Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Kanada

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-Lag ta' Peyto bil-muntanji tar-Rockies Kanadiżi fl-isfond.

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Il-Kanada rratifikat il-Konvenzjoni fil-23 ta' Lulju 1976, u b'hekk is-siti indikattivi tagħha setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]

B'kollox il-Kanada għandha 22 Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, għaxra kulturali, ħdax naturali u wieħed imħallat. L-ewwel żewġ Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO mill-Kanada żdiedu fl-1978: il-Park Nazzjonali ta' Nahanni u s-Sit Storiku Nazzjonali ta' Anse aux Meadows. L-iżjed żewġ siti li żdiedu reċentement mill-Kanada huma Tr'ondëk-Klondike u Anticosti, fl-2023.

Siti ta' Wirt Dinji[immodifika | immodifika s-sors]

L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]

NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)

Sit Ritratt Post Kriterji tal-Għażla Erja

f'ettari (akri)

Sena tad-deżinjazzjoni Deskrizzjoni
Sit Storiku Nazzjonali ta' Anse aux Meadows Grass-covered house surrounded by a fence, sea in the distance Newfoundland u Labrador kulturali: (iv) 1978 Anse aux Meadows huwa insedjament tas-seklu 11 fit-tarf tal-Peniżola l-Kbira tat-Tramuntana, u huwa l-iżjed insedjament Ewropew bikri ddokumentat fid-Dinja l-Ġdida. Il-kumpless fih tmien djar bis-soqfa bil-ħaxix: tliet abitazzjonijiet, fonderija, u erba' postijiet tat-tiswija tal-bastimenti. L-arkitettura u l-artefatti għandhom l-istess stil bħal dawk tal-Vikingi ta' Greenland u l-Iżlanda tal-istess perjodu. Fl-2007 saret modifika minuri fiż-żona ta' lqugħ tas-sit.[5]
Park Nazzjonali ta' Nahanni Waterfalls on a river, surrounded by granite peaks Territorji tal-Majjistral naturali: (vii), (viii) 1978 Il-park huwa magħruf għall-karatteristiċi ġeomorfoloġiċi straordinarji tiegħu. Ix-xmajjar, b'mod partikolari x-xmara tan-Nofsinhar ta' Nahanni, ħaffret kanjons fondi minn ġol-ktajjen muntanjużi u ħolqot diversi kaskati (fl-istampa jidhru l-Kaskati ta' Virginia). Hemm formazzjonijiet karstiċi, inkluż sistemi ta' għerien tal-ġebla tal-ġir. Il-park mhux mimsus mill-bniedem u fih jgħixu l-annimali tal-foresti boreali, fosthom l-ors grizzly, il-lupu, u l-karibu.[6]
Park Provinċjali tad-Dinosawri Waterfalls on a river, surrounded by granite peaks Alberta naturali: (vii), (vii) 1979 Il-park prattikament huwa steppa semiarida mhux mimsusa b'topografija ta' art imħarbta mhux tajba għall-biedja. Fil-park ġew skoperti l-fossili ta' iktar minn 44 speċi, 34 ġeneri, u 10 familji ta' dinosawri, li jirrappreżentaw kull grupp magħruf ta' dinosawri tal-perjodu Kretaċju. Ġew żvelati iktar minn 150 skeletru sħiħ, flimkien ma' diversi fossili mhux ta' dinosawri. Dawn jagħtu ħjiel dwar il-ħajja fl-inħawi madwar 77 sa 75 sena ilu.[7]
SG̱ang Gwaay Wooden totem poles in a forest British Columbia kulturali: (iii) 1981 Dan is-sit jippreserva villaġġ tas-seklu 19 tal-poplu Haida fuq l-arċipelagu ta' Haida Gwaii lil hinn mill-kosta tal-British Columbia. Is-sit jinkludi l-fdalijiet ta' djar twal kbar taċ-ċedru u diversi pilastri totem funebri u ta' mafkar imnaqqxin (fl-istampa jidhru xi eżempji). Dawn joħorġu fid-dieher l-arti u t-tradizzjonijiet tal-poplu Haida.[8]
