Festival tal-Eurovision 2010

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Festival tal-Eurovision 2010
"Share The Moment"
Dati
Data tal-1el semifinali 25 ta' Mejju 2010
Data tal-2ni semifinali 27 ta' Mejju 2010
Data tal-finali 29 ta' Mejju 2010
Ospitu
Sala Telenor Arena, Bærum, Norveġja
Preżentatur(i) Erik Solbakken
Haddy N'jie
Nadia Hasnaoui
Att tal-ftuħ Alexander Rybak ikanta Fairytale
Att tal-intervall Massa ta' nies jesebixxu flimkien ma' Madcon, flimkien ma' filmati diretti u rekordjati ta' udjenzi jiżfnu madwar l-Ewropa.
Parteċipanti
Numru ta' parteċipanti 39
Pajjiżi debuttanti Ħadd
Pajjiżi li rritornaw Bandiera tal-Ġeorġja Ġeorġja
Pajjiżi li rtiraw Bandiera tal-Andorra Andorra
Bandiera tal-Montenegro Montenegro
Bandiera tar-Repubblika Ċeka Repubblika Ċeka
Bandiera tal-Ungerija Ungerija
Vote
Kanzunetta rebbieħa Bandiera tal-Ġermanja Ġermanja
"Satellite"
Festival tal-Eurovision
◄2009 2011►

Il-Festival tal-Eurovision 2010 kien il-55 edizzjoni tal-Festival tal-Eurovision. Dan sar ġewwa t-Telenor Arena, f'Bærum, fin-Norveġja, subborg tal-belt ta' Oslo. Din hija t-tielet darba li dan il-pajjiż qed iżomm dan il-festival, bl-edizzjonijiet preċedenti jkunu dawk tal-1986 u l-1996. Is-semifinali ħadu post fil-25 u fis-27 ta' Mejju 2010, waqt li l-finali se tieħu post nhar is-Sibt 29 ta' Mejju 2010.[1] Il-kantanta ta' dsatax-il sena Lena rebħet il-festival 2010 f'isem il-Ġermanja bil-kanzunetta "Satellite".

Il-European Broadcasting Union (EBU), għal din l-edizzjoni, effetwat xi tibdliet fosthom fis-sistema ta' votazzjoni fis-semifinali, li tibbilanċja l-voti tal-ġurija ma' dawk tal-pubbliku. Disgħa u tletin pajjiż daħlu għal dan il-konkors, bil-Ġeorġja tirritorna lura, waqt li l-Andorra, il-Montenegro, ir-Repubblika Ċeka u l-Ungerija jirtiraw.

Sala[immodifika | immodifika s-sors]

Il-baġit inizzjali għas-sala kien dak ta' 150 miljun krona Norveġiża (17-il miljun). Din iċ-ċifra hija ikbar minn dik allokata fl-edizzjoni tal-2007 f'Ħelsinki, waqt li inqas minn dik li ntafqet fl-edizzjoni ta' Moska 2009. L-aħħar ċifra stmata li ntafqet hi dik ta' 211-il miljun krona (€24 miljun).

Waqt konferenza stampa f'Oslo fis-27 ta' Mejju 2009, ġie mħabbar li s-serata se ssir fiż-żona metropolitana ta' Oslo. In-NRK qablu li Oslo kienet l-unika belt bl-infrastruttura, impjanti u kapaċità adegwati sabiex jiġi ospitat il-Eurovision. Fit-3 ta' Lulju 2009, ġie deċiż li l-impjant se jkun it-Telenor Arena, struttura ġdida fil-muniċipalità ta' Bærum.[2] B'total ta' 246 punt, il-Ġermanja ġabet it-titlu lura lejn pajjiżha wara assenza mir-rebħ ta' 28 sena; din kienet ukoll l-ewwel rebħa ta' pajjiż li ġej mill-"Big Four" mill-1997.

