Familja (bijoloġija)

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Il-Familja plural Familji (Latin familia plural familiae) fil-Klassifikazjoni Xjentifika tal-organiżmi ħajjin semplifikata, huwa Takson bejn Ordni u Ġeneru, waqt li f'Klassifikazjoni Xjentifika kumplessa hemm żewġ Taksi oħra, Superfamilja 'l fuq minn Familja u Sottofamilja taħt Familja (il-klassifikazjoni tal-Lepidoptera hi eċċezjoni billi t-Takson Familja qiegħed bejn it-Taksa Serje u Grupp), għalkemm dan jiddependi skond l-iskema.

Il-livell tat-Takson Familja huwa l-aktar importanti wara it-Taksa Speċi u Ġeneru fit-Tassonomija. Dettalji eżatti tan-nomenklatura formali jiddependu fuq il-Kodiċi tan-Nomenklatura u f'liema tip ta' grupp it-Takson Familja jkun qiegħed , jekk hux:

  • Livell botaniku
  • Livell żooloġiku
  • Klassifikazjoni tal-Vajrus

Storja tal-Kunċett[immodifika | immodifika s-sors]

Familja, bħala livell intermedju bejn Ordni u Ġeneru, hija invenzjoni relativament reċenti.

Botanika[immodifika | immodifika s-sors]

Fil-Botanika il-kelma "Familja" (familia) ġiet użata mil-botaniku franċiż Pierre Magnol f' "Prodromus historiae generalis plantarum, in quo familiae plantarum per tabulas disponuntur" (1689) fejn hu sejjaħ "Familji" (familiae) is-76 grupp ta' pjanti li hu rrikonoxxa fit-tabelli tiegħu. Dak iż-żmien il-kunċett livell kien għadu fl-istat ta' in statu nascendi u fil-Prologu ta' "Prodromus" Magnol kiteb li ried jiġbor il-Familji f' Ġenera akbar, kelma li hija ferm 'il bogħod minn kif tintuża llum.

Żooloġija[immodifika | immodifika s-sors]

Fiż-Żooloġija, il-Familja bħala livell intermedju bejn Ordni u Ġeneru kien introdott minn Pierre André Latreille f' "Précis des caractères génériques des insectes, disposés dans un ordre naturel" (1796). Huwa uża l-Familji (uħud minnhom bla isem) f'uħud mill-Ordnijiet tal-"insetti" iżda mhux kollha (bl-artropodi kollha inklużi).

Madankollu, mill-bidu tas-seklu 20 din il-kelma bdiet tintuża kostantement b'kunċett u f'sens modern. L-użu u l-karatteristika ta' dawn l-ismijiet huwa definit fil-'Kodiċi tal- "International Code of Botanical Nomenclature" u tal-"International Code of Zoological Nomenclature".


Grupp fil-Klassifikazjoni Xjentifika tal-organiżmi ħajjin huwa Takson bejn il-Familja u s-Sottofamilja u dan huwa Takson ta' eċċezjoni għax jintuża biss fil-klassifikazjoni tal-Lepidoptera.


Klassifikazzjoni Tassonomika Obbligatorja

Dominju - Renju - Fajlum (żooloġija) jew Diviżjoni (botanika) - Klassi - Ordni - Familja - Ġeneru - Speċi