Elena Gheorghe

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Elena
Informazzjoni ġenerali
Isem sħiħ Elena Gheorghe
Magħrufa Elena
Twieldet 30 ta' Lulju 1985 (1985-07-30) (38 sena)
Oriġini Rumanija
Ġeneru Pop, Latino
Snin ta' attività 2005–preżent
Sit uffiċjali www.elenagheorghe.ro

Elena Gheorghe (30 ta' Lulju 1985) hi kantanta Rumena. Gheorghe irrapreżentat lill-Rumanija fil-Festival tal-Eurovision 2009 u kkwalifikat għall-finali. L-iżblokk fix-xena mużikali wasal fl-2003, b'waħda mill-aqwa kanzunetti mir-repertorju tagħha "Te Ador".

Bijografija[immodifika | immodifika s-sors]

Elena Gheorghe hi ta' dixxendenza Rumena u Maċedona-Rumena.[1][2] Ħafna mid-dixxendenti tagħha huma qassisin Ortodossi. Hi għandha oħtha, li hi ġurnalista u ħuha, Costin, li jilgħab il-futbol ma' Sportul Studenţesc. Ommha, Mărioara Gheorghe hi artista tal-folk. Id-debutt tagħha fix-xena tal-folk wasal meta kellha tliet snin bil-kanzunetta Sus în Deal în Poieniţă.

Gheorghe bdiet tkanta ma' Mandinga, grupp mużikali fuq stil Latin li gawda ħafna suċċess, fejn f'Ġunju tal-2003 ħareġ l-ewwel album bl-isem ta' ...De Corazón. Mandinga ikklassifikaw fir-raba' post fil-finali nazzjonali Rumena f'Marzu tal-2005 bil-kanzunetta My Sun u sena wara ngħataw diska tad-deheb. F'Jannar tal-2006 hi fetħet skola taż-żfin imsejħa Passitos u xahar wara temmet l-kollaborazzjoni tagħha ma' Madinga, fejn bdiet karriera bħala solista bl-għajnuna tal-produttur mużikali Laurenţiu Duţă. F'Ġunju tal-2006 Elena ħarġet l-ewwel album bħala solista, bit-titlu Your Voice.

F'Marzu tal-2007 Elena rebħet l-unur Radio România Actualitaţi bħala l-aqwa esebizzjoni tal-2006 u ġiet nominata għal "L-Aqwa Kanzunetta 2006" bil-kanzunetta Your Voice. F'Awwissu tal-2007, fir-Romanian Top Hit Music Awards, Elena rebħet l-unur ta' "L-Aqwa Kanzunetta 2007" b'Your Brown Eyes.

Eurovision 2009[immodifika | immodifika s-sors]

Fil-31 ta' Jannar, 2009, Gheorghe intgħażlet bħala l-ambaxxatriċi tar-Rumanija fil-Festival tal-Eurovision 2009 f'Moska, ġewwa r-Russja. Hi kantat il-kanzunetta "The Balkan Girls", kanzunetta li wara li għaddiet mis-semifinali, spiċċat fid-19-il post b'40 punti fil-finali.

Diskografija[immodifika | immodifika s-sors]

Albums[immodifika | immodifika s-sors]

  • 2006 – Vocea Ta
  • 2008 – Lilicea Vreariei
  • 2008 – Te Ador

Kanzunetti[immodifika | immodifika s-sors]

Sena Titlu ROU RUS UKR BUL GBR Album
2006 "Vocea Ta" 8[3] 175 88 Vocea ta
2007 "Ochii tăi căprui" 21[4] 100 45 66
2008 "Te Ador" 24[5] 188 30 Te Ador
2008 "Până la stele" 25 138
2009 "The Balkan Girls" 1[6] 40 38 12 172 Te Ador: Special Edition
2010 "Disco Romancing" 1 8 12 21 199 Midnight Sun
2011 "Midnight Sun" 16
2011 "Hot Girls"

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]

Predeċessur
Nico u Vlad
Rumanija fil-Festival tal-Eurovision
2009

Suċċessur
Paula Seling u Ovi