Aqbeż għall-kontentut

Inga u Anush Arshakyans

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Inga u Anush Arshakyans
Informazzjoni ġenerali
Twieled Inga – 18 ta' Marzu 1982 (1982-03-18) (42 sena)
Anush – 24 ta' Diċembru 1980 (1980-12-24) (43 sena)
Armenja Yerevan, Armenja
Oriġini Armenja
Ġeneru Folk, pop folk, folk rock
Sit uffiċjali www.ingaanush.am

Inga u Anush Arshakyans (bl-Armen: Ինգա և Անուշ Արշակյաններ) magħrufin ilkoll bħala L-Aħwa Arshakyan, huma żewġ kantanti u liriċisti Armeni. L-aħwa rrapreżentaw lill-Armenja fil-Festival tal-Eurovision 2009.

Anush Arshakyan twieldet fl-24 ta' Diċembru, 1980, ġewwa Yerevan. Hi studjat u ggradwat mill-iskola tal-mużika S.Aslamazyan, mill-klassi tal-pjanu. Fl-1994 kisbet l-ewwel post tagħha u ġiet onorata bl-unur tal-udjenza fil-kompetizzjoni "Sonorous voices" li saret fil-belt ta' Omsk. F'dan il-perjodu hi bdiet tippromovi lilha nnifisha bħala kompożitur/awtur. Fl-1999, hi ddebutat bħala solista flimkien mal-Orkestra Filarmonika u l-Kor Statali tal-Armenja. Mill-2001 sal-2005 hi studjat u ggradwat mill-Konservatorju Statali ta' Yerevan.

Inga Arshakyan twieldet fit-18 ta' Marzu, 1982 f'Yerevan. Hi wkoll iggradwat mill-iskola tal-mużika S.Aslamazyan u mill-kulleġġ tal-mużika A.Babajanyan, mill-klassi tal-vjolin. Waqt li kienet tkompli l-istudji tagħha, hi kienet ukoll qed taħdem mal-għaqda ta' vjolinisti ta' G.Achemyan. Fl-1998, Inga ingħaqdet ma' oħtha u flimkien bdew jippromovu l-attivitajiet tagħhom. Fir-repertorji tagħhom ma kienx hemm biss dwetti, imma wkoll arias, fejn il-vjolin jilgħab rwol importanti.

Festival tal-Eurovision 2009

[immodifika | immodifika s-sors]

L-Aħwa Arshakyan ġew magħżula mill-pubbliku Armen nhar il-14 ta' Frar 2009, biex jirrapreżentaw lil pajjiżhom fil-Festival tal-Eurovision 2009, bil-kanzunetta "Jan Jan".[1][2]

"Il-kanzunetta tagħna għall-Eurovision hi miktuba fuq stil folk, b'elementi tal-mużika kontemporanja", stqarriet Anush Arshakyan waqt il-konferenza stampa qabel ma marru lejn Moska. Il-mużika hi komposta minn Mane Akopyan, u l-lirika hi ta' Avet Barseghyan (il-parti Armena) u ta' Vardan Zadoyan (il-parti Ingliża), b'arranġamenti ppreparati minn Ara (Murzik) Torosyan. Fi kliemha, l-għan prinċipali tagħhom hu li jirrapreżentaw il-mużika folk tal-Armenja bil-mod tagħhom. "Pajjiżi żgħar bħall-Armenja jridu dejjem ifittxu konkorsi bħall-Eurovision, biex jippreżentaw il-kultura tagħhom lid-dinja", qalet il-kantanta. "Is-suċċess fil-festival ma jiddependix biss fuq l-artisti, imma min-naħa tagħna aħna se nagħmlu ħilitna biex niksbu r-rebħa f'Moska", qalet Anush Arshakyan.

Il-kanzunetta rebħet post fil-finali tal-Eurovision tas-16 ta' Mejju wara li ħadet post mill-għaxra disponibbli mis-semifinali tat-12 ta' Mejju.

  1. ^ Klier, Marcus (2009-02-14). ESCToday (ed.). "Armenia: Eurovision entrant chosen" (bl-Ingliż). Miġbur 2009-02-14.
  2. ^ Brey, Marco (2009-02-14). "Armenia decided - Inga & Anush to Moscow" (bl-Ingliż). EBU. Miġbur 2009-02-14.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]
Predeċessur
Sirusho
Armenja fil-Festival tal-Eurovision
2009

Suċċessur
Eva Rivas