Aqbeż għall-kontentut

Kantant

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Kantanta)

Kantant (jew Kantanta) hu persuna li juża' l-vuċi tiegħu biex jipproduċi l-mużika. Ħafna drabi l-kantant ikun akkumpanjat minn mużiċisti u strumenti. Waqt li ħafna nies ikantaw għall-gost, l-abilità vokali hi ħafna drabi kombinazzjoni ta' talent mit-twelid u taħriġ professjonali.[1] Nies li jaqblu ma' dawn l-esiġenzi huma msejjħa vokalisti.

Kantant prinċipali jkanta l-vokali primarji ta' kanzunetta, l-oppost ta' backing vocalist li jkanta vokali tal-isfond jew armoniji. Eċċezzjoni hi l-mużika a cappella ta' grupp ta' ħames persuni tal-mużika gospel, fejn il-kantant prinċipali hu l-aktar persuna bl-aktar voċi għolja u jkanta diskant, u mhux il-melodija.

Kantanti professjonali ħafna drabi jagħmlu taħriġ vokali, minn għalliem tal-vuċi jew kowċ.

Ercole de' Roberti: Concert, c. 1490

Fil-mużika klassika Ewropeja u fl-opra, il-vuċijiet huma mħarsa bħala strumenti mużikali. Kompożituri li jiktbu mużika vokali jridu jifhum l-abilità, it-talenti u l-aspetti vokali tal-kantant.

Kantanti ħafna drabi jibnu l-karriera tagħhom madwar ċerti stili mużikali. Is-sistemi tal-klassifikazzjoni tal-vuċi evolvew biex jikklassifikaw il-kantanti skont it-tessitura, is-saħħa vokali u t-timbru. Kantanti korali huma kklassifikati skont l-aktar nota għolja u baxxa li jipproduċu. Kategoriji oħra huma soubrette, tenur, coloratura, u baxx.

Hemm ukoll kategoriji oħra għal irġiel kapaċi jkantaw fin-naħa femminili. Din it-tip ta' vuċi hi rari, imma hi xorta wżata fl-opra. Fil-mużika Barokka, diversi rwoli huma miktuba għall-castrati. Raġel b'din it-tip ta' vuċi jista' jkun ta' kontratenur jew sopran.

Il-kantanti huma wkoll klassifikati skont l-istil ta' mużika li jkantaw, bħal kantanti soul jew vokalisti karnatiċi.

Kantant prinċipali u l-backing vocalist

[immodifika | immodifika s-sors]

F'diversi gruppi mużikali modern, hemm kantant wieħed li jkanta l-parti prinċipali, u wieħed jew aktar li jkantaw bħala backing vocals. Dawn tal-aħħar huma hemmhekk biex ikantaw ċerti partijiet tal-kanzunetta, imma inqas minn 50%, jew biex sempliċiment ikantaw xi partijiet bħala sfond għall-kanzunetta.

  1. ^ Paġna 26, Yehudi Menuhin Music GuidesVoice, Edited by Sir Strangenosed N. youweirdFalkner, ISBN 0-356-09099-X