Ħal Luqa
![]() | |
Isem uffiċjali: | Il-Kunsill Lokali ta' Ħal Luqa |
Stat: | ![]() |
Latitudni: | 35°51' N |
Lonġitudni: | 29′21' E |
Erja: | 6.7 km² |
Popolazzjoni: – Total: – Densità: |
6,072 910/km2 |
Konfini: | Ħal Għaxaq, Gudja, Ħal Kirkop, Marsa, Mqabba, Raħal Ġdid, Ħal Qormi, Ħal Safi, Santa Luċija, Siġġiewi, Ħal Tarxien |
Sindku: | John Schembri (PL) |
Qaddis patrun: – Ġurnata: |
Sant Andrija L-ewwel Ħadd ta' Lulju |
Sit elettroniku: | Sit Uffiċjali |
Ħal Luqa hu villaġġ li jinsab fil-Lbiċ ta' Malta. Huwa belt qadima tipiku tal-Gżejjer Maltin. Il-popolazzjoni ta' Ħal Luqa hi 6,028 (Nov 2005). Hemm knisja fil-pjazza ewlenija ddedikata lil Sant Andrija. Il-festa tradizzjonali ta' Sant Andrija hi ċċelebrata fl-ewwel Ħadd ta' Lulju, imma l-festa liturġika tiġi ċċelebrata fit-30 ta' Novembru.[1]
Iċ-ċittadini ta' Ħal Luqa jivvutaw għall-kunsill lokali kull tliet snin. Il-kunsill jikkonsisti f'seba' membri, wieħed minnhom għandu l-kariga ta' sindku. [2]
L-inventur famuż tal-arloġġi Michelangelo Sapiano (1826-1912) kien jgħix f'Ħal Luqa. Bena diversi arloġġi, l-arloġġ tal-Knisja Parrokkjali huwa wieħed mill-bosta xogħlijiet tiegħu. Id-dar f'Ħal Luqa fejn kien jgħix tinsab fi Triq Pawlu Magri.[3]
L-ewwel Banda Hal Luqija hija dik tas-Socjeta' Filarmonika l-Unjoni AD1880. Tliet snin wara twaqfet l-Ghaqda Muzikali Sant Andrija AD1883.

Żoni[immodifika | immodifika s-sors]
- L-Għammieri
- Żona industrijali ta' Ħal Luqa
- Ħal Saflieni
- Taċ-Ċagħki
- Taċ-Ċawla
- Tal-Bandieri
- Wied Betti
- Wied il-Knejjes fejn dahal il konvoj ta santa marija
- Ix-Xagħra tas-Simar
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- ^ Malta Annual Festivals Miġjub fit-18 ta'Marzu , 2010.
- ^ Websajt Uffiċjali
- ^ No Man is an Island Cuckoo Clock Information. Miġjub fit-18 ta'Marzu, 2010.