Aqbeż għall-kontentut

Ħal Balzan

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Balzan)
Ħal Balzan
 Malta
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Reġjuni ta’ MaltaTramuntana
Ismijiet oriġinali Balzan
Ġeografija
Koordinati 35°53′51″N 14°27′12″E / 35.8975°N 14.4533°E / 35.8975; 14.4533Koordinati: 35°53′51″N 14°27′12″E / 35.8975°N 14.4533°E / 35.8975; 14.4533
Ħal Balzan is located in Malta
Ħal Balzan
Ħal Balzan
Ħal Balzan (Malta)
Superfiċjenti 0.6±0 kilometru kwadru
Għoli 56 m
Demografija
Popolazzjoni 3,958 abitanti (31 Marzu 2014)
halbalzanlocalcouncil.comu localgovernmentdivisioncms.gov.mt…

Ħal Balzan huwa raħal fiċ-ċentru ta' Malta. Flimkien ma' Ħ'Attard u Ħal Lija, jifforma parti mit-"Tliet Irħula". Ir-raħal kien jikkonsisti fi ftit djar u għelieqi, iżda maż-żmien kiber u fis-seklu 17 sar parroċċa. Fl-2019 gew registrati 4,768 abitant.[1]

F’Malta, ħafna ismijiet tal-irħula huma identiċi għal ċerti kunjomijiet tal-familja, bħal Attard u Lija. Għalhekk, xi wħud jemmnu li r-raħal ta' Ħal Balzan wiret ismu minn familja li kunjomha kien Balzan. Balsan (Balzan) letteralment tfisser 'kollettur tat-taxxa' jew 'kollettur tal-kontribuzzjonijiet'. Il-kollettur tat-taxxa dak iż-żmien probabbli kien jgħix f'Ħal-Balzan li kien jifforma parti minn Birkirkara.[2]

Wirt Storiku u Kultura

[immodifika | immodifika s-sors]

Koordinati: 35°53′53″N 14°27′12″E / 35.89806°N 14.45333°E / 35.89806; 14.45333

Il-Knisja Parrokkjali ta' Ħal Balzan fiha diversi xogħlijiet tal-arti minn pitturi famużi Maltin bħal Giuseppe Calleja, Chev. Emvin Cremona u Paul Camilleri Cauchi.[3] L-istatwa użata fil-festa tar-raħal ċċelebrata fil-ġimgħa ta' 2 ta‘ Lulju, hija minquxa fl-injam mill Salvatore Dimech (is-Sarċ) u turi l-Madonna flimkien mal-Arkanglu Gabrijel.[4] Il-festa sekondarja tal-parroċċa hija dik ta' San Valentinu.

Bħal Ħ'Attard u Ħal-Lija, Ħal Balzan huwa mfittex bħala post poplari ta' residenza. Il-popolazzjoni żdiedet matul iż-żmien minħabba l-iżviluppi fuq skala kbira bi blokki ta’ appartamenti li qed jinbnew flok vilel antiki u l-ġonna tagħhom. Dan l-iżvilupp qed iseħħ l-aktar fil-periferija tar-raħal, u ċ-ċentru storiku għadu ppreservat. Ħal Balzan huwa villaġġ li jgawdi minn Żoni ta’ Konservazzjoni Urbana.

Kappella tal-Annunzjata (Parroċċa l-Antika)

[immodifika | immodifika s-sors]

Din il-knisja nbniet fis-Seklu 17. Kif tlestiet fl-1655, malajr beda jinħass li ma kienitx toffri biżżejjed spazju għall-popolazzjoni li dejjem kienet qed tikber. L-ewwel ġebla tal-knisja l-ġdida tqiegħdet fl-1669 u l-binja l-ġdida ġiet imbierek fl-1695. Il-Perit mhux magħruf iżda d-disinn ta' barra jista’ jiġi attribwit lill-istil Toscan. Id-Disinn tal-koppla huwa nfluwenzat mill-Barokk, stijl li kien għadu kif dahal f'Malta f'dawk iż-żminijiet. L-Entratura tal-knisja tinkludi statwa tal-ġebel tal-Madonna f’nicca li fuq quċċata tagħha nsibu tieqa tal-ħġieġ f'forma ta’ ċirku. Il-żelfry nbniet fl-1708 bil-koppla titlesta sena qabel.[5]

Parroċċa tal-Annunzjata

[immodifika | immodifika s-sors]

