Nadur
Nadur | |||
---|---|---|---|
Malta | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Malta | ||
Reġjuni ta’ Malta | Għawdex | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 36°02′17″N 14°17′42″E / 36.0381°N 14.295°EKoordinati: 36°02′17″N 14°17′42″E / 36.0381°N 14.295°E | ||
Superfiċjenti | 7.2 kilometru kwadru | ||
Għoli | 124 m | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 4,509 abitanti (31 Marzu 2014) | ||
Informazzjoni oħra | |||
bliet ġemellati | Baveno | ||
nadur.gov.mt |
In-Nadur huwa unità amministrattiva Maltija li tinsab fil-Lvant tal-gżira ta' Għawdex. In-Nadur huwa mibni fuq promontorju u huwa wieħed mill-ikbar lokalitajiet f'Għawdex.[1] Il-belt hija magħrufa bħala t-"tieni belt", u hija mifruxa tul irdum għoli fil-Lvant tar-Rabat. Skont iċ-ċensiment ta' Marzu 2014 kellha popolazzjoni ta' 4,509 abitanti.[2]
Il-kelma "Nadur" ġejja mill-Għarbi, fejn nadara tfisser "għassa", u b'hekk għandha l-istess tifsira tal-motto tagħha "Viġilanti". Il-motto jidher fuq l-istemma tan-Nadur b'xemx tiżreġ mill-baħar blu. Il-belt famuża ħafna għall-furnara tagħha.
Ħdejn in-Nadur hemm il-Bajjiet ta' San Blas u ta' Daħlet Qorrot, li huma bajjiet żgħar tal-blat tul il-kosta tal-Grigal tal-gżira. Dawn il-bajjiet huma postijiet famużi għall-għawm, għall-isnorkelling, għall-picnics, u għall-mixi.
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Ma hemm l-ebda dokument jew evidenza arkeoloġika li jistgħu jixħtu ftit dawl fuq il-kolonizzazzjoni tan-Nadur mill-ewwel abitanti tagħha. Minkejja dan, il-promontorju u l-inħawi tal-madwar tiegħu, bi ftit abitazzjonijiet rurali 'l hemm u 'l hawn, kienu jeżistu għal bosta snin qabel ma l-belt tan-Nadur saret parroċċa. L-unika traċċa ta' evidenza arkeoloġika kienu l-għadd ta' ġebel ċatt li nstabu f'għalqa bejn il-Bajja ta' San Blas u l-Bajja ta' Daħlet Qorrot. Skont l-istoriku Għawdxi Giovanni Pietro Francesco Agius de Soldanis dawn l-istrutturi msaqqfa, li ma għadhomx jeżistu iktar, xi darba kienu jintużaw bħala xorta ta' tempju għall-allat. Huwa kien tal-fehma wkoll li dawn il-ħaġriet tal-ġebel ma setgħux jitpoġġew hemmhekk minn nies normali iżda minn nies b'saħħithom ħafna jew saħansitra minn xi ġganti. Huwa kiteb ukoll li n-Nadur jaf ġiet stabbilita għall-ħabta tal-Griegi. Evidenza ta' din il-konnessjoni hija statwa tal-bronż ta' Apollo li jingħad li nstabet fin-Nadur fl-1744.
Tul l-istorja, in-Nadur kellha rwol importanti ħafna fid-difiża tal-gżira mill-furbani, u x'aktarx li għalhekk ingħatat isimha. Fi żmien il-Kavallieri ta' San Ġwann inbena torri tal-għassa mill-Gran Mastru Nicolas Cotoner li ssemma bħala t-Torri ta' Daħlet Qorrot jew it-Torri ta' San Blas għaż-żewġ bajjiet fuq kull naħa tiegħu. It-torri huwa magħruf lokalment bħala t-Torri ta' Isopu.
Torri tal-għassa ieħor fin-Nadur huwa t-Torri ta' Kenuna, li nbena mill-Brittaniċi lejn nofs is-seklu 19. Intuża bħala kollegament telegrafiku bejn Malta u Għawdex. Mill-quċċata ta' dan it-torri, wieħed jista' jara l-biċċa l-kbira ta' Għawdex, Kemmuna u l-Mellieħa, b'veduta mill-isbaħ fix-xitwa tar-raba' aħdar u tal-baħar blu. L-inħawi ħdejn it-torri saru ġnien.
