Malta taħt il-Franċiżi
Malta taħt il-Franċiżi kien perjodu qasir ta' sentejn mill-1798 sal-1800. L-Ordni ta' San Ġwann ċeda Malta lil Napuljun Bonaparte hekk kif il-Franċiżi żbarkaw f'Ġunju 1798. Il-Franċiżi f'Malta stabbilew tradizzjoni kostituzzjonali fl-istorja tal-gżejjer (bħala parti mir-Repubblika Franċiża), ipprovdew edukazzjoni b'xejn lil kulħadd,[1] u teorikament stabbilew il-libertà tal-istampa, għalkemm matul l-okkupazzjoni ġiet ippubblikata biss il-gazzetta favur il-Franċiżi Journal de Malte.[2]
Il-Franċiżi abolixxew tan-nobbiltà, l-iskjavitù, is-sistema fewdali u l-inkwiżizzjoni.[3] L-uniku tfakkira arkitetturali tal-okkupazzjoni tal-Franċiżi x'aktarx hija l-isfreġju tal-biċċa l-kbira tal-istemmi fil-faċċati tal-binjiet tal-Kavallieri.[4] Il-Maltin wara ftit irribellaw u b'hekk il-Franċiżi kellhom jirtiraw fil-Belt Valletta u fil-fortifikazzjonijiet tal-Port il-Kbir fejn kienu assedjati għal sentejn sħaħ. Il-Franċiżi ċedew meta l-provvisti tal-ikel tagħhom kienu waslu biex jispiċċaw.[5]
Invażjoni tal-Franċiżi f'Malta
[immodifika | immodifika s-sors]Fid-19 ta' Mejju 1798, flotta Franċiża salpat minn Toulon, b'aktar minn 30,000 suldat taħt il-kmand tal-Ġeneral Napuljun Bonaparte. L-ispedizzjoni kellha l-mira prinċipali li tieħu l-Eġittu, iżda t-teħid ta' Malta kien ukoll jagħmel parti minn din l-avventura militari. Il-Franċiżi ried jaħkem l-Eġittu biex ikollu aktar kontroll lejn l-artijiet Asjatiċi. B'hekk seta' wkoll iġiegħel lill-Ingliżi iċedu fil-Gwerer Rivoluzzjonarji Franċiżi li kienu bdew fl-1792. Il-flotta hi u tbaħħar lejn Malta, ġabret magħha mezzi oħra tat-trasport mill-portijiet Taljani. Fid-9 ta' Ġunju il-qawwa navali Franċiża feġġgħet quddiem il-Port il-Kbir. Dak iż-żmien, Malta u l-gżejjer ġirien kienu mmexxija mill-Kavallieri tal-Ordni ta' San Ġwann, ordni fewdali antika li Federiku Barbarossa tal-Imperu Ruman Sagru kien wiegħed li jipproteġi. L-Ordni kiernet tilfet ħafna dħul finanzjarju matul ir-Rivoluzzjoni Franċiża. Il-Gran Mastru Ferdinand von Hompesch irrifjuta t-talba ta' Napuljun li l-konvoj kollu tiegħu jitħalla jidħol fil-Port il-Kbir biex jieħu xi provvisti tal-ilma, għaliex insista li n-newtralità ta' Malta kienet tippermetti li jitħallew jidħlu żewġ bastimenti biss.
Malli rċieva din it-tweġiba, Napuljun mill-ewwel ordna l-flotta tiegħu tibbumbardja lill-Belt Valletta u fil-11 ta' Ġunju, il-Ġeneral Louis Baraguey d'Hilliers iddirieġa l-operazzjoni tal-iżbark ta' diversi eluf ta' suldati f'seba' siti strateġiċi madwar Malta. Ħafna mill-Kavallieri Franċiżi ma tawx każ l-ordni (għalkemm uħud iġġieldu bi qlubija), biss ma rnexxielhomx jagħmlu wisq reżistenza. Mal-2,000 suldat Malti irreżista u ġew sparati xi tiri tal-kanuni. Biss fl-ewwel 24 siegħa mill-isbark, bosta rtiraw lejn il-Belt Valletta. L-Imdina ittieħdet malajr mill-Ġeneral Claude-Henri Belgrand de Vaubois. Napuljun ġiegħel lill-Gran Mastru Hompesch iċedi lil Malta u r-riżorsi kollha tagħha lill-Franċiżi. Bi tpattija kellu jingħata flus u proprjetajiet fi Franza għalih u għall-Ordni. Napuljun malajr stabbilixxa gwarniġjon ta' suldati Franċiżi - daqs 4,000 - taħt il-kmand ta' Vaubois. Wara sitt ijiem, fid-19 ta' Ġunju, Napulju salpa bil-flotta tiegħu lejn Lixandra.
