Ħal Għargħur
| Ħal Għargħur | |||
|---|---|---|---|
|
| |||
|
| |||
|
| |||
| Amministrazzjoni | |||
| Stat sovran | Malta | ||
| Reġjuni ta’ Malta | Reġjun tal-Lvant | ||
| Ġeografija | |||
| Koordinati | 35°55′27″N 14°27′12″E / 35.9241°N 14.4534°EKoordinati: 35°55′27″N 14°27′12″E / 35.9241°N 14.4534°E | ||
|
| |||
| Superfiċjenti | 2 kilometru kwadru | ||
| Għoli | 144 m | ||
| Demografija | |||
| Popolazzjoni | 2,768 abitanti (31 Marzu 2014) | ||
| gharghur.gov.mt | |||
| Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Ħal Għargħur huwa wieħed mill-eqdem irħula ta' Malta, u fi snin riċenti kiber minn raħal żgħir għal wieħed medju f'termini ta' popolazzjoni. Ħal Għargħur jinstab fuq għolja bejn żewġ widien fil-Grigal ta' Malta. Il-populazzjoni tiegħu hi ta' 4,001 ruħ (sal-aħħar tas-sena 2024).[1] L-arma ta' din il-lokalità tikkonsisti fi stilla ħamra fuq trijanglu aħmar bi sfond lewn il-fidda, bil-motto “Excelsior” li jfisser “L-Ogħla”. Il-motto jindika l-fatt li din il-lokalità hija waħda mill-ogħla f'Malta.
Hawn instabu xi fdalijiet Rumani matul kostruzzjoni fuq triq, li wara nġarrew għall-Mużew tad-“Domus Romana” fir-Rabat. Hemm dokument li jirreferi għal Ħal Għargħur sa mill-1419, fil-lista tad-Dejma, li kienet milizja li tieħu ħsieb Malta minn xi attakki tal-furbani. Dan ir-raħal għadda minn żminijiet mingħajr abitanti matul il-Medju Evu Għoli, kif ukoll f'xi snin ta' wara minħabba attakki tal-furbani.
Il-komunità ta' Ħal Għargħur tgħix ħajja rurali, partikolarment bis-saħħa tal-ħamrija fertili u l-ilma ġieri. Imma xorta waħda, il-parruċċani ta' din il-lokalità rnexxielhom iħallsu għall-bini tal-knisja parrokkjali u bosta kappelli oħrajn li għandhom eżempju tajjeb ta' stil Barokk. L-attrazzjoni prinċipali ta' dan ir-raħal, minbarra l-ambjent ħadrani tal-madwar, hija l-Knisja Parrokkjali ddedikata lil San Bartilmew Appostlu. Minn ġewwa hija fuq stil Doriku, iżda għandha faċċata Barokka. Il-faċċata oriġinali ġiet imġarrfa u nbniet dik li tidher illum fl-1743. Il-knisja ġiet mibnija bejn l-1610 u l-1638 fuq il-pjanta tal-arkitett Malti Tumas Dingli.
It-teżori ta' din il-knisja jinkludu l-istatwa ta' San Bartilmew, maħduma bl-injam. Din inħadmet ġewwa Ruma mill-arkitett Malti Melchiorre Gafà. Din l-istatwa saret lejn l-1666 u hija maħsuba li hija kopja tal-istatwa ta' San Giovanni Laterno f'Ruma. Din l-istatwa ġiet mixtrija mir-raħal fl-1772. Sar restawr fuqha fl-1912. Fl-2005 l-istatwa reġgħet ġiet restawrata, u ġiet ristrutturata wkoll in-niċċa tagħha. Din l-istatwa hija t-tieni l-itqal fil-Gżejjer Maltin.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑ Migliore, Sharon (2025-07-10). "World Population Day: 11 July 2025" (bl-Ingliż). Miġbur 2025-11-19.