Festival tal-Eurovision 2013
| Festival tal-Eurovision 2013 "We are One!" | |
|---|---|
| Dati | |
| Data tal-1el semifinali | 14 ta' Mejju 2013 |
| Data tal-2ni semifinali | 16 ta' Mejju 2013 |
| Data tal-finali | 18 ta' Mejju 2013 |
| Ospitu | |
| Sala | Malmö Arena Malmö, Żvezja |
| Preżentatur(i) | Petra Mede |
| Superviżur | Jon Ola Sand |
| Xandar | Sveriges Television (SVT) |
| Parteċipanti | |
| Numru ta' parteċipanti | 39 |
| Pajjiżi debuttanti | Ħadd |
| Pajjiżi li rritornaw | |
| Pajjiżi li rtiraw | |
| Vote | |
| Bla punti | Ħadd |
| Kanzunetta rebbieħa | "Only Teardrops" |
| Festival tal-Eurovision | |
| ◄2012 | |
Il-Festival tal-Eurovision 2013 kien it-58 edizzjoni ta' dan il-konkors mużikali. Dan l-avveniment sar f'Malmö, l-Iżvezja, wara li r-rebħa ta' Loreen fl-edizzjoni preċedenti tat id-dritt lil dan il-pajjiż sabiex jospita l-Eurovision għall-ħames darba fl-istorja. L-istazzjon Sveriges Television (SVT) għażlu lil Malmö Arena bħala s-sala għall-avveniment wara li ġew ikkunsidrati diversi swali u areni oħra fl-Iżvezja. Disgħa u tletin pajjiż ħadu sehem, fosthom l-Armenja li rritornaw wara l-assenza fl-edizzjoni tal-2012.[1] Il-Bożnija u Ħerżegovina, il-Portugall, is-Slovakkja u t-Turkija ħabbru li kienu se jirtiraw minn dan il-festival għal raġunijiet differenti. Id-disinn tal-konkors kien mibni madwar it-tema "We are one", bil-ħsieb jaqa' fuq l-ugwaljanza u l-għaqda fost il-pajjiżi parteċipanti id f'id mad-diversità u l-influwenza kulturali ta' kull parteċipant.[2]
Format
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Preżentattriċi
[immodifika | immodifika s-sors]Fis-17 ta' Ottubru tal-2012, Martin Österdahl ħabbar li għal din l-edizzjoni ser ikun hemm preżentattriċi waħda, għall-kuntrarju tal-edizzjonijiet ta' qabel. L-aħħar festival li ġie ppreżentat minn persuna waħda kien dak tal-1995 li sar fl-Irlanda. Fit-28 ta' Jannar tal-2013, ġie mħabbar li l-preżentattriċi tal-festival se tkun Petra Mede.
It-Tema
[immodifika | immodifika s-sors]It-tema ta' dan il-festival ġiet maħluqa mid-ditta Happy F&B, li hija bbażata fil-belt ta' Gothenburg. Fis-17 ta' Jannar tal-2013, l-EBU ħabbret it-tema ta' dan il-festival, li tinkludi farfett u l-islogan We are One.
Allokazzjoni tas-semifinali
[immodifika | immodifika s-sors]Bħas-snin ta' qabel, kien hemm polza li ddeterminat liema pajjiżi se jikkompetu fl-ewwel jew fit-tieni semifinali. Din saret fis-17 ta' Jannar tal-2013 fis-Sala Ċentrali ta' Malmö. Għall-kuntrarju tal-edizzjonijiet l-oħrajn, l-ordni tal-pajjiżi se tiġi deċiża mid-diretturi tal-festival, sabiex kull kanzunetta tkun imqassma b'tali mod li tkun differenti minn ta' qabilha u ta' warajha u l-festival ikun aktar interessanti. L-ordni ta' kif se jikkompetu l-pajjiżi se tiġi mħabbra f'April.
Bħas-snin ta' qabel, is-semifinalisti ġew imqassma f'ħames urni, bbażati fuq kif ivvutaw lil xulxin f'dawn l-aħħar disa' snin.
| Urna 1 | Urna 2 | Urna 3 | Urna 4 | Urna 5 |
|---|---|---|---|---|
Minn dawn il-ħames urni: is-semifinalisti ġew imqassma f'żewġ semifinali:
Pajjiżi parteċipanti
[immodifika | immodifika s-sors]Nhar il-21 ta' Diċembru 2012 tħabbru d-39 pajjiż li kienu se jikkompetu fil-Festival tal-Eurovision 2013. L-Armenja, li l-aħħar li kienet ħadet sehem kien fl-2011, ikkonfermat li kienet se tirritorna lura wara waqfa ta' sena.[1] Il-Bożnija u Ħerżegovina u l-Portugall irtiraw minħabba diffikultajiet finanzjarji,[3][4] waqt li s-Slovakkja u t-Turkija rtiraw għal raġunijiet differenti.[5][6]
Semifinali
[immodifika | immodifika s-sors]Semifinali 1
[immodifika | immodifika s-sors]L-Italja, l-Iżvezja u r-Renju Unit ivvutaw f'din is-semifinali.[7] L-għaxar kanzunetti immarkati bi sfond oranġjo ikkwalifikaw għall-finali.