Qabża tal-Biżonti Sfrakassati A cliff overlooking a valley Alberta kulturali: (vi) 1981 Il-qabża tal-bufli kienet mod tradizzjonali ta' kaċċa tal-biżonti fil-Pjanuri Indjani matul kważi sitt millenji. Il-kaċċaturi kienu jafu t-topografija u l-imġiba tal-biżonti sew, u kienu jiddirezzjonaw merħliet ta' biżonti f'korsiji naturali li kienu jintemmu f'irdum, u b'hekk il-biżonti kienu jmutu sfrakassati. Is-sit huwa wieħed mill-eżempji prominenti ta' din it-tradizzjoni. Il-karkassi tal-biżonti mbagħad kienu jiġu mbiċċra u pproċessati f'kamp iktar 'l isfel. Fl-2021 saret modifika minuri fiż-żona ta' lqugħ tas-sit.[9]
Park Nazzjonali ta' Wood Buffalo Lake and fir forest scenery Alberta, it-Territorji tal-Majjistral naturali: (vii), (ix), (x) 1983 Il-park ikopri żoni kbar ta' bwar tal-ħaxix u mergħat tas-sogħda, foresti boreali, lagi, xmajjar, u l-ikbar delta interna tad-dinja, id-Delta tal-Paċi–Athabasca. Hemm ukoll pjanuri tal-melħ u karatteristiċi karstiċi tal-ġibs. Fil-park hemm l-ikbar popolazzjoni ta' biżonti selvaġġi fl-Amerka ta' Fuq, u huwa l-post tat-tnissil tal-grawwi Amerikan.[10]
Parks tal-Muntanji tar-Rockies Kanadiżi Lake, snow-covered mountains, and fir forest scenery Alberta, British Columbia naturali: (vii), (vii) 1984 Seba' parks nazzjonali fir-Rockies Kanadiżi, tnejn minnhom li żdiedu fl-1990, joħorġu fid-dieher pajsaġġ muntanjuż ta' sbuħija naturali eċċezzjonali, bi glaċieri, artijiet bis-silġ, mergħat Alpini, sistemi ta' għerien, lagi u kaskati. Il-formazzjoni tax-Shale ta' Burgess, waħda mill-iżjed ġabriet importanti ta' fossili fid-dinja, tinsab hawnhekk. Din tippreserva l-fdalijiet ta' annimali li kellhom ġisem artab fil-perjodu Kambrijan, li jagħtu ħjiel dwar l-iżvilupp tal-phylum tal-annimali ewlenin.[11]
Distrett Storiku ta' Québec Old town with houses built in stone and several flags of Quebec Quebec kulturali: (iv), (vi) 1985 Stabbilit mill-Franċiżi fis-seklu 17 bħala l-belt kapitali ta' Franza l-Ġdida u mbagħad żviluppata mill-Brittaniċi wara s-snin 60 tas-seklu 18, id-distrett storiku ta' Quebec joħroġ fid-dieher stadji differenti tal-insedjament kolonjali Ewropew fl-Amerka ta' Fuq. Barra minn hekk, apparti ċ-ċentru urban ippreservat sew, il-fortifikazzjonijiet tal-belt, bil-bastjuni, bis-swar, u bi strutturi difensivi oħra, huma uniċi fit-Tramuntana tal-Messiku.[12]
Park Nazzjonali ta' Gros Morne Mountain landscape with Western Lake Pond in the foreground. Newfoundland u Labrador naturali: (vii), (viii) 1987 Il-park fih irqajja' ta' art fejn il-qoxra oċeanika fonda u l-blat tas-saff ta' taħt il-qoxra tad-dinja huma esposti. B'hekk il-park joħroġ fid-dieher it-tettonika tal-plakek tad-dinja kif ukoll l-ispostament tal-kontinenti. Fjordi tal-ilma ħelu li ma jmissux mal-baħar, artijiet għoljin illixxati bil-glaċieri f'ambjent oċeaniku jikkontribwixxu għas-sbuħija naturali ta' din ir-roqgħa ta' natura selvaġġa.[13]
Kluane / Wrangell–St. Elias / Bajja tal-Glaċieri / Tatshenshini-Alsek* Scenery with mountains, a river, and a fir forest Yukon naturali: (vii), (viii), (ix), (x) 1992 L-erba' parks nazzjonali u żoni protetti jinsabu tul il-fruntiera bejn l-Istati Uniti u l-Kanada u jinkludu l-ikbar art bis-silġ mhux polari fid-dinja u bosta glaċieri kbar. L-inħawi ssawru bl-attività glaċjali u tettonika kontinwa, u jinkludu tipi differenti ta' ħabitats, li jvarjaw minn muntanji għoljin iktar minn 16,000 pied (5,000 metru) għal witgħat oċeaniċi, foresti kostali u widien bix-xmajjar. Fost l-ispeċijiet importanti ta' annimali hemm l-ors grizzly, il-karibu, in-nagħaġ ta' Dall, u l-mogħoż tal-muntanji. Ix-xmajjar huma żoni tar-riproduzzjoni għas-salamun li mbagħad jimraħ lejn l-oċean. Il-Bajja tal-Glaċieri (l-Istati Uniti) oriġinarjament tniżżlet fl-1979. Kluane (il-Kanada; fl-istampa) u Wrangell–St. Elias (l-Istati Uniti) żdiedu fl-1992, u Tatshenshini-Alsek (il-Kanada) fl-1994.[14]