Din il-Knisja Parrokkjali, mibnija fis-seklu 17 tinsab fil-qalba tar-raħal. Il-barka u t-tqegħid tal-ġebla tal-fondazzjoni seħħew fis-26 ta’ Diċembru 1669. Fr. Domenico Ellul, dak iż-żmien kien Kappillan. In-nies tal-lokal kienet ilha titlob għal knisja akbar biex takkomoda l-popolazzjoni tar-raħal li kompliet tiżdied sena wara sena. Wara ħafna talbiet, inkluża petizzjoni uffiċjali ppreżentata minn Fr. Ellul lil Vigarju Ġeneral Mongr Cauchi, it-talb tagħhom intlaqa'. Mons. Balaguer ikkonferma d-decizjoni uffiċjali tiegħu fil-11 ta’ Lulju 1663.[6] Il-forma tal-knisja ssegwi r-regoli stabbiliti mill-knisja fil-Konċilju ta' Trentu li jiddettaw li jkun hemm il-bini fil-pjan ta’ salib. In-Nave huwa maħsub biex iwassal għall-altar ewlieni li jiffaċċja l-Lvant, b'spazju allokat b’mod speċjali għall-Kor. Partijiet mill-knisja u l-faċċati tagħha ġew restawrati f’Settembru 2020 bħala parti mill-fondi disponibbli permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. [7]

Knisja tal-Assunzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-knisja li naraw illum inbniet fl-1846 fuq l-insistenza ta Rev. Salvu Sammut Pullicino li ried jibni knisja fl-istil li kien popolari dak iż-żmien. Fit-Tieni Gwerra Dinjija l-knisja kienet użata bħala dar temporanja għal refuġjati li kienu ħarbu mill-Kottonera. Aktar tard, din il-knisja serviet wkoll bħala spazju ta’ tagħlim għall-istudenti tal-Liġi tal-Università ta’ Malta. Wara l-gwerra kienet użata bħala maħżen għall-istatwi u dekorazzjonijiet oħra użati fil-festa. Wara li ġiet restawrata, hija serviet bħala kappella dedikata għall-adorazzjoni. Quddiem il-knisja nsibu statwa tal-Madonna li tmur lura għall-bidu tas-seklu 19.[5]

Kapella ta' Santu Rokku

[immodifika | immodifika s-sors]

Din il-knisja tinsab fi Triq it-Tlett Knejjes, ħdejn il-Kappella tal-Annunzjata (il-parroċċa l-antika). Il-kappella nbniet fl-1593 fl-istess sena li kienet feġġet il-Pesta. Il-vittmi taʼ din il-marda ġew midfuna fil knisja. Il-pittura prinċipali fil-kappella turi lil Santu Rokku, San Pawl u San Sebastian, it-tliet qaddisin protetturi kontra l-marda qerrieda.[8]

Knisja tal-Bon Pastur

[immodifika | immodifika s-sors]

Din il-kappella żgħira taghmel parti mill-kunvent tar-Ragħaj it-Tajjeb kienet dedikata lil San Ġużepp. Din ġiet iddisinjata mill-Perit Vincenzo Busuttil u l-kostruzzjoni tal-ġebel tħalla f’idejn il-bennej Piju Ebejer.[9][10] Hija ġiet inawgurata fl-4 ta’ April 1870. Knisja ħafna akbar inbniet bejn l-1898 u l-1901. Dan il-bini ġdid kien iddedikat lill-Qalb taʼ Ġesù. L-Arċisqof Monsinjur Peter Pace bierek il-kappella fis-7 ta’ Frar 1901.[11]

Ir-Reverenza lil Santu Rokku

[immodifika | immodifika s-sors]

Ta' sikwit niltaqghu ma' statwi, ismijiet ta' toroq, niċeċ u monumenti oħra ta' tifkira madwar Malta b' reverenza lil Santu Rokku. Il-twemmin huwa li Santu Rokku huwa l-qaddis protettur kontra l-pesta u reverenza lejh tipproteġi l-abitanti kontra l-pesta u kull forma oħra ta' mard ta' dak iż-żmien. F’Ħal Balzan hemm kappella, triq, kif ukoll statwa ddedikati lil Santu Rokku. L-istatwa tinsab fil-kantuniera tat-triq bl-istess isem sabiex tissorvelja u tipproteġi n-nies li jgħixu fir-raħal. [12]