| #[8] | Pajjiż[9] | Language[10] | Artist[11] | Kanzunetta[11] |
|---|---|---|---|---|
| 01 | Ingliż | Natália Kelly | "Shine" | |
| 02 | Estonjan | Birgit | "Et uus saaks alguse" | |
| 03 | Ingliż | Hannah | "Straight Into Love" | |
| 04 | Kroat | Klapa s Mora | "Mižerja" | |
| 05 | Ingliż | Emmelie de Forest | "Only Teardrops" | |
| 06 | Ingliż | Dina Garipova | "What If" | |
| 07 | Ingliż | Zlata Ognevich | "Gravity" | |
| 08 | Ingliż | Anouk | "Birds" | |
| 09 | Montenegrin | Who See | "Igranka" | |
| 10 | Ingliż | Andrius Pojavis | "Something" | |
| 11 | Ingliż | Alyona Lanskaya | "Solayoh" | |
| 12 | Rumen | Aliona Moon | "O mie" | |
| 13 | Ingliż | Ryan Dolan | "Only Love Survives" | |
| 14 | Grieg | Despina Olympiou | "An Me Thimasai" (Αν Με Θυμάσαι) | |
| 15 | Ingliż | Roberto Bellarosa | "Love Kills" | |
| 16 | Serb | Moje 3 | "Ljubav je svuda" (Љубав је свуда) |
Semifinali 2
[immodifika | immodifika s-sors]Finali
[immodifika | immodifika s-sors]| # | Pajjiż | Artist | Kanzunetta | Punti | Pożizzjoni |
|---|---|---|---|---|---|
| 01 | Amandine Bourgeois | L'Enfer et moi | 14 | 23 | |
| 02 | Andrius Pojavis | Something | 17 | 22 | |
| 03 | Aliona Moon | O Mie | 71 | 11 | |
| 04 | Krista Siegfrids | Marry Me | 13 | 24 | |
| 05 | ESDM | Contigo Hasta El Final (With You Until the End) | 8 | 25 | |
| 06 | Roberto Bellarosa | Love Kills | 71 | 12 | |
| 07 | Birgit | Et Uus Saaks Alguse | 19 | 20 | |
| 08 | Alyona Lanskaya | Solayoh | 48 | 16 | |
| 09 | Gianluca | Tomorrow | 120 | 8 | |
| 10 | Dina Garipova | What If | 174 | 5 | |
| 11 | Cascada | Glorious | 18 | 21 | |
| 12 | Dorians | Lonely Planet | 41 | 18 | |
| 13 | Anouk | Birds | 114 | 9 | |
| 14 | Cezar | It's My Life | 65 | 13 | |
| 15 | Bonnie Tyler | Believe in Me | 23 | 19 | |
| 16 | Robin Stjernberg | You | 62 | 14 | |
| 17 | ByeAlex | Kedvesem (Zoohacker Remix) | 84 | 10 | |
| 18 | Emmelie de Forest | Only Teardrops | 281 | 1 | |
| 19 | Eythor Ingi | Ég á Líf | 47 | 17 | |
| 20 | Farid Mammadov | Hold Me | 234 | 2 | |
| 21 | Koza Mostra feat. Agathon Iakovidis | Alcohol is Free | 152 | 6 | |
| 22 | Zlata Ognevich | Gravity | 214 | 3 | |
| 23 | Marco Mengoni | L'Essenziale | 126 | 7 | |
| 24 | Margaret Berger | I Feed You My Love | 191 | 4 | |
| 25 | Nodi Tatishvili and Sophie Gelovani | Waterfall | 50 | 15 | |
| 26 | Ryan Dolan | Only Love Survives | 5 | 26 | |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- 1 2 Hondal, Victor (2021-05-27). ESCToday.com (ed.). "Armenia set to return in 2013" (bl-Ingliż). Miġbur 2012-05-27.
- ↑ Jarmo, Siim (2013-01-17). European Broadcasting Union (ed.). "Malmö 2013: We are one" (bl-Ingliż). Miġbur 2013-01-17.
- ↑ Dž, A (2012-12-14). Klix.ba (ed.). "Bosna i Hercegovina odustala od učešća na Eurosongu u Švedskoj" (bil-Kroat). Miġbur 2012-12-14.
- ↑ Jiandani, Sanjay (2012-11-22). ESCToday.com (ed.). "Portugal will not participate in Eurovision 2013" (bl-Ingliż). Miġbur 2012-11-22.
- ↑ Kubík, Zdeněk (2012-12-04). EuroContest.cz (ed.). "Víme první: Slovensko nebude na Eurovizi 2013!" (biċ-Ċek). Miġbur 2012-12-04.
- ↑ Jiandani, Sanjay (2012-12-14). ESCToday.com (ed.). "Turkey will not go to Eurovision in Malmö" (bl-Ingliż). Miġbur 2012-12-14.
- ↑ Siim, Jarmo (2013-12-17). European Broadcasting Union (ed.). "Draw results: Who's in which Semi-Final?" (bl-Ingliż). Miġbur 2013-01-17.
- 1 2 "Eurovision 2013 Results: Voting & Points".
- 1 2 Siim, Jarmo (2013-01-16). "39 countries to take part in Eurovision 2013". European Broadcasting Union. Miġbur 2012-12-21.
- 1 2 "Eurovision Song Contest 2013". The Diggiloo Thrush. Miġbur 2013-03-01.
- 1 2 3 4 "Eurovision Song Contest Participants - Malmö 2013". European Broadcasting Union. Miġbur 2013-03-01.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]| Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Festival tal-Eurovision 2013 |