Parks Internazzjonali tal-Paċi ta' Waterton-tal-Glaċieri* A mountain lake, surrounded by trees Alberta naturali: (vii), (ix) 1995 Dan is-sit jinkludi l-Park Nazzjonali tal-Lagi ta' Waterton (fl-istampa) fil-Kanada u l-Park Nazzjonali tal-Glaċieri fl-Istati Uniti. Iż-żewġ parks huma magħrufa għas-sbuħija xenika straordinarja tagħhom bis-saħħa tal-muntanji u tal-formazzjonijiet glaċjali. Il-parks jinsabu tul il-Linja Diviżorja Kontinentali u jinkludu l-Quċċata Diviżorja Tripla. Il-muntanji jiltaqgħu mal-mergħat mingħajr għoljiet bejniethom u l-ġeografija ppermettiet lill-ispeċijiet ta' annimali u ta' pjanti tipiċi tal-Majjistral tal-Paċifiku jinfirxu 'l ġewwa. Dan irriżulta f'għadd kbir ta' speċijiet ta' annimali u ta' pjanti preżenti f'żona żgħira.[15]
Raħal Antik ta' Lunenburg Red wooden houses at the shore Nova Scotia kulturali: (iv), (v) 1995 Stabbilit mill-Brittaniċi fl-1753, Lunenburg huwa l-aqwa eżempju eżistenti ta' insedjament kolonjali Brittaniku fl-Amerka ta' Fuq. Il-pjanta b'għamla ta' grilja mis-seklu 18, kif ukoll uħud mill-binjiet tal-injam minn dak il-perjodu għadhom viżibbli. Il-komunità hija bbażata fuq is-sajd Atlantiku lil hinn mill-kosta.[16]
Park Nazzjonali ta' Miguasha Cliff at the water margin, forest on top Quebec naturali: (viii) 1999 Il-park jinkludi partijiet mill-Formazzjoni ta' Escuminac, li hija formazzjoni ġeoloġika li tmur lura għall-perjodu Devonjan ta' 370 miljun sena ilu. Huwa sit eċċezzjonali tal-paleontoloġija, peress li fih għadd kbir ta' fossili ppreservati sew ħafna ta' ħut, b'mod partikolari tal-ħut b'żewġ pari ta' pinen li iktar 'il quddiem wasslu għat-tetrapodi. Barra minn hekk, instabu wkoll fossili ta' speċijiet ta' invertebrati u ta' pjanti.[17]
Kanal ta' Rideau A small canal with a set of locks leading from a river near a large city. Ontario kulturali: (i), (iv) 2007 Dan il-kanal huwa l-eqdem kanal operattiv b'mod kontinwu fl-Amerka ta' Fuq, u l-biċċa l-kbira tal-istruttura oriġinali għadha intatta. Il-Kanal ta' Rideau jikkollega l-belt ta' Ottawa, max-xmara ta' Ottawa, ma' Kingston, mal-Lag ta' Ontario. Infetaħ fl-1832 bħala prekawzjoni f'każ ta' gwerra mal-Istati Uniti, u jippermetti t-tranżitu ta' bastimenti li jaħdmu bl-istim. Is-sit jinkludi diversi opri difensivi f'Kingston. Fl-istampa jidhru l-Imgħalaq ta' Ottawa f'Colonel By Valley.[18]
Irdumijiet tal-Fossili ta' Joggins A tree trunk fossil embedded in a cliff Nova Scotia naturali: (viii) 2008 F'dan is-sit instabu wħud mill-aqwa eżempji ta' fossili mill-perjodu Karboniferu, b'mod partikolari minn 318-il sena sa 303 snin ilu. Matul dak iż-żmien, l-inħawi kienu miksijin bil-foresti tropikali, u l-fdalijiet tagħhom huma s-sorsi prinċipali tal-faħam tal-lum il-ġurnata. Apparti l-fossili ta' pjanti (fl-istampa tidher fossila ta' likopsida), il-fdalijiet tal-iżjed amnjoti bikrin joħorġu fid-dieher l-evoluzzjoni tal-vertebrati terrestri.[19]
