Aqbeż għall-kontentut

L-Imdina

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Imdina)
L-Imdina
 Malta
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Reġjuni ta’ MaltaWestern Region (Punent) (en) Translate
Ismijiet oriġinali Mdina
Kodiċi postali 1050u MDN
Ġeografija
Koordinati 35°53′09″N 14°24′11″E / 35.8858°N 14.4031°E / 35.8858; 14.4031Koordinati: 35°53′09″N 14°24′11″E / 35.8858°N 14.4031°E / 35.8858; 14.4031
L-Imdina is located in Malta
L-Imdina
L-Imdina
L-Imdina (Malta)
Superfiċjenti 0.9 kilometru kwadru
Għoli 200 m
Demografija
Popolazzjoni 292 abitanti (31 Marzu 2014)

L-Imdina (Feniċju: 𐤌𐤋𐤈‎, Maleṭ, Grieg antik: Μελίττη Melíttē, Għarbi: مدينة‎ Madinah, Taljan: Medina), magħrufa ukoll bit-titli, Città Vecchia jew Città Notabile, hija belt fortifikata fir-reġjun tat-Tramuntana ta' Malta li serviet bħala l-belt kapitali minn żmien l-qedem sal-medjuevu. Il-belt għadha mħaddna mill-ħitan tagħha u fiha jgħixu madwar 230 resident.

L-Imdina kif nafuha llum hija ferm differenti minn dik ta’ żmien Medjevali, meta din il-belt ċkejkna kienet isservi bħala l-belt kapitali ta’ Malta.

Minn żmien qabel ma ġew ir-Rumani sa tmiem is-seklu sittax, l-Imdina flimkien mar-Rabat kienu l-aktar żona abitata fil-gżejjer Maltin. Dan minħabba li dawn l-inħawi kienu joffru widien bl-għejjun tal-ilma, għax l-Imdina u l-madwar huma l-aktar post għoli. Fi żmien Ruman, l-Imdina – dak iż-żmien imsejħa Melita - kienet daqs ħames darbiet akbar milli hi llum, u l-ħitan tagħha kienu jwasslu sa fejn illum hemm il-knisja ta’ San Pawl fir-Rabat.  

Meta ġew l-Għarab, f’870 w.K., din il-belt bdiet tissejjah Mdina, riferenza għal parti ffortifikata tal-belt, bħal ma huma ħafna bliet fid-dinja Għarbija. Malta baqgħet maħkuma u mibdula f’kultura Għarbija u Musulmana sakemm ġew in-Normanni u aktar tard. Mil-perjodu Għarbi ma fadal xejn, ħlief ċimetrju Musulman li nstab barra s-swar tal-Mdina, preċiżament fuq il-pedamenti tad-Domus Ruman (il-Villa Rumana) qrib il-Bieb tal-Għarreqin. Dan iċ-ċimiterju kien instab fl-1881, waqt xi xogħlijiet li kienu qed isiru fuq il-Ġnien Howard u t-triq li tagħti lejn l-Imtarfa.

Fi żmien in-Normanni, jiġifieri fis-seklu 11 u 12, il-popolazzjoni ta’ Malta  bdiet bil-mod il-mod taqleb għal waħda Nisranija u Europeja fil-mod ta’ amministrazzjoni. Fl-1282, jissemma li fl-Imdina kien diġà jeżisti katidral, anki jekk f’dan il-perijodu, fl-Mdina kien hemm mhux biss Insara iżda anke Musulmani u Lhud.

Kien għall-ħabta ta’ dan iż-żmien li Malta biddlet ħafna jdejn skont ix-xewqa tar-Rejiet ta’ Spanja u l-Viċi Rejiet ta’ Sqallija.  Fl-1432, ir-Re Alfonso ta’ Spanja żar l-Imdina u nnominaha bħala 'ġawra fil-kuruna tar-renju' tiegħu.

F’dan il-perijodu, il-popolazzjoni tal-Imdina kienet ta’ madwar 1,500 ruħ, waqt li l-popolazzjoni sħiħa tal-gżejjer Maltin kienet tammonta daqs 10,000.Fl-Imdina kien hemm  l-Universita’ (tip ta’ kunsill lokali li mhux biss ma kienx jieħu ħsieb il-bżonnijiet ta' din il-belt, iżda anki kien jitratta kwistjonijiet ta' natura nazzjonali, bħal l-importazzjoni ta’ oġġetti essenzjali ta' qamħ, inbid u oġġetti oħra kemm ta' ikel kif ukoll oħrajn.

L-Imdina baqgħet isservi bħala l-belt kapitali ta' Malta sakemm ġew il-kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann.  Dawn għażlu li jgħixu ġol-Birgu u wara l-Assedju l-Kbir iddeċidew li jibnu l-Belt Valletta fejn ittrasferrixxew ruħhom biex jamminstraw il-gżejjer Maltin. Minn dak iż-żmien 'l hawn, l-Imdina bdiet titlef l-importanza strateġika u kummerċjali tagħha u ħafna nies li kienu jgħixu f'dawk l-inħawi bdew bdew bil-mod il-mod jitilqu minn hemm u jmorru jgħixu fl-inħawi tal-Port il-Kbir.

Illum il-popolazzjoni tal-Imdina tlaħħaq biss mal-230 ruħ. Xorta waħda  din-il belt llum tkun mimlija ħajja għall-parti l-kbira tal-jum, l-aktar meta jżuruha kwantità kbira ta’ turisti.

Postijiet ta' interess

[immodifika | immodifika s-sors]
  • The Knights of Malta - Triq l-Imħażen
  • The Mdina Experience - Pjazza Mesquita