Riformi
[immodifika | immodifika s-sors]Waqt il-waqfa qasira tiegħu f'Malta, Napuljun għex f'Palazzo Parisio fil-Belt Valletta (illum iservi bħala l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin). Napuljun implimenta għadd ta' riformi li kienu msejsa fuq il-prinċipji tar-Rivoluzzjoni Franċiża. Dawn ir-riformi jistgħu jinqasmu f'erba' kategoriji ewlenin:
Soċjali
[immodifika | immodifika s-sors]Il-poplu Malti ngħata l-ugwaljanza quddiem il-liġi, u bdew jitqiesu daqslikieku kienu ċittadini Franċiżi. In-nobbiltà Maltija ġiet abolita, u l-iskjavi f'Malta li kienu hawn fi żmien l-Ordni nħelsu kollha. Napuljun stabbilixxa Kummissjoni magħmula mill-uffiċjali Franġiżi taħt Vaubois u ħames ċittadini Maltin biex imexxu fil-bżonnijiet amministrattivi l-Gżejjer Maltin. Ġiet igarantita l-libertà tal-kelma u tal-istampa, għalkemm, fil-fatt kienet ippublikata gazzetta waħda biss - il- Journal de Malte. Il-priġunieri politiċi bħal Mikiel Anton Vassalli u dawk li kienu ħadu sehem fir-Rewwixta tal-Qassisin inħelsu, filwaqt li l-popolazzjoni tal-Lhud ingħatat permess tibni sinagoga.[6]
Amministrattivi
[immodifika | immodifika s-sors]Il-proprjetajiet kollha tal-Ordni ngħatat lill-Gvern Franċiż. Il-Kummissjoni tal-Gvern li kellha tamministra l-gżejjer, kienet magħmula minn dawn li ġejjin:[1]
Karigi | Persuni |
---|---|
Gvernatur Militari | Claude-Henri Belgrand de Vaubois |
Kummissarju | Michel-Louis-Étienne Regnaud |
President tal-Kummissjoni Ċivili | Jean de Boisredon de Ransijat |
Segretarju tal-Kummissarju | Coretterie |
Membri | Dun Francesco Saverio Caruana (Kanonku tal-Katidral tal-Imdina) |
Baruni Jean-François Dorell (Ġurat tal-università) | |
Dr. Vincenzo Caruana (segretarju tal-Arċisqof u tal-president tal-qorti) | |
Cristoforo Frendo (nutar) | |
Benedetto Schembri (maġistrat) | |
Paolo Ciantar (merkant) | |
Carlo Astor | |
Membri | Martthieu Poussielgue |
Jean-André Caruson | |
Robert Roussel |
Barra minn hekk, Malta ġiet maqsuma f'cantons (distretti awtonomi) u f'muniċipalitajiet. Kull canton u kull muniċipalità kienu mmexxija minn president, segretarju u erba' membri:[1]
Malta |
---|
Karigi | Persuni |
---|---|
Canton ta' Malta - Muniċipalità tal-Punent (il-Belt Valletta u l-Furjana) | |
Segretarju | Aimable Vella |
Membri | Etienne Libreri |
Nicolas Effner | |
Camille Sceberras | |
Philippe Torriggiani | |
Xavier Portoghese | |
Canton ta' Malta - Muniċipalità tal-Lvant (Birgu, Senglea u Cospicua) | |
Segretarju | Francois Roux |
Membri | Joseph Maurin |
Marc'Antoine Muscat | |
Jean Dalli | |
Gaetano Bertis | |
Gaetano Pisani | |
Canton tal-Imdina, Rabat u Dingli | |
President | Grégorio Bonici |
Segretarju | Gaetano Vitale (nutar) |
Membri | Saverio Bernard (tabib) |
Joseph Bonnici (avukat) | |
Paul Scriberras (bidwi) | |
Antonio Gionanni Pietro Vitale | |
Canton taż-Żebbuġ | |
President | Stanislao L'Hoste |
Segretarju | Joseph Brignone (nutar) |
Membri | Francesco Azzopardi (bidwi) |
Gaetano Fournier (bidwi) | |
Luigi Briffa (bidwi) | |
Saverio Bonanno | |
Canton ta' Qormi u Luqa | |