Disinn viżwali[immodifika | immodifika s-sors]

In-NRK ħabbru l-islogan, id-disinn u t-tema tal-arti tal-Konkors fl-4 ta' Diċembru 2009. It-tema tal-arti, serje ta' ċrieki li jaqtgħu ġo xulxin, ġe magħżul sabiex "jirrapreżenta l-għaqda tal-popli u d-diversità ta' emozzjonijiet li jduru madwar il-Festival tal-Eurovision."[3] Barra minn hekk, il-logo tal-festival, barra mill-isfond abjad, ħareġ ukoll taħt il-kulur tad-deheb, l-iswed u r-roża. Dehra tad-disinn tal-palk ħarġet fis-6 ta' Mejju 2010, fejn ma kienet tinkludi ebda skrin LED, fejn minflok se tiġi applikata teknika differenti fuq id-dawl.

Format[immodifika | immodifika s-sors]

Votazzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Nhar il-11 ta' Ottubru 2009, il-European Broadcasting Union (EBU) ħabbret li l-format tas-semifinali se jinbidel sabiex ir-riżultati se jkunu determinati minn taħlita ta' 50% ġurija nazzjonali u 50% voti tal-pubbliku, biex b'hekk il-format ikun konsistenti ma' dak użat fil-finali. Il-voti ta' pajjiż se jkunu kombinazzjoni tal-voti tal-ġurija u voti min-naħa tal-pubbliku. L-għaxar pajjiżi bl-akbar numru ta' punti jiksbu post fil-finali tal-konkors.[4] Din tieħu post is-sistema wżata fl-2008 u fl-2009 fejn l-aqwa disa' pajjiżi mir-riżultati tat-televotazzjoni minn kull semifinali jikkwalifikaw għall-finali. L-għaxar post fis-semifinali jiġi determinat min kiseb l-ikbar numru ta' punti mill-voti tal-ġurija u li jkun għadu ma kisebx post fil-finali (permezz tal-voti tal-pubbliku). Fis-26 ta' Ottubru 2009, l-EBU ħabbret ukoll li l-votazzjoni se tkun miftuħa matul is-serata kollha u tagħlaq ħmistax-il minuta wara l-aħħar kanzunetta.[5]

Allokazzjoni tas-semifinali[immodifika | immodifika s-sors]

Nhar il-Ħadd 7 ta' Frar 2010, saru t-tlugħ tal-poloz fuq liema pajjiżi se jidhru fl-ewwel u fit-tieni semifinali. Il-pajjiżi parteċipanti ġew maqsuma f'ħames urni deċiżi skont l-istorja ta' votazzjoni fl-aħħar konkorsi. Il-polza kienet tinkludi mhux biss liema pajjiż se jkanta f'liema semifinali, imma wkoll f'liema nofs tas-semifinali se jkanta, sabiex id-delegazzjonijiet ikunu jafu meta se jibdew ir-riħersals għall-pajjiżi rispettivi. Il-polza ddeterminat ukoll f'liema semifinali l-pajjiżi tal-hekk imsejħa "Big Four" (Franza, il-Ġermanja, ir-Renju Unit u Spanja) u l-pajjiż ospitu tan-Norveġja, sejrin jivvutaw.[6] Fit-23 ta' Marzu 2010 ġiet deċiża f'liema pożizzjoni l-pajjiżi se jkantaw fil-finali u s-semifinali.

Urna 1 Urna 2 Urna 3 Urna 4 Urna 5

Riżultati[immodifika | immodifika s-sors]

Semifinali[immodifika | immodifika s-sors]

Erbgħa u tletin pajjiż daħlu għas-semifinali tal-festival. It-tlugħ tal-poloz għas-semifinali saru fis-7 ta' Frar 2010, waqt li l-poloz ta' f'liema pożizzjoni se jkantaw ittellgħet fit-23 ta' Marzu 2010.

