Lena Meyer-Landrut
Lena Meyer-Landrut | |
---|---|
Lena Meyer-Landrut fil-konferenza stampa wara r-rebħa tagħha fil-Festival tal-Eurovision 2010 | |
Informazzjoni ġenerali | |
Magħrufa | Lena |
Twieldet | 23 ta' Mejju 1991 |
Oriġini | Hanover, Ġermanja |
Ġeneru | Pop |
Snin ta' attività | 2010–preżent |
Ditta | USFO, Universal Music Germany |
Sit uffiċjali | lena-meyer-landrut.com |
Lena Meyer-Landrut (twieldet fit-23 ta' Mejju 1991), magħrufa wkoll bħala Lene, hija kantanta Ġermaniża. Hi ħadet sehem f'isem il-Ġermanja fil-Festival tal-Eurovision 2010 f'Oslo, in-Norveġja, u rebħet il-festival bil-kanzunetta "Satellite", fejn irċiviet 246 punt fil-finali tad-29 ta' Mejju.
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Lena Meyer-Landrut twieldet fit-23 ta' Mejju 1991 ġewwa Hannover fil-Ġermanja.[1] Ta' ħames snin bdiet tieħu lezzjonijiet taż-żfin; għall-bidu fuq il-ballet u iktar tard fuq stili aktar moderni bħall-hip hop u l-jazz. Meyer-Landrut kibret bl-imħabba lejn il-kant ġo fiha u waslet anke biex dehret bħala extra f'numru ta' serje televiżivi Ġermaniżi. Minkejja dan, hi qatt ma ħadet taħriġ vokali jew fid-drama. Hi tattendi l-iskola sekondarja ta' IGS Roderbruch Hannover.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Unser Star für Oslo
[immodifika | immodifika s-sors]Minkejja li ma kellha l-ebda esperjenza professjonali ta' kant, Meyer-Landrut iddeċidiet li tidħol fil-festival Unser Star für Oslo (L-Istilla Tagħna għal Oslo), programm televiżiv ġdid sabiex tintgħażel il-kanzunetta Ġermaniża għall-Festival tal-Eurovision 2010 ġewwa Oslo. Il-festival ġie organizzat mix-xandar pubbliku ARD u l-istazzjon televiżiv privat ProSieben, kif ukoll mill-produttur mużikali Stefan Raab. Minn fost 4,500 parteċipant, Meyer-Landrut ġiet magħżulha fost l-aħħar 20 kontestant għas-serata.
Wara l-ewwel dehra tagħha, fejn kantat "My Same" mill-kantanta Brittanika Adele, Meyer-Landrut irċiviet tifħir min-naħa tal-ġurija tal-konkors u immedjatament daħlet bħala fost il-favoriti li tirbaħ. Barra li l-interpretazzjoni tagħha ta' "My Same" daħlet fil-klassifika mużikali Ġermaniża f'numru 61, Meyer-Landrut waslet sal-finali ta' Unser Star für Oslo. Fil-finali tat-12 ta' Marzu 2010, Meyer-Landrut kantant tliet kanzunetti li ġew speċifikament miktuba għall-konkors, "Bee", "Satellite" u "Love Me". Il-pubbliku għażel il-kanzunetta "Satellite", komposta mill-kompożitur Daniż John Gordon u b'lirika tal-Amerikana Julie Frost, bħala l-kanzunetta tagħha jekk tirbaħ il-festival. Fit-tieni rawnd ta' votazzjoni, Meyer-Landrut ġiet magħżula bħala r-rappreżentatriċi tal-Ġermanja fil-55 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest, fejn għelbet lill-aħħar kontestanta, Jennifer Braun.[2]
It-tliet kanzunetti finalisti tagħha kollha daħlu fl-aqwa ħamsa fil-klassifika mużikali Ġermaniża, fejn laħqu l-ewwel, it-tielet u r-raba', liema tragward li qatt ma ntlaħaq mill-ebda artist minn meta bdiet toħroġ il-klassifika Ġermaniża fl-1959.[3] "Satellite" ġiet iċċertifikata bħala tad-deheb wara l-ewwel ġimgħa, u tal-platinu wara r-raba' ġimgħa.[4] Il-kanzunetta baqgħet fl-ewwel post fil-Ġermanja għal ħames ġimgħat konsekuttivi, u waslet sat-tieni post ġewwa l-Awstrija u l-Iżvizzera.