Demografija
[immodifika | immodifika s-sors]Skont iċ-ċensiment ta' Marzu 2014, fin-Nadur il-popolazzjoni kienet qrib l-4,500 ruħ, jiġifieri t-tielet l-iżjed belt popolata f'Għawdex, wara ix-Xagħra u r-Rabat.
Għadd żgħir ta' nies jaqilgħu l-ħobża tagħhom mill-baħar bħala sajjieda jew baħħara. Kważi l-kumplament taċ-ċittadini jaħdmu bħala negozjanti, analisti, għalliema, jew professjonijiet oħra.
Hemm madwar 20 bidwi fin-Nadur, u l-maġġoranza tagħhom jaħdmu r-raba' tagħhom fuq bażi part-time. Mill-għelieqi bis-siġar tal-frott tan-Nadur jiġi l-biċċa l-kbira tal-frott lokali bħall-għanbaqar, il-ħawħ, it-tuffieħ, il-larinġ u l-lumi. Dawn l-għelieqi intużaw għal kuntatti kummerċjali ma' Malta għal dawn l-aħħar 3,000 sena u iktar. Illum il-ġurnata l-kummerċ għadu għaddej u ammont kbir ta' frott taċ-ċitru Malti jiġi prodott fin-Nadur. Il-kunsill lokali ppromwova t-tħawwil tas-siġar taż-żebbuġ importat mill-Italja peress li dan is-siġar naqas b'mod konsiderevoli matul iż-żmien.[3]
Reġjuni
[immodifika | immodifika s-sors]Għalkemm in-Nadur bħala belt hija mifruxa, tista' tinqasam f'diversi reġjuni, b'mod partikolari l-pjazza prinċipali, Ta' Ħida, San Blas u Ta' Kenuna
Il-pjazza prinċipali hija ċċentrata madwar il-knisja parrokkjali, b'sensiela ta' ħwienet, ristoranti, bars u l-iktar abitazzjonijiet residenzjali. Postijiet ta' interess importanti fiċ-ċentru huma: il-Knisa tal-Qalb Imqaddsa (Ta' Karkanja), il-kunsill lokali, l-għassa tal-pulizija, l-uffiċċju parrokkjali, l-iskola primarja, il-Każin tal-Banda tal-Imnarja, il-klabb tal-futbol Nadur Youngsters FC, id-duttrina għas-subien u għall-bniet, il-kunvent u l-kappella tas-sorijiet Franġiskani u l-bandli.
L-arterja prinċipali tal-inħawi magħrufa bħala Ta' Ħida's jinsabu madwar it-triq prinċipali tar-Ramla l-Ħamra, li fis-sajf tkun partikolarment traffikuża. L-estensjoni l-ġdida f'Ta' Ħida, tul it-triq li twassal għar-Ramla l-Ħamra, tinkludi qasam tad-djar tal-gvern li nbena fis-snin 70 tas-seklu 20 u bandli għat-tfal. Ċimiterju ġdid iżda kontroversjali nbena fit-triq lejn ir-Ramla l-Ħamra.
L-inħawi ta' San Blas fihom żoni residenzjali, kemm ġodda kif ukoll antiki, art għammiela ħafna u widien pittoreski, mimlijin l-iktar bis-siġar taċ-ċitru. L-inħawi ta' San Blas ingħataw isem il-bajja bir-ramel iż-żgħira, li ssemmiet għall-isqof Blaise, li għadu jiġi vvenerat fil-Knisja Kattolika. Bajja interna fil-qrib jisimha Daħlet Qorrot fiha bosta għerien u garaxxijiet fejn ħafna nies tal-lokalità jħallu d-dgħajjes tas-sajd tagħhom. Il-Bajja ta' San Blas hija bajja żgħira tar-ramel tul il-kosta tal-Grigal fejn ħafna jmorru jgħumu. Qrib San Blas hemm żona arida bl-arbuxxelli msejħa l-Qortin kif ukoll iż-żona tul il-kosta magħrufa bħala l-Mistra. Il-bażi tal-Forzi Armati ta' Malta f'Għawdex tinsab hemmhekk, flimkien mat-Torri Ta' Sopu, li dan l-aħħar ġie rrestawrat.