Semifinali 1[immodifika | immodifika s-sors]

  • L-ewwel semifinali saret f'Oslo nhar il-25 ta' Mejju 2010.
  • L-għaxar pajjiżi mis-semifinali bl-aktar numru ta' punti jiggwadanjaw post fil-finali.
  • Franza, il-Ġermanja u Spanja ivvutaw f'din is-semifinali.
# Pajjiż Artist Kanzunetta Traduzzjoni Pożizzjoni Punti
01 Bandiera tal-Moldova Moldova SunStroke Project u Olia Tira "Run Away" Aħrab 10 52
02 Bandiera tar-Russja Russja Peter Nalitch and Friends "Lost and Forgotten" Mitluf u Minsi 7 74
03 Bandiera tal-Estonja Estonja Malcolm Lincoln u Manpower 4 "Siren" Sirena 14 39
04 Bandiera tas-Slovakkja Slovakkja Kristina "Horehronie" Horehronie 16 24
05 Bandiera tal-Finlandja Finlandja Kuunkuiskaajat "Työlki ellää" Wieħed jista' jaħdem għall-għajxien 11 49
06 Bandiera tal-Latvja Latvja Aisha "What For?" Għalxiex? 17 11
07 Bandiera tas-Serbja Serbja Milan Stanković "Ovo je Balkan"
(Ово је Балкан)
Dawn huma l-Balkani 5 79
08 Bandiera tal-Bosnja-Ħerzegovina Bosnja-Ħerzegovina Vukašin Brajić "Thunder and Lightning" Ragħad u Sajjetti 8 59
09 Bandiera tal-Polonja Polonja Marcin Mroziński "Legenda" Leġġenda 13 44
10 Bandiera tal-Belġju Belġju Tom Dice "Me and My Guitar" Jien u l-Kitarra Tiegħi 1 167
11 Bandiera ta' Malta Malta Thea Garrett "My Dream" Il-Ħolma Tiegħi 12 45
12 Bandiera tal-Albanija Albanija Juliana Pasha "It's All About You" Hu Kollu Dwarek 6 76
13 Bandiera tal-Greċja Greċja Giorgos Alkaios and Friends "OPA" (ΏΠΑ) 2 133
14 Bandiera tal-Portugall Portugall Filipa Azevedo "Há dias assim" Hemm ġranet bħal din 4 89
15 Bandiera tal-Maċedonja ta' Fuq Maċedonja Gjoko Taneski, Billy Zver u Pejcin "Jas ja imam silata"
(Јас ја имам силата)
Għandi s-saħħa 15 37
16 Bandiera tal-Bjelorussja Bjelorussja 3+2 feat Robert Wells "Butterflies" Friefet 9 59
17 Bandiera tal-Iżlanda Iżlanda Hera Björk "Je ne sais quoi" Ma nafx xiex 3 123

Semifinali 2[immodifika | immodifika s-sors]

  • It-tieni semifinali saret f'Oslo fis-27 ta' Mejju 2010.
  • L-għaxar pajjiżi mis-semifinali bl-aktar numru ta' punti jiggwadanjaw post fil-finali.
  • In-Norveġja u r-Renju Unit ivvutaw f'din is-semifinali.
# Pajjiż Artist Kanzunetta Traduzzjoni Pożizzjoni Punti
01 Bandiera tal-Litwanja Litwanja InCulto "Eastern European Funk" Funk tal-Lvant tal-Ewropa 12 44
02 Bandiera tal-Armenja Armenja Eva Rivas "Apricot Stone" Għadma tal-Berquq 6 83
03 Bandiera tal-Iżrael Iżrael Harel Skaat "Milim" Kliem 8 71
04 Bandiera tad-Danimarka Danimarka Chanée u N'evergreen "In a Moment Like This" F'Mument Bħal Dan 5 101
05 Bandiera tal-Iżvizzera Żvizzera Michael von der Heide "Il pleut de l'or" Qiegħda tagħmel xita tad-deheb 17 2
06 Bandiera tal-Iżvezja Żvezja Anna Bergendahl "This Is My Life" Din Hija Ħajti 11 62
07 Bandiera tal-Ażerbajġan Ażerbajġan Safura "Drip Drop" Qatra Qatra 2 113
08 Bandiera tal-Ukrajna Ukrajna Alyosha "Sweet People" Nies Ħelwin 7 77
09 Bandiera tan-Netherlands Netherlands Sieneke "Ik ben verliefd (Sha-la-lie)" I'm in love (Sha-la-lie) 14 29
10 Bandiera tar-Rumanija Rumanija Paula Seling u Ovi "Playing with Fire" Nilgħabu man-Nar 4 104
11 Bandiera tas-Slovenja Slovenja Ansambel Žlindra u Kalamari "Narodnozabavni rock" Rock folk nattiv 16 6
12 Bandiera tar-Repubblika tal-Irlanda Irlanda Niamh Kavanagh "It's for You" Hi Għalik 9 67
13 Bandiera tal-Bulgarija Bulgarija Miro "Angel si ti" (Ангел си ти) Inti anġlu 15 19
14 Bandiera ta' Ċipru Ċipru Jon Lilygreen u The Islanders "Life Looks Better in Spring" Il-Ħajja Tidher Aħjar fir-Rebbiegħa 10 67
15 Bandiera tal-Kroazja Kroazja Feminnem "Lako je sve" Kollox huwa faċli 13 33
16 Bandiera tal-Ġeorġja Ġeorġja Sopho Nizharadze "Shine" Ibrilla 3 106
17 Bandiera tat-Turkija Turkija maNga "We Could Be the Same" Nistgħu Nkunu l-Istess 1 118