Postijiet ta' Wirt Storiku u Importanza

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Palazzo Bosio [13]
  • Villa Macedonia [14]
  • Kappella ta' San Anard[15]
  • Akwadotti ta' Wignacourt[16]

Imwielda fil-Lokalità

[immodifika | immodifika s-sors]

Għaqdiet Reliġjużi

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Tal-Bon Pastur - Dar Merħba Bik huwa kunvent tas-Sorijiet Rgħaj It-Tajjeb (Good Shepherd) li waslu Malta minn Smyrna fl-1858. Kif waslu ngħataw dar f’Ħal-Lija mill-Marquis Testaferrata biex titwaqqaf skola bl-akkomodazzjoni għall-tfajliet li kienu jiġu minn Sqallija. Illum dan il-bini jservi bħala s-sit tal-Kunsill Lokali, is-Servizzi Soċjali u l-Posta fir-raħal.[11] Is-sorijiet kienu joffru ukoll klassijiet għall-orfni u nisa li riedu jibdlu ħajjitom. Il-kunvent f’Ħal-Balzan inbena f'1868 bl-għajnuna taʼ ħafna benefatturi. Ix-xogħol tal-kunvent għadu għaddej sal-lum fejn joffri kenn lin-nisa u lit-tfal tagħhom mill-vjolenza domestika, jgħin lill-ommijiet li jsibu ruħhom waħedom kif ukoll lill-irġiel refuġjati u lill-familji tagħhom li jispiċċaw f’Malta.[22]
  • Il-Kunvent magħruf bħala Stella Maris huwa il-lok tal-Missjunarji Franġiskani taʼ Marija [23] inbena fil-1926. Din il-binja sservi bħala kunvent, kappella u skola. L-Iskola ta' Stella Maris adottat is-sistema ta’ tagħlim ta’ Montessori meta fetħet fl-1944. Ftit snin wara, fl-1950, l-iskola bdiet toffri klassijiet ta’ kindergarten flimkien ma' l-iskola primarja għas-subien. Mill-2008 l'hemm l-Iskola Stella Maris saret skola li tipprepara l-istudenti għall-Kulleġġ San Alwiġi fejn l-istudenti kienu jmorru biex jiksbu l-edukazzjoni sekondarja tagħhom.[24]

Kunsill Lokali Balzan

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Kunsill Lokali ta' Ħal-Balzan huwa kompost minn: [25]

  • Dr Angelo Micallef (Sindku)
  • Edward Grech (Vici Sindku)
  • Mary Louise Briffa (Kunsilliera)
  • Annalise Galea (Kunsilliera)
  • Dr Oliver Nicholas De Gaetano (Kunsillier)

Servizzi fil-Komunità

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Ufficcju Parrokjali Knisja ta' Ħal-Balzan, Triq Idmejda
  • Kunsill Lokali Ħal-Balzan, Triq il-Kbira
  • Għassa tal-Pulzija, Pjazza Bertu Fenech
  • Centru tas-Saħħa, Triq il-Kbira
  • Każin Partit Laburista, Triq it-Tliet Knejjes
  • Każin Nazzjonalista, Triq il-Kbira
  • Malta Hospice Movement, Vjal il-Bon Pastur [26]
  • Il-Klabb tal-Futbol ta' Ħal-Balzan (Balzan Football Club) ġie imwaqqaf fl-1937. Huwa tim li jikkompeti fil-Livell Premier tal-Futbol Malti. It-tim ilu jikseb riżultati promettenti b’mod konsistenti f'dawn l-aħħar 5 snin b' klassifikazzjonijiet fit-tieni post u anke f’dawk finalisti fl-aħħar ftit snin. Fl-2019, huma rebħu l-FA Trophy ta' Malta wara li għelbu lil Valletta FC.[27]

Għaqdiet Mużikali

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Każin Tal-Banda San Gabriel[28]
  • Soċjetà Filarmonika Marija Annunzjata[29]

Toroq Prinċipali

[immodifika | immodifika s-sors]