President | Stanislao Gatt (spiżjar) |
Segretarju | Joseph Casha |
Membri | Luigi Saverio Grech (nutar u segretarju ta' Luqa) |
Emmanuele Micalef (tabib) | |
Alberto Camilleri (bidwi) | |
Horace Ellul (bidwi) | |
Canton tan-Naxxar, tal-Mosta u tal-Għargħur | |
President | Andrea Micallef (nutar) |
Segretarju | Giovanni Maria Borg (avukat) |
Membri | Francesco Falzon (tabib) |
Luigi Bezzina (avukat) | |
Giovanni Gafa (avukat) | |
Tommaso Chetcuti (avukat) | |
Canton ta' Birkirkara, Lija, Balzan u Attard | |
President | Luigi Caruana (nutar) |
Segretarju | Francesco Saverio Zarb (nutar) |
Membri | Joseph Attard (qassis) |
Gregorio Gatt (bidwi) | |
Pietro Cammenzuli (bidwi) | |
Angelo Grech (bidwi) | |
Canton tas-Siġġiewi, tal-Qrendi u tal-Imqabba | |
President | Michelangelo Azzopardi (tabib) |
Segretarju | Francesco Farrugia |
Membri | Carmelo Saliba (bidwi) |
Simone Spiteri (bidwi) | |
Giuseppe Magro (bidwi) | |
Nicolas Camilleri | |
Canton taż-Żejtun, taż-Żabbar, ta' Għaxaq u ta' Tarxien | |
President | Paolo Mallia (tabib) |
Segretarju | Gregorio Mifsud (nutar) |
Membri | Alessandro Zammit (tabib) |
Antonio Busuttil (bidwi) | |
Angelo Castagna (bidwi) | |
Giuseppe Montebello (bidwi) | |
Canton taż-Żurrieq, Safi, Kirkop u tal-Gudja | |
President | Gaetano Sajdon (tabib) |
Segretarju | Giovanni Battista Sajdon |
Membri | Gaetano Dalli (bidwi) |
Alessandro Damato (bidwi) | |
Giovanni Cassar (bidwi) | |
Filippo Castagna (bidwi) |
Għawdex |
---|
Kmandant Franċiż: Jean Louis Ebénézer Reynier
Kariga | Persuni |
---|---|
Muniċipalità tal-Belt ta' Għawdex (Rabat, Għarb, Sannat and Xewkija) | |
President | Saverio Cassar (arċipriet) |
Segretarju | Giovanni Cassar |
Membri | Saverio Busuttil |
Giuseppe Bondi | |
Francesco Pace | |
Saverio Pace | |
Muniċipalità ta' Caccia (Xagħra, Żebbuġ and Nadur) | |
President | Vincenzo Cauchi (qassis) |
Segretarju | Benigno Cutajar |
Membri | Fortunato Grech (qassis) |
Bartolomeo Busuttil | |
Giovanni Maria Sapiano | |
Francesco Attard |
Twaqqfet ukoll Gwardja Nazzjonali, b'900 ruħ.[1][6]
Edukattivi
[immodifika | immodifika s-sors]Kien ippjanat li jinfetħu skejjel primarji fil-bliet u fl-irħula ewlenin, filwaqt li 60 student kellhom jitħallew jistudjaw fi Franza. L-Università ta' Malta ġiet abolita u minflok kellha tibda topera il-Polytecnique, biex jiġu mgħallma s-suġġetti xjentifiċi. Madankollu, l-ebda waħda minn dawn ir-riformi ma ġiet implimentata effettivament minħabba li wara biss tliet xhur il-Maltin irvellaw u fir-rewwixta ġiegħlu l-Franċiżi jissakkru wara s-swar u jibda l-Imblokk li dam sejjer sentejn.[6]
Relazzjonijiet bejn il-Knisja u l-Istat
[immodifika | immodifika s-sors]Il-proprjetà estensiva tal-Knisja f'Malta ġiet meħuda mill-Gvern, u l-ordnijiet reliġjużi tħallew iżommu kunvent/monasteru wieħed biss kull Ordni. L-Inkwiżizzjoni ġiet abolita wkoll, u l-aħħar inkwiżitur tkeċċa minn Malta.[6]
Iktar 'il quddiem, it-truppi Franċiżi bdew jisirqu l-proprjetà tal-Knisja, u din kienet waħda mir-raġunijiet ewlenin li wasslet għar-rewwixta tal-Maltin.