Finali[immodifika | immodifika s-sors]

  • Il-finali saret fid-29 ta' Mejju 2010, ġewwa Telenor Arena, f'Bærum, f'Oslo.
  • L-hekk imsejħa l-Big Four u l-pajjiż ospitu, in-Norveġja, ikkwalifikaw awtomatikament għall-finali.
  • Miż-żewġ semifinali tal-25 u s-27 ta' Mejju 2010, għoxrin pajjiż ikkwalifikaw għall-finali. Total ta' ħamsa u għoxrin pajjiż ikkompetew fil-finali.
# Pajjiż Artist Kanzunetta Traduzzjoni Pożizzjoni Punti
01 Bandiera tal-Ażerbajġan Ażerbajġan Safura "Drip Drop" Qatra Qatra 5 145
02 Bandiera ta' Spanja Spanja Daniel Diges "Algo pequeñito" Xi ħaġa żgħira 15 68
03 Bandiera tan-Norveġja Norveġja Didrik Solli-Tangen "My Heart Is Yours" Qalbi Tiegħek 20 35
04 Bandiera tal-Moldova Moldova SunStroke Project and Olia Tira "Run Away" Aħrab 22 27
05 Bandiera ta' Ċipru Ċipru Jon Lilygreen u The Islanders "Life Looks Better in Spring" Il-Ħajja Tidher Aħjar fir-Rebbiegħa 21 27
06 Bandiera tal-Bosnja-Ħerzegovina Bosnja-Ħerzegovina Vukašin Brajić "Thunder and Lightning" Ragħad u Sajjetti 17 51
07 Bandiera tal-Belġju Belġju Tom Dice "Me and My Guitar" Jien u l-Kitarra Tiegħi 6 143
08 Bandiera tas-Serbja Serbja Milan Stanković "Ovo je Balkan" (Ово је Балкан) Dawn huma l-Balkani 13 72
09 Bandiera tal-Bjelorussja Bjelorussja 3+2 feat Robert Wells "Butterflies" Friefet 24 18
10 Bandiera tar-Repubblika tal-Irlanda Irlanda Niamh Kavanagh "It's for You" Hi Għalik 23 25
11 Bandiera tal-Greċja Greċja Giorgos Alkaios and Friends "OPA" (ΟΠΑ) 8 140
12 Bandiera tar-Renju Unit Renju Unit Josh Dubovie "That Sounds Good to Me" Tidher Tajjeb Għalija 25 10
13 Bandiera tal-Ġeorġja Ġeorġja Sopho Nizharadze "Shine" Ibrilla 9 136
14 Bandiera tat-Turkija Turkija maNga "We Could Be the Same" Nistgħu Nkunu l-Istess 2 170
15 Bandiera tal-Albanija Albanija Juliana Pasha "It's All About You" Hu Kollu Dwarek 16 62
16 Bandiera tal-Iżlanda Iżlanda Hera Björk "Je ne sais quoi" Ma nafx xiex 19 41
17 Bandiera tal-Ukrajna Ukrajna Alyosha "Sweet People" Nies Ħelwin 10 108
18 Bandiera ta' Franza Franza Jessy Matador "Allez Ola Olé" Ejjew! Ola! Olé! 12 82
19 Bandiera tar-Rumanija Rumanija Paula Seling u Ovi "Playing with Fire" Nilgħabu man-Nar 3 162
20 Bandiera tar-Russja Russja Peter Nalitch and Friends "Lost and Forgotten" Mitluf u Minsi 11 90
21 Bandiera tal-Armenja Armenja Eva Rivas "Apricot Stone" Għadma tal-Berquq 7 141
22 Bandiera tal-Ġermanja Ġermanja Lena "Satellite" Satellita 1 246
23 Bandiera tal-Portugall Portugall Filipa Azevedo "Há dias assim" Hemm ġranet bħal din 18 43
24 Bandiera tal-Iżrael Iżrael Harel Skaat "Milim" Kliem 14 71
25 Bandiera tad-Danimarka Danimarka Chanée u N'evergreen "In a Moment Like This" F'Mument Bħal Dan 4 149