Festival tal-Eurovision
[immodifika | immodifika s-sors]Minħabba li kienet qiegħda tieħu sehem f'isem pajjiż tal-"Big Four", Meyer-Landrut kisbet post awtomatiku fil-finali tal-Festival tal-Eurovision 2010 ġewwa Oslo, in-Norveġja. Fil-finali li saret ġewwa t-Telenor Arena, hi kantat ir-raba' mill-aħħar. "Satellite" kisbet total ta' 246 punt fejn tat l-ewwel rebħa tal-Ġermanja mill-1982, u l-ewwel waħda bħala pajjiż unifikat. Il-kanzunetta rebħet fuq dik Torka "We Could Be The Same", li spiċċat fit-tieni post, b'marġinu ta' 76 punt, it-tieni l-ikbar fl-istorja tal-Eurovision, wara r-rekord ta' 169 ta' Alexander Rybak fl-edizzjoni tal-2009. Il-parteċipanta Ġermaniża ngħatat disa' settijiet ta' tnax-il punt u rċiviet punti minn kull pajjiż barra ħamsa. Ir-rebħa ta' Meyer-Landrut kisbet attenzjoni kbira fil-Ġermanja u s-serata segwewha 14.69 miljun persuna fuq it-televiżjoni Ġermaniża.[5] Lena irritornat lura lejn Hannover il-ġurnata wara r-rebħa tagħha fejn ġiet milqugħa minn 40,000 persuna.
Dehriet fuq Unser Star für Oslo
[immodifika | immodifika s-sors]Serata | Kanzunetta | Artist oriġinali |
---|---|---|
L-ewwel serata | "My Same" | Adele |
It-tielet serata | "Diamond Dave" | The Bird and the Bee |
Ir-raba' serata | "Foundations" | Kate Nash |
Il-ħames serata | "New Shoes" | Paolo Nutini |
Kwarti tal-finali (Is-sitt serata) |
"Mouthwash" "Neopolitan Dreams" |
Kate Nash Lisa Mitchell |
Semifinali (Is-seba' serata) |
"Mr. Curiosity" "The Lovecats" |
Jason Mraz The Cure |
Finali (It-tmien serata) |
"Bee" "Satellite" "Love Me" |
Jennifer Braun / Lena Meyer-Landrut Jennifer Braun / Lena Meyer-Landrut Lena Meyer-Landrut |
- Jennifer Braun u Meyer-Landrut it-tnejn kantaw verżjonijiet differenti ta' "Bee" u "Satellite" fil-finali
Diskografija
[immodifika | immodifika s-sors]Albums
[immodifika | immodifika s-sors]- 2010 – My Cassette Player
- 2011 – Good News
- 2012 – Stardust
- 2014 – Crystal Sky
Kanzunetti
[immodifika | immodifika s-sors]Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ (DE) Deutscher Depeschendienst. Musik: Lena Meyer-Landrut: Zwischen Grand Prix und Schulbank. Ad-hoc-news.de.
- ^ Klier, Marcus. Germany sends Lena Meyer-Landrut to the Eurovision Song Contest. ESCToday.com. 12 ta' Marzu 2010.
- ^ (DE) Lena Meyer-Landrut schreibt Charts-Geschichte. Spiegel.de. 23 ta' Marzu 2010.
- ^ (DE) Charts KW 16: Unheilig zurück auf dem Thron. MusikWoche. 13 ta' April 2010.
- ^ Klier, Marcus. Germany: 14.69 million people watched the final. ESCToday.com. 30 ta' Mejju 2010.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Lena Meyer-Landrut (Lena Meyer-Landrut) |
- Sit uffiċjali
- Lena Meyer-Landrut fuq l-Internet Movie Database
- (DE) Profil fuq Eurovision.ndr.de
Predeċessur Oscar u Alex |
Ġermanja fil-Festival tal-Eurovision 2010, 2011 |
Suċċessur |
Predeċessur Alexander Rybak |
Rebbieħa tal-Festival tal-Eurovision 2010 |