naf aħjar | 9 | 63 | |
| 14 | Buranovskiye Babushki | Party for Everybody | Udmurt, Ingliż | Party għal kulħadd | 1 | 152 | |
| 15 | Compact Disco | Sound of our Hearts | Ingliż | Il-Ħoss ta' Qlubna | 10 | 52 | |
| 16 | Trackshittaz | Woki mit deim Popo! | Ġermaniż | Żegleg il-warrani | 18 | 8 | |
| 17 | Pasha Parfeny | Lăutar | Ingliż | Mużiċist tradizzjonali | 5 | 100 | |
| 18 | Jedward | Waterline | Ingliż | Rimja tal-Vapur | 6 | 92 | |
Semifinali 2
[immodifika | immodifika s-sors]| # | Pajjiż | Artist | Kanzunetta | Lingwa | Traduzzjoni | Pożizzjoni | Punti |
|---|---|---|---|---|---|---|---|
| 01 | Željko Joksimović | Nije Ljubav Stvar | Serb | L-imħabba ma tmut qatt | 2 | 159 | |
| 02 | Kaliopi | Crno i Belo | Maċedonjan | Iswed u Abjad | 9 | 53 | |
| 03 | Joan Franka | You and Me | Ingliż | Int u Jien | 15 | 35 | |
| 04 | Kurt Calleja | This is the Night | Ingliż | Dan huwa l-Lejl | 7 | 70 | |
| 05 | Litesound | We are the Heroes | Ingliż | Aħna l-Eroj | 16 | 35 | |
| 06 | Filipa Sousa | Vida Minha | Portugiż | Ħajjti | 13 | 39 | |
| 07 | Gaitana | Be my Guest | Ingliż | Kun il-mistieden tiegħi | 8 | 64 | |
| 08 | Sofi Marinova | Love Unlimited | Bulgariż | Imħabba bla Tarf | 11 | 45 | |
| 09 | Eva Boto | Verjamem | Sloven | Nemmen | 17 | 31 | |
| 10 | Nina Badrić | Nebo | Kroat | Ġenna | 12 | 42 | |
| 11 | Loreen | Euphoria | Ingliż | Ewforja | 1 | 181 | |
| 12 | Anri Jokhadze | I'm a Joker | Ġorġjan, Ingliż | Jien ċajtier | 14 | 36 | |
| 13 | Can Bonomo | Love me Back | Ingliż | Ħobbni lura | 5 | 80 | |
| 14 | Ott Lepland | Kuula | Estonjan | Isma' | 4 | 100 | |
| 15 | Max Jason Mai | Don't Close your Eyes | Ingliż | Tagħlaqx Għajnejk | 18 | 22 | |
| 16 | Tooji | Stay | Ingliż | Ibqa' | 10 | 45 | |
| 17 | MayaSar | Korake ti znam | Bożnijan | Naf il-passi tiegħek | 6 | 77 | |
| 18 | Donny Montell | Love is Blind | Ingliż | L-Imħabba Għamja | 3 | 104 | |
Fis-serata finali tas-26 ta' Mejju, għaxar semifinalisti minn kull semifinali ingħaqdu mal-Big Five u l-Ażerbajġan. Il-konkors ġie mirbuħ mill-Isvezja, bir-rappreżentanta Loreen li kantat il-kanzunetta Euphoria. Dan wara li tmintax-il pajjiż differenti ta t-12-il punt lill-istess Loreen. Fit-tieni post ġew il-Buranovskiye Babushki mir-Russja, segwiti mir-runner-up tal-festival tal-2004, is-Serb Zeljko Joksimovic. Fir-raba' post ġew l-ospitanti l-Ażerbajġan bil-kanzunetta When the Music Dies, kantata minn Sabina Babayeva. Fil-ħames post ġiet il-kantanta Rona Nishliu bil-kanzunetta sentimentali tagħha Suus. Din tal-aħħar ġabet l-aħjar riżultat għall-pajjiżha, l-Albanija, li sa dak iż-żmien, l-aħjar riżultat kien is-seba' post fl-2004.
B'hekk, il-festival ta' wara dan għandu jsir fil-belt ta' Malmö fl-Isvezja, mill-14 sat-18 ta' Mejju tal-2013.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]| Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Festival tal-Eurovision 2012 |