Pajsaġġ ta' Grand Pré Grand Pré memorial church and statue of Évangeline. Nova Scotia kulturali: (v), (vi) 2012 Il-pajsaġġ kulturali ssawwar mill-Akkadjani, id-dixxendenti tal-insedjaturi Franċiżi, fis-sekli 17 u 18. Bl-użu ta' tekniki tal-kostruzzjoni ta' digi msejħa aboiteau, il-bdiewa rkupraw l-art tal-imraġ salmastri miż-żoni tal-marea sabiex jużawhom għall-agrikoltura. Is-sistema tal-immaniġġjar tal-ilma għadha tintuża sal-lum. Is-sit tniżżel ukoll bħala mafkar tal-istil ta' ħajja tal-Akkadjani u tad-deportazzjoni tagħhom, li bdiet fl-1755, magħrufa bħala l-Grand Dérangement.[20]
Stazzjon Bask tal-Kaċċa tal-Balieni tal-Bajja Ħamra Red Bay houses seen from the harbour Newfoundland u Labrador kulturali: (iii), (iv) 2013 L-istazzjon Bask tal-kaċċa tal-balieni ġie stabbilit fis-snin 30 tas-seklu 16 u ntuża għal madwar 70 sena. Ipprovda s-sostenn għall-kaċċa u għall-ipproċessar tal-balieni għall-produzzjoni taż-żejt tal-balieni li kien jinbigħ fl-Ewropa. Il-Bajja Ħamra fiha fdalijiet arkeoloġiċi li joħorġu fid-dieher l-istadji differenti tal-proċess preindustrijali tal-kaċċa tal-balieni, u l-istazzjon Bask ta' hemmhekk huwa l-aqwa stazzjon ippreservat minn dak il-perjodu.[21]
Mistaken Point An Ediacaran fossil found at Mistaken Point, a coin for size comparison Newfoundland u Labrador naturali: (viii) 2016 Ir-riżerva ekoloġika fiha l-Formazzjoni ta' Mistaken Point, li fiha waħda mill-iżjed kollezzjonijiet iddiversifikati u ppreservati sew ta' fossili Prekambrijani fid-dinja. Il-fossili Edjakarani, li jmorru lura għal 580-560 miljun sena ilu, jikkostitwixxu l-eqdem fdalijiet magħrufa ta' ħajja multiċellulari fid-Dinja.[22]
Pimachiowin Aki A rock wall at the edge of a body of water. Manitoba, Ontario imħallat: (iii), (vi), (ix) 2018 Il-pajsaġġ kulturali ta' Pimachiowin Aki huwa l-art twelid anċestrali ta' erba' komunitajiet tal-Ewwel Nazzjonijiet ta' Anishinaabe: Poplar River, Little Grand Rapids, Pauingassi, u Bloodvein. Huwa magħmul minn network ta' abitazzjonijiet, siti ċerimonjali, rotot kummerċjali u mogħdijiet tal-ilma. Mill-perspettiva naturali, l-inħawi jirrappreżentaw l-ikbar eżempju ta' għata boreali tal-Amerka ta' Fuq, b'annimali bħall-alċi, il-lupu, il-wolverine, u l-isturjun tal-lagi.[23]
Writing-on-Stone / Áísínai’pi Rock carvings of humans in an abstract fashion Alberta kulturali: (iii) 2019 Dan il-pajsaġġ kulturali jikkonsisti minn mergħat u minn l-hekk imsejħa coulee u huwa sagru għall-poplu Blackfoot. Għal millenji sħaħ, in-nies naqqxu l-arti b'tifsira spiritwali fuq il-formazzjonijiet tal-ġebel ramli tul ix-xmara Milk. L-eqdem tinqix li nstab imur lura għal madwar 3,000 sena ilu.[24]
Tr'ondëk-Klondike Klondikers carrying supplies ascending the Chilkoot Pass, 1898. Yukon kulturali: (iv) 2023 L-iskoperta tad-deheb u l-kilba sussegwenti għad-deheb lejn l-aħħar tas-seklu 19 wasslu biex għexieren ta' eluf ta' prospetturi jistabbilixxu ruħhom f'Klondike (fl-istampa jidher ritratt storiku mill-Mogħdija Muntanjuża ta' Chilkoot fl-1898). L-interazzjonijiet bejn dawn in-nies ġodda u l-indiġeni Tr'ondëk Hwëch'in irriżultaw f'pajsaġġ kulturali uniku b'kampijiet, irħula u infrastruttura tal-estrazzjoni.[25]
Anticosti Satellite image of the island Quebec naturali: (viii) 2023 Il-ġabriet ta' fossili fil-Gżira ta' Anticosti jmorru lura għall-aħħar tal-perjodu Ordoviċjan sal-bidu tal-perjodu Silurjan, bejn 450 u 435 miljun sena ilu. Jagħtu ħjiel eċċezzjonali tas-suċċessjoni tal-ħajja marittima tul 15-il miljun sena, inkluż il-kważi għejbien tal-ispeċijiet marittimi fl-estinzjoni tal-massa tal-perjodu Ordoviċjan Aħħari.[26]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.
  2. ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.
  3. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Canada - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
  4. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Miġbur 2023-08-14.
  5. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "L’Anse aux Meadows National Historic Site". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
  6. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Nahanni National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
  7. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Dinosaur Provincial Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
  8. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "SGang Gwaay". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
  9. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Head-Smashed-In Buffalo Jump". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
  10. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Wood Buffalo National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
  11. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Canadian Rocky Mountain Parks". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
  12. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic District of Old Québec". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
  13. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Gros Morne National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
  14. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Kluane / Wrangell-St. Elias / Glacier Bay / Tatshenshini-Alsek". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
  15. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Waterton Glacier International Peace Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
  16. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Old Town Lunenburg". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
  17. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Miguasha National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
  18. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Rideau Canal". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
  19. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Joggins Fossil Cliffs". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
  20. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Landscape of Grand Pré". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
  21. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Red Bay Basque Whaling Station". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
  22. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Mistaken Point". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
  23. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Pimachiowin Aki". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
  24. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Writing-on-Stone / Áísínai’pi". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
  25. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Tr’ondëk-Klondike". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
  26. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Anticosti". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.