Lazzaro Pisani (twieled fil-15 ta’ Diċembru 1854 – miet fil-31 ta’ Awwissu 1932) kien pittur Malti li twieled Ħaż-Żebbuġ.[1] Huwa meqjus bħala wieħed mill-iktar artisti Maltin importanti tal-aħħar tas-seklu 19 u tal-bidu tas-seklu 20.[2]
Il-mewt ta’ Abel, pittura ta’ Lazzaro Pisani tal-1885
Pisani studja Ruma fl-Accademia di San Luca iżda rritorna Malta fl-1874 wara li marad bil-malarja.[3] Huwa rċieva premju finanzjarju mill-Għaqda Maltija tal-Arti, tal-Manifattura u tal-Kummerċ.[4] Fl-1885, Pisani rebaħ midalja tal-fidda fil-Wirja Kolonjali f’Londra għax-xogħol tiegħu Il-Mewt ta’ Abel. Huwa rebaħ midalja oħra tal-fidda fil-Wirja Kolonjali tal-1924.[3]
Pisani miet f’San Pawl il-Baħar. Dak iż-żmien meta miet kien qed jaħdem fuq xi affreski fil-knejjes tas-Siġġiewi u tal-Imġarr li ma laħaqx temm.[3]
Bint l-artist, Maria Rosa Lazzaro, ħalliet kollezzjoni ta’ ħdax-il pittura li wirtet mingħand missierha lil Heritage Malta fl-2008 li ntwerew bejn il-15 ta’ Jannar u l-25 ta’ Marzu 2008. Il-wirja kienet tinkludi wkoll katalgu ppubblikat għall-okkażjoni li nkiteb mill-istoriku tal-arti Lino Borg.[5]
Il-Mewt ta’ Abel (żejt fuq it-tila, 1885), Mużew Nazzjonali tal-Belle Arti, Malta, biha Pisani rebaħ midalja tal-Ritratt ta’ Salvatore Luigi Pisanifidda fil-Wirja Kolonjali ta’ Londra fl-1885.[6]
Is-saqaf tal-Bażilika ta’ San Pietru u San Pawl, in-Nadur, jinkludi iktar minn 150 tila mwaħħla mas-saqaf bil-volti.[7]
Il-Beatitudnijiet, il-koppla tal-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi, tinkludi tmien maruflaġġi - waħda minnhom inqalgħet mill-koppla tal-knisja fl-2013; ix-xogħol ta’ konservazzjoni beda fl-1 ta’ Mejju 2014.[8]
L-Aħħar Ċena, il-Knisja tal-Corpus Christi, l-Għasri, Għawdex, restawrata permezz ta’ sponsorizzazzjoni mill-Bank of Valletta fl-2007.[9]