Votazzjoni matul il-finali[immodifika | immodifika s-sors]

  1. Bandiera tar-Rumanija Rumanija
  2. Bandiera tar-Repubblika tal-Irlanda Irlanda
  3. Bandiera tal-Ġermanja Ġermanja
  4. Bandiera tas-Serbja Serbja
  5. Bandiera tal-Albanija Albanija
  6. Bandiera tat-Turkija Turkija
  7. Bandiera tal-Kroazja Kroazja
  8. Bandiera tal-Polonja Polonja
  9. Bandiera tal-Bosnja-Ħerzegovina Bosnja-Ħerzegovina
  10. Bandiera tal-Finlandja Finlandja
  11. Bandiera tas-Slovenja Slovenja
  12. Bandiera tal-Estonja Estonja
  13. Bandiera tar-Russja Russja
  1. Bandiera tal-Portugall Portugall
  2. Bandiera tal-Ażerbajġan Ażerbajġan
  3. Bandiera tal-Greċja Greċja
  4. Bandiera tal-Iżlanda Iżlanda
  5. Bandiera tad-Danimarka Danimarka
  6. Bandiera ta' Franza Franza
  7. Bandiera ta' Spanja Spanja
  8. Bandiera tas-Slovakkja Slovakkja
  9. Bandiera tal-Bulgarija Bulgarija
  10. Bandiera tal-Ukrajna Ukrajna
  11. Bandiera tal-Latvja Latvja
  12. Bandiera ta' Malta Malta
  13. Bandiera tan-Norveġja Norveġja
  1. Bandiera ta' Ċipru Ċipru
  2. Bandiera tal-Litwanja Litwanja
  3. Bandiera tal-Bjelorussja Bjelorussja
  4. Bandiera tal-Iżvizzera Żvizzera
  5. Bandiera tal-Belġju Belġju
  6. Bandiera tar-Renju Unit Renju Unit
  7. Bandiera tan-Netherlands Netherlands
  8. Bandiera tal-Iżrael Iżrael
  9. Bandiera tal-Maċedonja ta' Fuq Maċedonja
  10. Bandiera tal-Moldova Moldova
  11. Bandiera tal-Ġeorġja Ġeorġja
  12. Bandiera tal-Iżvezja Żvezja
  13. Bandiera tal-Armenja Armenja

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Luke Fisher (13-05-2009). Oikotimes (ed.). "EBU Press Conference; 2010 dates announced" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  2. ^ Sietse Bakker (03-07-2009). EBU (ed.). "Breaking news: Fornebu Arena to host Oslo 2010" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  3. ^ Sietse Bakker (04-12-2009). EBU (ed.). "Oslo 2010 theme revealed: Share The Moment" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  4. ^ Sietse Bakker (11-10-2009). EBU (ed.). "Exclusive: Juries also get 50% stake in Semi-Final result!" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  5. ^ Sietse Bakker (26-10-2009). EBU (ed.). "Oslo 2010: Televoting during entire shows" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  6. ^ Florian Grillhofer (04-02-2010). ESCToday (ed.). "Eurovision 2010: Semi final allocation draw on Sunday" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]