Rewwixta tal-Maltin
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Franċiżi malajr sfaxxaw l-istituzzjonijiet tal-Ordni ta' San Ġwann, u l-poplu Malti ma kienx kuntent b'dan. Tfaċċaw il-problemi ekonomiċi u l-gvern Franċiż ma baqax iħallas il-pagi jew il-pensjonijiet, u beda jieħu d-deheb u l-fidda mill-banek u mill-palazzi tal-Ordni.
Il-proprjetà tal-Knisja ġiet misruqa u ttieħdet biex titħallas l-ispedizzjoni lejn l-Eġittu, att li ġġenera għadab konsiderevoli fost il-poplu Malti. Fit-2 ta' Settembru, il-poplu infexx f'rewwixta waqt irkant ta' proprjetà tal-Knisja, u fi ftit jiem, eluf ta' Maltin qamu kontra l-Franċiżi li ġiegħlu il-gwarniġjoni tal-Franċiżi jirtiraw fil-Belt Valletta u t-Tlett Ibliet. Dawn ġew iċċirkondati mill-Milizja magħmula minn daqs 10,000 suldat, immexxija minn Emmanuele Vitale u l-Kanonku Francesco Saverio Caruana. Il-Maltin bnew batteriji madwar iż-żona tal-port u bdew jibbumbardjaw l-ibliet fejn kien hemm il-Franċiżi.[7]
Il-Maltin talbu lir-Re ta' Napli Ferdinandu biex jaqbeż għalihom. Dan talab lil Nelson biex jintervjeni u jgħin lill-Maltin fl-imblokk tal-Franċiżi. Intbagħtu suldati Portugiżi u l-Ingliżi waslu aktar tard. Fl-aħħar, il-gwarniġjon tal-Franċiżi fil-Belt Valletta kellu jċedi fil-5 ta' Settembru 1800, u sar it-trattat bejn Vaubois u l-kmandant Pigot. Il-Franċiżi tħallew jitliqgu minn Malta bl-unuri fuq ix-xwieni tagħhom.
Għal iktar tagħrif
[immodifika | immodifika s-sors]- Frendo, Henry (1998). "The French in Malta 1798 - 1800 : reflections on an insurrection". Cahiers de la Méditerranée (bl-Ingliż). L-Università ta' Malta. 57 (1): 143–151. doi:10.3406/camed.1998.1231. ISSN 1773-0201.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ d Marco, Elena di (2013). "The state of the Maltese economy at the end of the eighteenth century. Considerations based on the deeds of a local notary Stefano Farrugia" (PDF). Journal of Maltese History (bl-Ingliż). Malta: Dipartiment tal-Istorja, L-Università ta' Malta. 3 (2): 91–100. ISSN 2077-4338.
- ^ Grima, Joseph F. (2019-07-14). "It happened this month: The publication of Malta's first newspaper" (bl-Ingliż). Times of Malta. Miġbur 2021-02-22.
- ^ Pullicino, Mark (2013). The Obama Tribe Explorer, James Martin's Biography (bl-Ingliż). MPI Publishing. pp. 75–77. ISBN 978-99957-0-584-8. OCLC 870266285.
- ^ Ellul, Michael (1982). "Art and Architecture in Malta in the Early Nineteenth Century" (PDF) (bl-Ingliż). Melitensia Historica: 4–5. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2016-10-11. Ċitazzjoni journal għandha bżonn
|journal=
(għajnuna) - ^ Savona-Ventura, C. (1998). "Human Suffering during the Maltese Insurrection of 1798" (PDF). Storja (bl-Ingliż). 3 (6): 48–65. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2016-07-05. Parametru mhux magħruf
|access-date=
injorat (għajnuna) - ^ a b ċ d Sciberras, Sandro. "Maltese History - F. The French Occupation" (PDF) (bl-Ingliż). Kulleġġ San Benedittu. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2015-05-03. Miġbur 2021-02-22.
- ^ Spiteri, Stephen C. (2008-05-01). "Maltese 'siege' batteries of the blockade 1798-1800" (PDF). Arx - Online Journal of Military Architecture and Fortification (bl-Ingliż) (6): 4–47.