Congratulations (Eurovision)
Congratulations: 50 Sena ta' Eurovision | |
---|---|
Dati | |
Data tal-finali | 22 ta' Ottubru 2005 |
Ospitu | |
Sala | Forum Arena, Kopenħagen, Danimarka |
Preżentatur(i) | Katrina Leskanich Renārs Kaupers |
Att tal-intervall | Riverdance Ronan Keating Siltiet mill-passat |
Parteċipanti | |
Numru ta' parteċipanti | 14-il kanzunetta mill-1958 u l-2005 |
Vote | |
Kanzunetta rebbieħa | ABBA "Waterloo" |
Congratulations: 50 Sena ta' Eurovision kien programm televiżiv organizzat mill-EBU, li sar fit-22 ta' Ottubru 2005, biex jikkomemora l-50 sena mill-bidu tal-Festival tal-Eurovision. Din l-edizzjoni speċjali kienet ippreżentata minn Katrina Leskanich (mill-grupp Katrina and the the Waves, rebbieħ tal-edizzjoni ta' l-1997) u minn Renārs Kaupers (mill-grupp Brainstorm, it-tielet fl-edizzjoni tas-sena 2000. Il-kanzunetta rebbieħa tal-Congratulations, li kienet b'hekk ikkunsidrata bħala l-aqwa silta mużikali fl-istorja tal-Eurovision, kienet Waterloo mill-grupp Żvediż tal-ABBA, li rebaħ il-Festival tal-Eurovision 1974.
Fil-bidu l-edizzjoni kienet se ssir ġewwa Birmingham fejn il-BBC ipproponiet li tospita l-Congratulations, imma wara rtiraw l-proposta. Franza wkoll irtirat u b'hekk DR tad-Danimarka ntgħażel biex jospita l-avveniment. Kien hemm total ta' tletin stazzjon li xandru din l-edizzjoni.
Parteċipanti
[immodifika | immodifika s-sors]Wieħed u tletin pajjiżi xandru dan l-avveniment u pparteċipaw fil-votazzjoni. Ir-Renju Unit, l-Italja u Franza għażlu li ma jxandruhx. Søren Therkelsen, l-pubblikatur tal-kummissjoni ta' dan l-avveniment, qal li ħassu "diżappuntat" fuq id-deċiżjoni tal-istazzjonijiet li ma jxandrux is-serata.[1] Din l-edizzjoni ġiet ukoll imxandra wara l-ħin fl-Albanija, l-Armenja u l-Awstralja minkejja li dawn il-pajjiżi ma vvutawx.[2] Il-pajjiżi parteċipanti kienu:[3]
Kontestanti
[immodifika | immodifika s-sors]Erbatax-il kanzunetta kkompetew fil-Congratulations. F'Mejju 2005 l-EBU għamlet sondaġġ fuq is-sit uffiċjali tagħha biex tiddeċiedi liema għaxar kanzunetti se jikkompetu fil-festival.[4] Il-votanti għażlu ż-żewġ kanzunetti favoriti minn kull wieħed mill-ħames deċennji: mill-1956 sal-1965, mill-1966 sal-1975, mill-1986 sal-1995 u mill-1996 sal-2005. Ir-raba' kanzunetti l-oħra jintgħażlu mill-Grupp ta' Referenza tal-EBU.[5] Fis-16 ta' Ġunju 2005, l-erbatax-il kanzunetta ġew magħżula, minkejja li ebda indikazzjoni ma ngħataw fuq liema ntagħżlu mill-pubbliku fuq l-internet u dawk mill-Grupp ta' Referenza.[6]
Riżultati
[immodifika | immodifika s-sors]# | Kanzunetta | L-1 Rawnd | Poż. | It-2 Rawnd | Poż. |
---|---|---|---|---|---|
1 | Congratulations | 105 | 8 | - | - |
2 | What's Another Year? | 74 | 12 | - | - |
3 | Diva | 39 | 13 | - | - |
4 | Eres Tú | 90 | 11 | - | - |
5 | Ein bisschen Frieden | 106 | 7 | - | - |
6 | Nel blu dipinto di blu | 200 | 2 | 267 | 2 |
7 | Waterloo | 331 | 1 | 329 | 1 |
8 | Fly on the Wings of Love | 111 | 6 | - | - |
9 | Poupée de cire, poupée de son | 37 | 14 | - | - |
10 | Every Way That I Can | 104 | 9 | - | - |
11 | Ne partez pas sans moi | 98 | 10 | - | - |
12 | Hold Me Now | 182 | 3 | 262 | 3 |
13 | Save Your Kisses for Me | 154 | 5 | 230 | 5 |
14 | My Number One | 167 | 4 | 245 | 4 |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Bakker, Sietse (2005-08-19). "Therkelsen "disappointed" in British and French TV" (bl-Ingliż). ESCToday. Miġbur 2007-12-26.
- ^ "The 43rd EBU TV committee" (bl-Ingliż). EBU. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-08-07. Miġbur 2007-12-26.
- ^ "Participating broadcasters" (bl-Ingliż). Eurovision. Arkivjat mill-orġinal fl-2005-10-13. Miġbur 2007-12-26.
- ^ "Happy birthday, Eurovision!" (bl-Ingliż). Eurovision. Arkivjat mill-oriġinal fl-2005-05-22. Miġbur 2007-12-26.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Dearth of the cool" (bl-Ingliż). The Age. Miġbur 2007-12-26.
- ^ ""Congratulations" - 14 songs to compete" (bl-Ingliż). Eurovision. 2005-06-16. Arkivjat mill-oriġinal fl-2005-08-28. Miġbur 2007-12-26.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)