Susanne Georgi
| Susanne Georgi | |
|---|---|
|
| |
| Ħajja | |
| Isem propju | Susanne Jonah-Lynn Georgi |
| Twelid |
Sjølund (en) |
| Nazzjonalità |
Danimarka Andorra |
| L-ewwel lingwa | Daniż |
| Familja | |
| Koppja/i |
Mads Koudal (en) |
| Aħwa |
uri
|
| Edukazzjoni | |
| Lingwi |
Daniż Ingliż Katalan Ġermaniż |
| Okkupazzjoni | |
| Okkupazzjoni |
kantant kompożitur tal-kanzunetti |
|
Parteċipant | |
| Sħubija |
Me & My (en) |
| Moviment artistiku | mużika pop |
| Strument/i tal-mużika | vuċi |
Susanne Jonah-Lynn Georgi (Sjølund, 27 ta' Lulju, 1976) hi kantanta Daniża li tgħix u taħdem l-Andorra.
Georgi bdiet il-karriera tagħha flimkien ma' oħta fid-dwett Me & My, fejn il-grupp wassal diversi kanzunetti f'xi klassifiki tal-mużika madwar l-Ewropa. Huma pparteċipaw ukoll fil-finali nazzjonali Daniża għall-Festival tal-Eurovision 2007, fejn spiċċaw fis-sitt post. Bħalissa, Georgi qed taħdem fuq ir-raba' album tagħha.
Eurovision 2009
[immodifika | immodifika s-sors]Susanne irrapreżentat lill-Andorra fil-Festival tal-Eurovision 2009 f'Moska, ġewwa r-Russja bil-kanzunetta "La teva decisió (Get a Life)". Ir-riżultati fil-finali nazzjonali tal-Andorra urew li hi kisbet 47% tal-voti tal-ġurija u 66% tal-votazzjoni pubblika. Il-kanzunetta però naqset li ssib post fil-finali, wara li waqfet fis-semifinali. Susanne, barra din il-parteċipazzjoni diretta f'dan il-konkors, fil-Festival tal-Eurovision 2007 kienet ħabbret il-voti Daniżi waqt il-finali li saret f'Ħelsinki.