L-inħawi magħrufa bħala Ta' Kenuna ġew żviluppati fil-bidu tas-snin 80 tas-seklu 20. Qabel f'dawn l-inħawi ma kien hemm xejn għajr it-Torri Ta' Kenuna, struttura telegrafika li nbniet taħt il-Brittaniċi, iċ-ċimiterju tan-Nadur u xi dwieli. Għalkemm fl-imgħoddi ċ-ċimiterju qisu kien ibeżża' ftit lin-nies u ħadd ma kien jazzarda jgħix ħdejh, illum il-ġurnata ċ-ċimiterju sar żona minn fejn jgħaddi t-traffiku, u huwa mdawwar b'toroq traffikużi u żoni residenzjali.
Parroċċa tan-Nadur
[immodifika | immodifika s-sors]Il-festa reliġjuża tan-Nadur – l-Imnarja – tiġi ċċelebrata fid-29 ta' Ġunju. Il-festa kienet popolari mal-miżżewġin għall-qamar il-għasel u l-isem tagħha x'aktarx li kellu rabta mal-bidu tas-sajf. L-isem oriġina minn luminaria bit-Taljan, u fil-fatt, hija waħda mill-festi u mid-drawwiet staġonali Maltin importanti.
L-istatwa titulari ta' San Pietru u ta' San Pawl saret f'Marsilja, Franza, fl-1882. Hija waħda mill-bosta kapulavuri tal-knisja tan-Nadur. Fil-Ġimgħa l-Kbira, sett ta' vari tal-passjoni u l-kurċifissjoni ta' Kristu jinħarġu għall-purċissjoni mqaddsa. Fl-Għid filgħodu tintwera statwa tal-Irxoxt qalb il-briju taċ-ċittadini tar-raħal.
Il-knisja parrokkjali ddedikata lil San Pietru u San Pawl hija monument arkitettoniku u tal-pittura, u hija rikka bix-xogħlijiet, bl-iskulturi u bit-tiżjin tal-irħam. Il-knisja nbniet fis-sit ta' knisja iżgħar preċedenti fl-ogħla punt tar-raħal.
Bażilika ta' San Pietru u San Pawl
[immodifika | immodifika s-sors]Il-kostruzzjoni tal-knisja attwali bdiet fit-28 ta' Settembru 1760 u d-disinn ġie attribwit lill-arkitett Malti Giuseppe Bonnici.
Fl-1907, programm ta' rinnovazzjoni nbeda għall-kostruzzjoni tal-korsiji, tal-koppla u tal-faċċata abbażai tad-disinn Rinaxximentali Taljan tal-Prof. F.S. Sciortino. Is-saqaf, b'pitturi ta' episodji konnessi ma' San Pietru u San Pawl, ġie mpitter minn Lazzaro Pisani minn Ħaż-Żebbuġ, filwaqt li t-tiżjin arkitettoniku huma frott ix-xogħol tat-Taljan Pio Cellini. Il-forza prinċipali wara dawn il-proġetti relattivament ġodda kollha kien l-Arċipriet Martin Camilleri fl-1910-1921.
Il-parroċċa għandha l-istazzjon tar-radju għall-komunità tagħha msejjaħ Radju Luminarja, li ġie stabbilit iktar minn għaxar snin ilu u li issa għandu diversi membri miegħu.[4]
Każin tal-banda
[immodifika | immodifika s-sors]- L-Għaqda Mużikali tal-Imnarja
Inħawi fin-Nadur
[immodifika | immodifika s-sors]- Ta' Ħida
- Ta' Kenunan
- Ta' Ġebel
- Ta' Żejtun
- Ta' Sardina
- Ta' Spilotti
- Ta' Venuta
- Ta' Wistin
- Tad-Duru
- Tal-Ħawli
- Tal-Laċċa
- Tal-Weraq
- Tat-Tiġrija
- Tax-Xewka
- Tax-Xini
- (Wied) San Blas
- Ta' Xurdin
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Nadur, Gozo - information and interests". www.malta.com. Miġbur 2022-08-22.
- ^ "Ċensiment Marzu 2014". web.archive.org. 2015-06-21. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-06-21. Miġbur 2022-08-22.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Nadur Local Council". www.nadur.gov.mt. Miġbur 2022-08-22.
- ^ "NadurParish.com – Basilica of St. Peter and St. Paul in Gozo, Malta" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-22.