Flor-de-Lis

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
Flor-de-Lis
Oriġini Portugall Liżbona, Portugall
Ġeneru Folk, akustika
Snin ta' attività 2004–preżent

Flor-de-Lis hu grupp mużikali Portugiż li jkanta fuq stil folk, u li ħa sehem f'isem il-Portugall fil-Festival tal-Eurovision 2009 f'Moska, ġewwa r-Russja, permezz tal-kanzunetta "Todas as ruas do amor" (It-toroq kollha tal-imħabba). Irnexxielhom jgħaddu mill-ewwel semifinali u fil-finali spiċċaw fil-ħmistax-il post.

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Il-bidu[immodifika | immodifika s-sors]

Il-bidu ta' Flor-de-Lis hu assoċjat mal-parteċipazzjoni ta' Pedro Marques bħala perkussjonist fil-proġett "Adulfe", imfassal għall-ewwel darba minn José Salgueiro bħala attrazzjoni għall-Expo-98, u li kien jiffoka fuq l-istrumenti tradizzjonali Portugiżi.

Is-suċċess suċċessiv wassal biex isiru diversi avvenimenti nazzjonali u internazzjonali bejn l-1999 u s-sena 2000, li wasslu wkoll għax-xewqa ta' Pedro Marques li jesplora l-wirt kbir tal-mużika Portugiża flimkien ma' elementi mużikali oħra minn partijiet oħra tad-dinja.

Il-proġett beda jieħu s-sura fl-2001, bil-parteċipazzjoni ta' diversi mużiċisti li rrekordjaw sessjonijiet, wieħed minnhom ikun Paulo Pereira, li kompla fuq l-istrumenti tan-nifs minn dakinhar.

Repertorju kurrenti[immodifika | immodifika s-sors]

Ir-repertorju kurrenti jikkonsisti mhux biss mil-lirika oriġinali ta' Pedro Marques u Daniela Varela, imma wkoll poeżiji ta' Eugénio de Andrade, José Régio, Ary dos Santos, David-Mourão Ferreira u Maria José de Castro.

Il-ħoss hu bbażat fuq mużika popolari Portugiża, minn fado għal folk, imma r-riżultat finali jiġbor ukoll l-għeruq ta' mużika minn kontinenti oħra. Il-vokali ta' Daniela Varela jinstimgħu flimkien ma' Pedro Marques fuq il-perkussjoni, Jose Camacho fuq il-kitarra, Jorge Marques fuq il-cavaquinho, Paulo Pereira fuq il-flawt u Ana Sofia Campeã fuq l-akkordju.

Daniela dehret promettenti għall-kant minn età bikrija, fejn dehret ta' tmien snin f'"Jovens Cantores de Lisboa", u fi plejs diretti minn Filipe La Féria bħal "Jasmim ou o Sonho do Cinema" u "Godspell" wara l-età ta' għaxar snin.

Eurovision 2009[immodifika | immodifika s-sors]

L-2008 kienet sena ta' żvilupp kbir u r-rebħa fil-finali nazzjonali tal-Portugall għall-Festival tal-Eurovision 2009 tathom ċans biex jimpressjonaw fuq skala ikbar. Huma ngħataw din l-opportunità, fejn kellhom jibdew mis-semifinali tat-12 ta' Mejju 2009.[1] Wara li għaddew mis-semifinali, fil-finali tas-16 ta' Mejju fejn spiċċaw fil-ħmistax-il post b'57 punt.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ (Ingliż) Flor-de-Lis for Portugal!, 01-03-2009.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]