  1. ^ Brinkhoff, Thomas (2020-09-28). "Malta: Division - Statistical Districts and Localities". CityPopulation.de. Miġbur 2021-03-18.
  2. ^ Abela, Giovanni-Francesco (1647). Della descrittione di Malta: isole nel mare siciliano con le sve antichita, ed altre notitie (bit-Taljan). P. Bonacota. p. 89.
  3. ^ "Churches". localgovernment.gov.mt. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-01-15. Miġbur 2021-03-18.
  4. ^ Montanaro, Eugenio (1984). "Ix-xogħlijiet u l-ħajja ta' Salvatore Dimech (1804-1886) - 1". Il-Mosta. Vol. 124. pp. 12–13.
  5. ^ a b Cassar, George (2019). A Taste of the History, Culture and Environment of the Central Region of Malta (bl-Ingliż) (1el ed.). Valletta, Malta: Kite Group. ISBN 978-99957-50-67-1.
  6. ^ Bezzina, Carmel (2019-12-22). "Balzan parish church – 350 years from the laying of its foundation stone". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-01-26.
  7. ^ Galea-Curmi, Joseph (2020-09-20). "Inawgurat ir-restawr tal-knisja parrokkjali ta' Ħal Balzan". L-Arċidjoċesi ta' Malta. Miġbur 2021-01-26.
  8. ^ "Churches, Chapels and Feast". Ħal Balzan Local Council (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-01-22. Miġbur 2021-01-26.
  9. ^ a b Cassar, Silvio (2004). "Mastru Piju Ebejer". Festa ta' Marija Annunzjata 2004. Balzan, Malta. p. 73.
  10. ^ "Inteview: 'Eternal Seeker of myth and magic'". The Malta Independent (bl-Ingliż). 2009-02-23. Miġbur 2021-01-26.
  11. ^ a b "History". Dar Merħba Bik Foundation: Good Shepherd Sisters (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-01-17. Miġbur 2021-01-26.
  12. ^ Micallef, Sarah (2020-04-02). "This chapel is dedicated to a saint who is considered protector of plague sufferers". GuideMeMalta.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-01-26.
  13. ^ Palazzo Bosio (PDF) (Rapport) (bl-Ingliż). National Inventory of the Cultural Property of the Maltese Islands. 2012-12-28.
  14. ^ Villa Macedonia and Gardens (PDF) (Rapport) (bl-Ingliż). National Inventory of the Cultural Property of the Maltese Islands. 2012-12-28.
  15. ^ Church of St. Anard (PDF) (Rapport) (bl-Ingliż). National Inventory of the Cultural Property of the Maltese Islands. 2012-06-26.
  16. ^ Wignacourt Aqueduct (PDF) (Rapport) (bl-Ingliż). National Inventory of the Cultural Property of the Maltese Islands. 2012-12-28.
  17. ^ Bezzina, Carmel (2009-01-09). "Appreciation: Monsignor John Dimech (1922-2009)". The Malta Independent (bl-Ingliż). Miġbur 2021-02-18.
  18. ^ Cassar Pullicino, J. (1982). "The Priest who declined a Bishopric". Melita Historica (bl-Ingliż). 8 (3): 213–233.
  19. ^ Bezzina, Carmel (2003-08-08). "The rape of Balzan". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-02-18.
  20. ^ Bezzina, Carmel (2008-09-06). "Villa Macedonia scheduling is most welcome news". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-02-18.
  21. ^ Sammut, Joseph C. (1992). Maltese Blockade Medals. Proceedings of History Week 1992 (bl-Ingliż). pp. 77–87.
  22. ^ "Good Shepherd Sisters – Dar Merħba Bik Foundation". Malta Council for the Voluntary Sector (bl-Ingliż). Miġbur 2021-02-18.
  23. ^ https://en.wikipedia.org/wiki/Franciscan_Missionaries_of_Mary
  24. ^ "Malta". Franciscan Missionaries of Mary: UK, Ireland and Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-02-18.
  25. ^ "Councillors And Responsibilities". Ħal Balzan Local Council (bl-Ingliż). Miġbur 2021-02-18.
  26. ^ "Hospice Malta | care | compassion | dignity". Hospice Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-02-18.
  27. ^ Busuttil, Antoine (2019-05-18). "Alfred Effiong Hands Balzan Historic FA Trophy". MaltaFootball.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-02-18.
  28. ^ "Każin Tal-Banda San Gabriel, Ħal Balzan". Każin Tal-Banda San Gabriel, Ħal Balzan (bl-Ingliż). Miġbur 2021-02-18.
  29. ^ "Socjeta Filarmonika Marija Annunzjata". Malta Council for the Voluntary Sector (bl-Ingliż). Miġbur 2021-02-18.